ADOZZJONI ġ L.S.16.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 16.04
REGOLAMENTI DWAR L-ADOZZJONI
1 ta’ Marzu, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 15 ta’ l-1995.
Titolu.
Adozzjoni.
Ħwejjeġ preskritti 
għall-finijiet ta’ 
diversi artikoli tal-
Kodiċi Ċivili.
Kap. 16.
2. Il-ħwejjeġ li ġejjin huma preskritti għall-finijiet tad-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili li huma speċifikati:
(a) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 116(2), l-awtorita  hemm
imsemmija tkun id-Direttur responsabbli għall-
welfare. Id-Direttur għandu minn naħa tiegħu
jissottometti rapport soċjali lill-qorti fl-interess tal-
persuna li tkun ser tiġi adottata, u l-qorti tagħti d-
digriet fuq ir-rikors ta’ adozzjoni wara li tkun qieset ir-
rapport;
(b) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 118(1), il-mod preskritt
imsemmi fih ikun riferenza għan-numru li jiddistingwi
l-applikazzjoni preżentata favur il-persuna li l-identità
tagħha ma tkunx magħrufa minn min ikun ser jagħti l-
kunsens u riferenza għad-data li fiha kienet preżentata
dik l-applikazzjoni;
(ċ) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 118(2)(b), il-klassi ta’
persuna li tista’ tawtentika dokument tax-xorta
msemmija f’dak is-subartikolu tkun kull klassi ta’
persuna li jkollha kariga li, skond il-liġi ta’ Malta jew
tal-post fejn id-dokument ikun awtentikat, tagħti
setgħa lil dik il-persuna biex tawtentika dokument fil-
post fejn isir id-dokument;
(d) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 119(2), iċ-ċertifikat ta’
tabib reġistrat ikun meħtieġ fil-każijiet kollha ħlief
meta l-applikant jew wieħed mill-applikanti jkunu l-
omm jew il-missier tal-persuna li għandha tiġi adottata
jew meta l-Qorti jidhrilha xieraq li teżenta l-applikant;
(e) Għall-finijiet ta’ l-artikolu 120, il-persuna li tista’ tiġi
nominata mill-Qorti bħala kuratur speċjali ta’
minorenni tkun persuna li tkun għalqet il-ħamsa u
tletin sena u li tkun, minħabba l-esperjenza jew kariga
tagħha, persuna xierqa u tajba biex tagħmilha ta’
kuratur.
