SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT) ġ L.S.161.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.01
REGOLAMENTI DWAR SELF LOKALI
(STOCK REĠISTRAT)
4 ta’ Diċembru, 1959
L-AVVIŻ LEGALI 81 ta’ l-1959, kif emendat bl-Avviż Legali 68 ta’ l-
1973.
Titolu.
Lokali (Stock Reġistrat).
Tifsir.
ma tfissirx xort’oħra -
"Accountant General" tfisser l-Accountant General tal-Gvern ta’
Malta;
"dawn il-Gżejjer" tfisser il-Gżira ta’ Malta u d-Dipendenzi
tagħha;
Kap. 161.
Reġistrati);
"ir-reġistru" tfisser ir-reġistru ta’ stock miżmum mill-Accountant
General għall-fini ta’ l-Ordinanza;
"stock reġistrat" jew "stock" tfisser stock ta’ Malta maħruġ skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza;
"detentur ta’ stock" tfisser persuna li jkollha stock reġistrat li
tkun imniżżla bħala s-sid tiegħu fir-reġistru;
"unit ta’ stock" tfisser stock tad-denominazzjoni ta’ lira.
Applikazzjonijiet 
għall-għoti.
3. (1) Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ stock għandhom isiru
fil-forma murija fil-Formula 1 ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
(2) L-Accountant General jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu waħdu
u mingħajr ma jagħti ebda raġuni għal hekk, jiċħad kull
applikazzjoni għax-xiri ta’ stock u f’kull każ bħal dak il-flus
imħallsa fuq kull applikazzjoni bħal dik jingħataw lura mhux iżjed
tard minn wieħed u għoxrin ġurnata mid-data ta’ meta jkunu ġew
riċevuti.
Ittri ta’ għoti.
Formula 2 ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Ċertifikati ta’ 
stock.
5. Ċertifikati ta’ stock għandhom jinħarġu fil-forma murija
fil-Formula 3 ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Ħlas ta’ imgħax u 
riċevuta.
6. (1) L-imgħax dovut fuq kull stock reġistrat għandu
jitħallas b’warrant lid-detentur reġistrat ta’ stock jew lil xi fergħa
ta’ xi bank f’dawn il-Gżejjer, persuna jew għaqda ta’ persuni li
lilhom id-detentur ta’ stock ikun b’talba magħmula kif imiss lill-
Accountant General awtorizza lill-Accountant General li joħroġ
dak il-warrant.
(2) Ebda warrant ma għandu jitħallas sakemm l-irċevuta fuqu
għall-ammont li għandu jitħallas bih ma tkunx ġiet iffirmata kif
2 L.S.161.01 ħ SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT)
imiss, u dik l-irċevuta tkun ħelsien sħiħ lill-Gvern u lill-Accountant
General għall-ħlas tas-somma msemmija fil-warrant.
(3) Il-pustar ta’ ittra li jkun fiha warrant mibgħut mill-
Accountant General skond dawn ir-Regolamenti indirizzata lil xi
persuna fl-aħħar indirizz mogħti minn dik il-persuna lill-
Accountant General għandu, dwar ir-responsabbiltà  tal-Gvern u ta’
l-Accountant General, ikun daqs il-konsenja tal-warrant lill-
persuna li lilha l-ittra kienet indirizzata.
(4) Meta bis-saħħa ta’ dawn ir-Regolamenti jew skond xi
awtorità  mogħtija bis-saħħa tagħhom għandu jsir xi ħlas mill-
Accountant General lil għaqda ta’ persuni riċevuta għall-ħlas
mogħtija minn xi persuna li turi li hija l-aġent jew l-uffiċjal ta’ dik
l-għaqda u li tkun awtorizzata li tirċievi l-ħlas tkun ħelsien sħiħ lill-
Gvern u lill-Accountant General għall-ammont imħallas.
(5) Meta stock ikun reġistrat fl-ismijiet ta’ żewġ persuni jew
iżjed bħala kodetenturi ta’ stock l-Accountant General jista’,
kemm-il-darba ma jkunux saru arranġamenti oħra skond dawn ir-
regolamenti dwar il-ħlas ta’ imgħax, iħallas kull imgħax fuqu lid-
detentur ta’ stock li ismu jidher l-ewwel fir-reġistru.
(6) Riċevuta għall-hlas ta’ imgħax fuq xi stock li tingħata minn
xi wieħed minn żewġ kodetenturi jew iżjed ta’ dak l-istock
għandha, kemm-il darba ma jkunx ġie riċevut avviż bil-miktub fil-
kuntrarju mill-Accountant General minn xi kodetentur ieħor ta’
stock ta’ dak l-istock, tkun ħelsien sħiħ lill-Accountant General u
lill-Gvern għall-ħlas ta’ dak l-imgħax.
Trasferimenti. 7. Trasferimenti ta’ stock inter vivos għandhom isiru b’att fil-
forma murija fil-Formula 4 ta’ l-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
Applikazzjonijiet 
għall-
konsolidazzjoni 
jew suddiviżjoni.
8. Applikazzjonijiet għall-konsolidazzjoni jew suddiviżjoni
ta’ stock għandhom isiru fil-forma murija fil-Formula 5 ta’ l-Iskeda
li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Trasferiment, 
konsolidazzjoni u 
suddiviżjoni.
9. Ebda trasferiment, konsolidazzjoni jew suddiviżjoni ta’
stock ma għandu jsir dwar units ta’ stock.
Ħruġ ta’ duplikati 
u tiġdid.
10. (1) It-telf jew distruzzjoni ta’ xi ċertifikat ta’ stock
maħruġ mill-Accountant General għandu jiġi mgħarraf bil-miktub
lilu mill-aktar fis prattikabbli mill-persuna li jkollha dritt għall-
pussess tiegħu.
(2) Malli jirċievi dan it-tagħrif l-Accountant General għandu
jara li jiġi pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern avviż li jgħid li ċ-
ċertifikat ikun ġie mitluf jew distrutt, skond il-każ, u li huwa jkollu
l-ħsieb li, wara li jgħaddu xahrejn mid-data ta’ dak l-avviż, joħroġ
duplikat ta’ dak iċ-ċertifikat.
(3) Il-persuna li tagħti dak it-tagħrif tinħtieġ ukoll li toħroġ
avviż f’gazzetta lokali, li jgħid illi ċ-ċertifikat ikun ġie mitluf jew
distrutt, skond il-każ, u li jkollha l-ħsieb li tapplika lill-Accountant
General għall-ħruġ ta’ duplikat.
(4) Jekk l-Accountant General ikun sodisfatt illi xi ċertifikat
ta’ stock ikun ġie mitluf jew distrutt, jew ikun tal-fehma illi xi
ċertifikat ta’ stock ikun ġie maħruġ bi żball jew ġie mbagħbas, jew
SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT) ġ L.S.161.01 3
ikun f’dik il-kondizzjoni li jirrendi t-tiġdid tiegħu xieraq, huwa
jista’ -
(a) fil-każ ta’ telf jew distruzzjoni, joħroġ bla ħsara għad-
disposizzjonijiet tas-subregolament (2) ta’ dan ir-
regolament ċertifikat duplikat; u
(b) f’kull każ ieħor, joħroġ tiġdid taċ-ċertifikat ta’ stock,
lil kull persuna li tissodisfah illi għandha d-dritt għall-
pussess tiegħu.
(5) Meta jkun awtorizzat xi dritt fuq il-ħruġ ta’ duplikat jew
fuq it-tiġdid ta’ ċertifikat ta’ stock, ebda dritt bħal dak ma għandu
jitħallas dwar duplikat jew tiġdid ta’ ċertifikat ta’ stock li jsir biss
minħabba żball dovut lill-persuna li toħroġ iċ-ċertifikat ta’ stock
oriġinali.
Disposizzjonijiet 
dwar kodetenturi 
ta’ stock.
11. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti, kull applikazzjoni dwar stock fl-ismijiet ta’ żewġ
persuni jew iżjed bħala kodetenturi ta’ stock għandha ssir minn
dawk il-persuni kollha.
(2) Il-kodetenturi ta’ stock ta’ kull stock jistgħu jawtorizzaw lil
kull persuna, inkluż wieħed minnhom stess, biex taġixxi bħala
aġent tagħhom dwar dak l-istock u d-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti dwar l-awtorizzazzjoni ta’ aġenti għandhom
japplikaw għal hekk.
(3) Meta stock ikun reġistrat fl-ismijiet ta’ tliet detenturi ta’
stock jew iżjed u ssir applikazzjoni għal hekk dwar dak l-istock
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament il-ħwejjeġ kollha
meħtieġa li jsiru sabiex jiġi trattat dak l-istock, jistgħu, bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, jiġu magħmula u
mogħtija minn maġġoranza tal-persuni li jkunu d-detenturi
reġistrati ta’ l-istock fid-data meta l-applikazzjoni tkun saret.
(4) Applikazzjoni għall-fini ta’ dan ir-regolament għandha ssir
bil-miktub lill-Accountant General.
(5) Persuna, li tkun reġistrata bħala waħda mid-detenturi ta’
stock ta’ xi stock li dwaru tkun saret applikazzjoni skond dan ir-
regolament, tista’ tagħti avviż bil-miktub lill-Accountant General
illi l-applikazzjoni ġiet imħassra, u malli avviż ikun ġie hekk
mogħti, d-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament għandhom malli
jiġi riċevut l-avviż mill-Accountant General, jispiċċaw milli
japplikaw għal dak l-istock.
Tibdil fir-reġistru.
fit-talba għar-reġistrazzjoni jew trasferiment, il-kont għandu jiġi
emendat malli tiġi riċevuta ittra jew dikjarazzjoni, skond kif jitlob
il-każ, li tgħid kif inħoloq l-iżball. Fil-każ ta’ tibdil għal xi isem
jew ismijiet fil-kont li jsir meħtieġ minħabba trasferiment,
eżekuzzjoni ġdida tat-trasferiment għandha tiġi magħmula miċ-
ċessjonarju.
(2) Maż-żwieġ ta’ detentriċi ta’ stock, isimha u d-deskrizzjoni
tagħha għandhom jinbidlu fir-reġistru dwar stock li jkun hemm
f’isimha biss jew flimkien ma’ xi persuni oħra, meta dik id-
detentriċi ta’ stock tipproduċi lill-Accountant Generali ċ-ċertifikat
taż-żwieġ tagħha, u tgħarraf il-bdil ta’ l-indirizz tagħha, jekk ikun
4 L.S.161.01 ħ SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT)
hemm, u tagħti l-partikolaritajiet kollha tal-kontijiet li fihom hija
tixtieq li jsir it-tibdil. Eżemplari tal-firmi tagħha ta’ preżenti u ta’
qabel għandhom jiġu mogħtija.
Persuni taħt 
inkapaċità  legali.
13. Jekk xi detentur ta’ stock ta’ xi stock jinsab b’moħħu marid
jew isir xort’oħra suġġett għall-inkapaċità  legali, kull ħaġa li skond
dawn ir-Regolamenti tista’ ssir minn jew dwar dak id-detentur ta’
stock tkun tista’ ssir minn jew dwar il-persuna, jekk ikun hemm, li
jkollha dritt bil-liġi li tamministra l-proprjetà  ta’ dak id-detentur ta’
stock, salva l-produzzjoni qabel lill-Accountant General ta’ prova
dokumentarja ta’ dak id-dritt għas-sodisfazzjoni ta’ l-Accountant
General.
Ħatra ta’ aġenti. 14. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti, kull detentur ta’ stock jista’ jagħti awtorizzazzjoni
bil-miktub li tawtorizza lil xi persuna biex taġixxi bħala aġent
tiegħu dwar stock miżmum minnu jew dwar xi imgħax li jiġi minnu
u dik l-awtorizzazzjoni tista’ -
(a) tirriferixxi għall-istock kollu jew għal xi unit ta’ stock
li jista’ f’kull żmien ikun miżmum mill-persuni li
jagħtu l-awtorizzazzjoni jew għall-istock kollu jew
għal xi unit ta’ stock li jkun miżmum minnu fiż-żmien
meta l-awtorizzazzjoni tkun mogħtija; u
(b) tawtorizza lill-persuna li lilha l-awtorizzazzjoni tkun
mogħtija biex tittratta dwar l-istock jew imgħax li
għalih tirriferixxi sew b’mod ġenerali fid-diskrezzjoni
tagħha jew suġġetta għal xi direttivi msemmija fl-
awtorizzazzjoni.
(2) Awtorizzazzjoni skond dan ir-regolament ma tkun ta’ ebda
siwi kemm-il darba u sakemm ma tkunx konsenjata lill-Accountant
General.
(3) Kull ħlas magħmul kif imiss mill-Accountant General
skond dawn ir-Regolamenti minħabba awtorizzazzjoni mogħtija
skond dan ir-regolament għandu, minkejja t-tmiem bi tħassir jew
xort’oħra ta’ dik l-awtorizzazzjoni jitqies għall-finijiet kollha li
jkun ħlas validu jekk avviż bil-mlktub tat-tħassir ma jiġix riċevut
minn, jew it-tmiem ta’ l-awtorizzazzjoni minħabba xi raġuni oħra
ma jkunx ġie għak-konjizzjoni ta’, l-Accountant General fiż-żmien
meta l-ħlas ikun gie magħmul.
(4) Awtorizzazzjoni mogħiija skond dawn ir-Regolamenti
għandha, bla ħsara għall-kondizzjonijiet tagħha, sakemm ma tiġix
imħassra jew xort’oħra mtemma -
(a) tibqa fis-seħħ minkejja xi żieda jew tnaqqis fil-valur
nominali ta’ l-istock li għalih tirriferixxi;
(b) tagħti jedd lill-persuna li tkun ġiet mogħtija lilha li
tagħmel kull applikazzjoni u tiffirma kull dokument
imsemmi f’dawn ir-Regolamenti u li tirċievi kull ħlas
bis-saħħa tagħha.
Tagħrif dwar 
kontijiet ta’ stock.
15. Tagħrif dwar kont ta’ stock jingħata biss fuq talba ta’
detentur ta’ stock li għalih dak il-kont jirriferixxi jew lir-
rappreżentant tiegħu maħtur kif imiss.
SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT) ġ L.S.161.01 5
Indennizz tal-
Gvern u ta’ l-
uffiċjali.
16. Il-Gvern, l-Accountant General u kull persuna li taġixxi
taħt l-awtorità  tiegħu, ma jkunux responsabbli mingħajr prova ta’
negliġenza jew qerq, dwar xi ħlas magħmul kif imiss, jew att
magħmul kif imiss skond dawn ir-Regolamenti u kull ħlas bħal dan
għandu, bla ħsara għad-disposizzjonijiet tar-regolament 17, jitqies
li kien ħlas validu u riċevuta maħruġa mill-persuna li lilha l-flus
ikunu tħallsu tkun ħelsien sħiħ lill-Gvern u lill-Accountant General
għall-ammont ta’ dak il-ħlas.
Riżerva ta’ 
drittijiet ta’ terzi 
persuni.
17. Ebda disposizzjoni f’dawn ir-Regolamenti għall-
protezzjoni tal-Gvern u ta’ l-Accountant General dwar xi att
magħmul jew flus mħallsa ma għandha taħdem biex timpedixxi l-
ġbir lura minn xi persuna jew ir-rappreżentant tagħha ta’ xi stock
jew flus dovuti legalment lilha mill-persuna li għaliha dak l-istock
kien trasferit jew dawk il-flus kienu tħallsu minn jew skond l-ordni
ta’ l-Accountant General, jew mir-rappreżentant ta’ dik il-persuna.
Drittijiet.
Sostitwit:
A.L. 68 ta’ l-1973.
18. Il-Ministru responsabbli għall-Finanzi jista’ jawtorizza jew
b’mod ġenerali jew fil-każ ta’ xi ħruġ ta’ stock partikolari l-ħlas
tad-drittijiet li ġejjin:
Mal-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ stock skond l-artikolu 12 ta’
l-Ordinanza barra mill-ewwel detentur ta’ l-istock
............................................................... 20 ċenteżmu
Mal-ħruġ ta’ duplikat, jew mat-tiġdid ta’ ċertifikat ta’
stock skond ir-regolament 10 .................. 50 ċenteżmu
Mar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ stock skond l-
artikolu 14 ta’ l-Ordinanza ...................... 20 ċenteżmu
Mal-konsolidazzjoni jew mas-suddiviżjoni ta’ stock
skond l-artikolu 36 ta’ l-Ordinanza ......... 20 ċenteżmu
Għal tagħrif mogħti skond ir-regolament 15
.............................................................. 30 ċenteżmu.
6 L.S.161.01 ħ SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT)
S K E D A
Formula 1
GVERN TA’ MALTA
STOCK LOKALI REĠISTRAT 
Formula ta’ Applikazzjoni
(Regolament 3)
Lil: Accountant General,
(Indirizz)
Data ........................................ , ........
Sinjur,
Jiena /Aħna b’din napplika/w għal Lm .............................................. (bi kliem)
.................... .......................... liri ta’ Stock Lokali Reġistrat tal-Gvern ta’ Malta bil-
............................... fil-mija skond il-kondizzjonijiet li hemm fil-Prospett ta’
......................................... u nintrabat/tu li nħallas/su ..........................................
għal kull .................................................... stock, u li naċċetta/w l-istess, jew kull
ammont anqas illi jista’ jiġi mogħti lili/na, u li nħallas/su għall-istess konformement
għall-pattijiet ta’ l-imsemmi Prospett.
*Jiena/Aħna qiegħed/qegħdin ninkludi/u depożitu ta’ ..............................., li
huwa .................................................. fil-mija fuq l-ammont nominali ta’ Stock li
għalih qiegħed/qegħdin napplika/w.
**Jiena/Aħna qiegħed/qegħdin ninkludi/u Lm ................................ bi ħlas ta’ dan
l-istock li għalih qiegħed/qegħdin napplika/w.
Għall-użu uffiċjali Ġ Applikazzjoni Nru ..........Għoti Nru ..................
Firma ordinarja ................................................................. L-ispazji addiz-zjonali għandhom
jimtlew biss meta
żewġ persuni jew
iżjed japplikaw
bħala sottoskritti
flimkien.
Isem sħiħ ..........................................................................
(Ittri kbar, għid jekk hux Sinjur, Sinjura jew Sinjorina u t-titoli,
jekk għandek.)
Indirizz sħiħ** ..................................................................
Firma ordinarja .................................................................
Isem sħiħ ..........................................................................
(Ittri kbar, għid jekk hux Sinjur, Sinjura jew Sinjorina u t-titoli,
jekk għandek.)
Indirizz sħiħ** ..................................................................
Firma ordinarja .................................................................
Indirizz sħiħ** ..................................................................
(Ittri kbar, għid jekk hux Sinjur, Sinjura jew Sinjorina u t-titoli,
jekk għandek.)
Indirizz sħiħ** ..................................................................
* Ħassar dak li ma japplikax.
** Meta l-indirizz mogħti huwa għand persuna oħra, bank jew
ditta, il-post tar-residenza jew negozju ta’ l-applikant għandu
jingħata wkoll.
SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT) ġ L.S.161.01 7
Formula 2
GVERN TA’ MALTA
STOCK LOKALI REĠISTRAT ................
Ittra ta’ Għoti
(Regolament 4)
Nru.  ....................................... (Indirizz) .............................................
...............................................
Lil:  ...............................................
...............................................
Sinjur /Sinjuri,
Nirringrazzjak għall-ammont li inti bgħatt ta’ Lm .................... u l-applikazzjoni
tiegħek għal Stock fis-Self ..............., u għandi l-pjaċir ngħarrfek li ġie lilek mogħti
Stock tal-valur nominali ta’ Lm .................... . Riċevuta uffiċjali għad-depożitu
tiegħek tinsab annessa.
(a)* Is-somma ta’ Lm ............ kif kalkolata hawn taħt għandha titħallas
minnek fi jew qabel il- ............................. , ........... .
Lm
Valur gross ta’ l-għoti bil- ........... fil- ........... Stock
Nieqes l-ammont imħallas ma’ l-applikazzjoni 
Ammont nett li għandu jitħallas minnek 
(b)* Is-somma ta’ Lm ................... kif kalkolata hawn taħt għandha titħallas
lilek u ċ-cheque Nru. ............... għal dak l-ammont huwa anness.
Lm
Ammont l-applikazzjoni ......................................
Nieqes il-valur gross ta’ l-għoti bil- ..............................
 għal .......................... Stock ................................... ______________
Ammont nett li għandu jitħallas lilek ................................______________
______________
Jekk huwa mixtieq li jsiru arranġamenti speċjali għall-ħlas ta’ l-imgħax
għandha timtela l-formula ta’ hawn wara.
Intd .........................................
Exd. ........................................
........................................
Accountant General
Lil: Accountant General,..................................., ...........
(Indirizz)
Sinjur,
STOCK LOKALI REĠISTRAT ................................
* Huma/Huwa anness/i flus/cheque għall-ammont ta’ Lm ................ . Jekk
jogħġbok ibgħat riċevuta u ċertifikat ta’ Stock lili/lilna/lill-persuna msemmija hawn
taħt:
Isem .......................................... Firma/i ..........................................
Indirizz ....................................... ..........................................
.......................................... ..........................................
*Ħassar dak li ma japplikax.
Formula 2 (Wara).
8 L.S.161.01 ħ SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT)
GVERN TA’ MALTA
STOCK LOKALI REĠISTRAT ................
Talba dwar Imgħax
(Indirizz)
Sakemm jingħata avviż ieħor jekk jogħġbok ħallas l-imgħax li lkun dovut kull sitt
xhur/sena fuq l-istock hawn taħt imsemmi lil - 
* Isem ...............................................................
Indirizz ..........................................................
 ...........................................................
* Bank 
Soċjetà  
Ditta 
Persuna
Id-dettalji ta’ l-istock huma dawn li ġejjin:
Ismijiet tad-Detenturi
Ċertifikat Nru.
jew
Għoti Nru.
 Ammont ta’ Stock
Firmi (għandhom jiffirmaw id-Detenturi ta’ Stock kollha).
......................................................... .........................................................
......................................................... .........................................................
......................................................... .........................................................
......................................................... .........................................................
SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT) ġ L.S.161.01 9
Formula 3
GVERN TA’ MALTA
STOCK LOKALI REĠISTRAT ................
(Regolament 5)
Ċertifikat ta’ Stock Nru. .......................
Lm .................... Stock.
B’dan niċċertifika illi .......................................................................................
............................................................................................................................
ġie/ġew reġistrat/i fir-Reġistur tad-Detenturi ta’ Stock bħala s-sid/sidien ta’ Stock
Lokali Reġistrat tal-Gvern ta’ Malta ........................................... għall-valur ta’
.............................................................................................................................
.............................................................................................................................
Il-Belt, Valletta ......................................., ..........
Exd. .......................................................
Trasferiment Nru. ................................ ................................................
Fol. Reġistrat Nru. ................................. Accountant General
(Wara)
L-imgħax għandu jitħallas ....................................... .
Dan iċ-ċertifikat mhux negozjabbli b’ġira, u bejgħ jew trasferiment ta’ l-istock,
kollu jew f’parti, għandu jsir b’att ta’ trasferiment fil-forma approvata li għandu jiġi
reġistrat fl-uffiċċju ta’ l-Accountant General, il-Belt Valletta.
Jekk jogħġbok imla u ibgħat lill-Accountant General, It-Teżor, Floriana.
Irċevejt iċ-Ċertifikat ta’ Stock Nru. .......................................
Firma .................................................
Data ..................................., ..................
10 L.S.161.01 ħ SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT)
Formula 4
GVERN TA’ MALTA
STOCK LOKALI REĠISTRAT ................
Att ta’ Trasferiment ta’ Stock Lokali Reġistrat
(Regolament 7)
...............................................
...............................................
Xhud: ...............................................
(1) ...................................... ...............................................
(2) ...................................... ...............................................
Ċedent
...............................................
...............................................
Xhud: ...............................................
(1) ...................................... ...............................................
(2) ...................................... ...............................................
Ċessjonarju
*Meta l-indirizz ikun ta’ persuna oħra, bank jew ditta, il-post ta’ residenza jew
negozju taċ-ċessjonarju għandu jingħata wkoll.
(Wara)
Jien/Aħna .................................................................................
.....................................................................................................
ta’ ................................................................................................
.....................................................................................................
hawnhekk  iżjed ’l quddiem imsejjaħ/ħin iċ-Ċedent, b’korrispettiv
tas-somma ta’ ..............................................................................
imħallas minn ..............................................................................
.....................................................................................................
ta* ...............................................................................................
.....................................................................................................
.....................................................................................................
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ/ħin iċ-Ċessjonarju, li hija l-
flus b’korrispettiv għal .................................................................
Stock Lokali tal-Gvern ta’ Malta ................................................ ,
..................................................... qiegħed/qegħdin b’dan
nittrasferixxi/u l-imsemmi stock (flimkien ma’ l-imgħax miġbur
fuqhom sa mill-aħħar ħlas ta’ sitt xhur ta’ dak l-imgħax) liċ-
Ċessjonarju. Iċ-Ċertifikat(i) ta’ Stock relattiv/i skond il-
partikolaritajiet murija wara, huwa/huma inkluż/i.
Isem u indirizz 
sħiħ tal-
bejjiegħ.
Flus.
Isem u indirizz 
sħiħ tax-xerrej.
Lm ..............
Stock
Ċertifikat ta’ 
Stock għandu 
jiġi anness.
U Jiena/Aħna, iċ-Ċessjonarju, qiegħed/qegħdin b’dan naċċetta/w t-trasferiment
ta’ l-istess.
B’xiehda l-firmi ta’ l-imsemmija partijiet illum ........................ 
PARTIKOLARITAJIET TAĊ-ĊERTIFIKAT/(I) TA’ STOCK ANNESSI.
Numru taċ-Ċertifikat ta’ Stock  Ammont
Total ..................... Lm
SELF LOKALI (STOCK REĠISTRAT) ġ L.S.161.01 11
Formula 5
GVERN TA’ MALTA
STOCK LOKALI REĠISTRAT ................
Applikazzjoni għall-Konsolidazzjoni/Suddiviżjoni ta’ Stock
(Regolament 8)
......................................., ..................
L-Accountant General,
(Indirizz)
L-hawn taħt iffirmat/i qiegħed/qegħdin hawnhekk nibgħat/u ċ-Ċertifikat/i ta’
Stock hawn taħt imsemmi/ja u nitlob/nitolbu illi jinħarġu Ċertifikat/i ġdid/ġodda ta’
Stock għall-valuri msemmija hawn taħt.
PARTIKOLARITAJIET TA’ ĊERTIFIKATI TA’ STOCK MIBGĦUTA GĦALL-
KONSOLIDAZZJONI/SUDDIVIŻJONI.
PARTIKOLARITAJIET TA’ ĊERTIFIKATI TA’ STOCK MEĦTIEĠA GĦALL-
KONSOLIDAZZJONI/SUDDIVIŻJONI.
Firma(i) u indirizz(i) tad-detentur(i).
............................................... ...............................................
............................................... ...............................................
............................................... ...............................................
Numru taċ-Ċertifikat ta’ Stock  Ammont
Total ..................... Lm
Ċertifikat ta’ Stock  Ammont
Total ..................... Lm
