NOMINA TA’ UFFIĊJALI DWAR ATTI 
TAT-TWELID U ATTI TAL-MEWT ġ L.S.16.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 16.03
ORDNI DWAR NOMINA TA’ UFFIĊJALI DWAR 
ATTI TAT-TWELID U ATTI TAL-MEWT
15 ta’ Marzu, 1985
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 204 ta’ l-1985.
Titolu.
dwar Atti tat-Twelid u Atti tal-Mewt.
Nomina ta’ 
uffiċjali.
2. L-uffiċjali li għandhom jiktbu l-atti tat-twelid u l-atti tal-
mewt u li għandhom jirċievu d-drittijiet ta’ reġistrazzjoni ta’ atti
tat-twelid, għandhom ikunu hekk:
(a) għal każijiet li jiġru fil-gżira ta’ Malta, il-kitba ta’ atti
tat-twelid u atti tal-mewt għandha tkun magħmula
mill-uffiċjal anzjan li jkun qed jaqdi dmirijiet fl-
uffiċċju tal-Pulizija, Nru.3B, Strada Zekka, il-Belt
Valletta;
(b) għal każijiet li jiġru fil-gżejjer ta’ Għawdex u ta’
Kemmuna, il-kitba ta’ atti tat-twelid u atti tal-mewt
għandha tkun magħmula mill-uffiċjal anzjan li jkun
qed jaqdi dmirijiet fl-Għassa tal-Pulizija, ir-Rabat,
Għawdex.
