ALLOKAZZJONI TAL-MINURI ġ L.S.16.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 16.01
REGOLAMENTI DWAR L-ALLOKAZZJONI
TAL-MINURI
16 ta’ Frar, 1962
L-AVVIŻ LEGALI 13 ta’ l-1962, kif emendat bl-Atti: XLIV ta’ l-1965,
XIII ta’ l-1983 u VIII ta’ l-1990.
Titolu.
Allokazzjoni tal-Minuri.
Tifsir ta’ minuri 
protetti.
2. (1) Meta -
(a) isiru arranġamenti biex minuri li għandu età  anqas
minn dik meħtieġa għat-tagħlim obbligatorju jiġi
allokat fil-kura u kustodja ta’ persuna li ma tkunx
missieru jew ommu, it-tutur tiegħu jew qarib tiegħu
mid-demm jew affinità  sal-grad ta’ ziju jew zija, u
(b) xi persuna, li ma tkunx il-missier jew l-omm jew it-
tutur tal-minuri jew il-persuna li fil-kura jew kustodja
tagħha jkun ser jitqiegħed, tieħu parti f’dawk ta’ l-
arranġamenti 
f’dak il-każ, waqt li l-minuri jkun fil-kura u kustodja tal-persuna
msemmija fil-paragrafu (a), jkun minuri protett skond dawn ir-
Regolamenti.
(2) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (3) ta’
dan ir-regolament, f’kull każ meta minuri jkun tifel illeġittimu taht
l-età  ta’ tliet snin u jiġi mqiegħed fil-kura u kustodja ta’ persuna li
ma tkunx it-tutur tiegħu jew qarib ta’ ommu mid-demm sal-grad ta’
ziju jew zija, f’dak il-każ, waqt li l-minuri jkun fil-kura u kustodja
ta’ dik il-persuna, huwa jkun ukoll minuri protett skond dawn ir-
Regolamenti.
(3) Minuri ma jkunx minuri protett skond dawn ir-Regolamenti
jekk ikun fil-kura u kustodja ta’ persuna oħra għal żmien
temporanju biss, l-anqas waqt li l-minuri jkun f’xi istitut reliġjuż,
skola, sptar jew dar ta’ kura jew f’xi dar jew istitut mhux speċifikat
f’dan ir-regolament iżda miżmum b’fondi pubbliċi, l-anqas waqt li
l-minuri jkun fil-kura ta’ xi persuna skond ordni ta’ probation jew
digriet ta’ qorti ta’ ġustizzja.
(4) Minuri protett ma jibqax minuri protett meta jingħata
digriet ta’ adozzjoni jew meta jilħaq l-età  ta’ tmintax-il sena, liema
jkun l-ewwel.
(5) Minuri fil-kura u kustodja ta’ raġel u mara miżżewġin li
wieħed minnhom ikun missieru jew ommu, qarib tiegħu jew tutur
tiegħu għandu jitqies għall-finijiet ta’ dawn ir-Regolamenti li jkun
fil-kura u kustodja ta’ dak il-wieħed minnhom.
(6) Għall-finijiet tas-sub-regolament (2), tagħrif ta’ l-
illeġittimità  tal-minuri għandu jkun preżunt sakemm ma jiġix
pruvat il-kuntrarju u ċertifikat li bih il-kappillan tal-post tar-
2 L.S.16.01 ħ ALLOKAZZJONI TAL-MINURI
residenza tal-persuna li tieħu l-kura u l-kustodja tal-minuri
jiddikjara li dik il-persuna tkun qarib mid-demm ta’ l-omm tal-
minuri fil-grad imsemmi f’dak is-sub-regolament, ikun prova
biżżejjed ta’ dik il-konsangwinità . 
Dmir tal-family 
welfare officer li 
jiżgura l-ġid tat-tfal 
protetti.
3. Ikun dmir tal-family welfare officers li jżuru u jeżaminaw,
minn żmien għal żmien, il-minuri protetti u l-postijiet li fihom
dawk il-minuri jkunu miżmuma sabiex jissodisfaw ruħhom dwar il-
benesseri tal-minuri u jagħtu dak il-parir dwar il-kura u
manteniment tagħhom li jiżgura l-ġid tagħhom skond ma jkun
meħtieġ.
Setgħa ta’ spezzjon 
ta’ postijiet.
4. Kull family welfare officer jista’, wara li juri, jekk ikun
hekk mitlub, xi dokument li juri li huwa family welfare officer,
jispezzjona kull post li fih il-minuri protetti jkunu ser jinżammu
jew ikunu qed jinżammu.
Avviż u tagħrik li 
għandu jingħata 
lid-Direttur tas-
Servizzi Soċjali.
Emendat:
XLIV. 1965.4.
5. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-sub-regolament (2)
ta’ dan ir-regolament, meta jsiru arranġamenti għall-allokazzjoni
ta’ minuri fil-kura u kustodja ta’ xi persuna u minħabba fl-
arranġament il-minuri jkun minuri protett waqt li jkun fil-kura u
kustodja ta’ dik il-persuna, kull persuna li tieħu parti fl-
arranġamenti għandha tavża bil-miktub dwar l-arranġamenti lid-
Direttur tas-Servizzi Soċjali, hawnhekk iżjed ’l quddiem imsejjaħ
"id-Direttur".
(2) L-avviż mhux meħtieg li jingħata minn missier jew omm
jew tutur tat-tifel, kemm-il-darba l-minuri ma jkunx minuri protett
minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija fir-regolament 2(2), mill-
persuna li fil-kura u kustodja tagħha jkun ser jiġi mqiegħed il-
minuri.
(3) Meta minuri li jkun ser jiġi mqiegħed fil-kura u kustodja ta’
xi persuna jkun minuri protett minħabba ċ-ċirkostanzi msemmija
fir-regolament 2(2), f’dak il-każ mingħajr ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-sub-regolament (l) ta’ dan ir-regolament, il-
persuna li fil-kura u kustodja tagħha l-minuri jkun ser jitqiegħed
għandha tavża bil-miktub li l-minuri jkun ser jitqiegħed fil-kura u
kustodja tagħha lid-Direttur.
(4) Avviż skond is-sub-regolament (1) jew is-sub-regolament
(3) ta’ dan ir-regolament għandu jingħata mhux anqas minn sebat
ijiem qabel ma l-minuri jiġi mqiegħed kif imsemmi f’dawk is-sub-
regolamenti, ħlief illi meta l-minuri jkun imqiegħed f’emerġenza, l-
avviż jista’ jingħata mhux aktar tard minn tliet ijiem wara li t-tifel
ikun hekk jiġi mqiegħed.
(5) Meta persuna li jkollha minuri protett fil-kura u kustodja
tagħha tibdel l-indirizz permanenti tagħha, hija għandha, mhux
anqas minn sebat ijiem qabel il-bidla, jew, jekk il-bidla ssir
f’emerġenza, mhux aktar tard minn tliet ijiem wara l-bidla, tavża
bil-miktub u tispeċifika l-indirizz il-ġdid lid-Direttur.
(6) Jekk minuri protett imut, il-persuna li kien fil-kura u
kustodja tagħha għandha egħluq erbgħa u għoxrin siegħa mill-mewt
tavża bil-miktub lid-Direttur.
(7) Persuna li jkollha jew bil-ħsieb li jkollha minuri protett fil-
kura u kustodja tagħha għandha fuq talba tad-Direttur tagħtih il-
ALLOKAZZJONI TAL-MINURI ġ L.S.16.01 3
partikolaritajiet li ġejjin, safejn magħrufa minnha, jiġifieri, l-isem,
is-sess u d-data u l-post tat-twelid tal-minuri, u l-isem u l-indirizz
ta’ kull persuna li tkun missier jew omm jew tutur tal-minuri jew li
mingħandha l-minuri jkun ġie riċevut jew ikun ser jiġi riċevut.
Tneħħija ta’ tfal 
protetti minn 
ambjenti mhux 
xierqa.
Emendat:
VIII. 1990.3.
6. (1) Jekk il-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja tkun
soddisfatta, wara rikors ta’ l-Avukat Ġenerali, li minuri protett ikun
qed jiġi miżmum jew ikun ser jiġi riċevut minn xi persuna li mhiex
tajba biex ikollha l-kura tiegħu jew f’xi post jew ambjent li jkun ta’
ħsara jew li aktarx ikun ta’ ħsara għall-minuri, il-Qorti tista’ tagħti
digriet biex il-minuri jitneħħa mill-kustodja ta’ dik il-persuna u
jingħataw ordnijiet oħra dwar l-allokazzjoni u l-benesseri tal-
minuri; u meta jiġi ppruvat li jkun hemm periklu imminenti għas-
saħħa jew benesseri tal-minuri, is-setgħa digriet skond dan ir-
regolament tista’ tiġi eżerċitata minn Qorti tal-Maġistrati wara
rikors tad-Direttur magħmul bil-kunsens ta’ l-Avukat Ġenerali.
(2) Fl-eżekuzzjoni ta’ digriet skond dan ir-regolament il-
marixxall tal-qorti jista’ jkollu miegħu family welfare officer jew
family welfare officers, li jkunu meqjusa bħala qed jieħdu parti fl-
eżekuzzjoni tad-digriet.
(3) Meta minuri jiġi mneħħi skond dan ir-regolament id-
Direttur għandu, jekk ikun prattikabbli, jgħarraf lill-omm jew lill-
missier tal-minuri jew lit-tutur tiegħu.
Reati.
Emendat:
XIII. 1983.5.
7. (1) Persuna tkun ħatja ta’ reat jekk -
(a) meta tkun meħtieġa, skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti, li tagħti avviż jew tagħrif,
tonqos milli tagħti l-avviż egħluq iż-żmien speċifikat
f’dik id-disposizzjoni jew tonqos milli tagħti t-tagħrif
egħluq żmien xieraq, jew xjentement tagħmel jew
tipprokura li persuna oħra tagħmel xi dikjarazzjoni
falza jew qarrieqa fl-avviż jew tagħrif;
(b) ma tħallix family welfare officer li jinvista minuri
protett jew xi post kif maħsub fir-regolament 4;
(ċ) ma tosservax digriet skond ir-regolament 6 biex
jitneħħa xi minuri protett jew tfixkel xi persuna fl-
eżekuzzjoni tad-digriet;
(d) tieħu minuri protett fil-kura u kustodja tagħha bla ma
jkollha, f’dak iż-żmien, il-mezzi meħtieġa għall-
manteniment tiegħu jew iżżommu f’post li jkun ta’
ħsara jew li aktarx ikun ta’ ħsara għas-saħħa tal-minuri
b’mod li jkun jew li aktarx ikun ta’ preġudizzju għas-
saħha tal-minuri.
(2) Persuna ħatja ta’ reat skond dan ir-regolament teħel, meta
tinsab ħatja, priġunerija għal perijodu ta’ mhux iżjed minn sitt xhur
jew multa ta’ mhux iżjed minn mitt lira, jew, f’każijiet żgħar, il-
pieni stabbiliti għall-kontravvenzjonijiet:
Iżda, meta l-fatti jikkostitwixxu reat punibbli skond xi liġi
oħra b’piena akbar, għandha tgħodd dik il-piena akbar.
(3) Proċeduri dwar reat skond il-paragrafu (ċ) tas-sub-
regolament (1) ta’ dan ir-regolament ikunu bla ħsara għal kull
4 L.S.16.01 ħ ALLOKAZZJONI TAL-MINURI
proċeduri dwar disprezz lejn il-Qorti.
