ATTI DUPLIKATI TA’ L-ISTAT ĊIVILI ġ L.S.16.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 16.02
REGOLAMENTI DWAR ATTI DUPLIKATI 
TA’ L-ISTAT ĊIVILI
14 ta’ Settembru, 1979
L-AVVIŻ LEGALI 92 ta’ l-1979.
Titolu.
Duplikati ta’ l-Istat Ċivili.
Tħejjija ta’ atti 
duplikati.
2. (1) Ikun id-dmir tad-Direttur tar-Reġistru Pubbliku li jħejji
atti ta’ l-istat ċivili duplikati ta’ dawk l-atti oriġinali kollha
depożitati fir-Reġistru Pubbliku f’Malta jew f’Għawdex li jkunu
meqruda jew li tkun ġratilhom ħsara minħabba ħruq jew tkiddu bl-
użu.
(2) Dawn l-atti ċivili duplikati għandhom isiru b’riferenza
għar-reġistru miżmum fir-Reġistru Pubbliku.
Awtentikazzjoni 
ta’ l-atti.
3. L-atti duplikati hekk imħejjija għandhom jiġu awtentikati
mid-Direttur tar-Reġistru Pubbliku jew minn dik il-persuna oħra
delegata minnu billi jiffirma isfel fit-tarf ta’ l-imsemmija atti.
Applikabbiltà  tad-
disposizzjonijiet 
tal-Kodiċi Ċivili.
Cap. 16.
4. Id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar il-formulazzjoni
ta’ atti ta’ l-istat ċivili għandhom japplikaw għal atti duplikati
mħejjija skond dawn ir-Regolamenti.
