ĦRUĠ TA’ LM10,000,000 6.75% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 2000 ġ L.S.161.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.02
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM10,000,000 6.75% STOCK 
LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 2000
16 ta’ Novembru, 1990
L-AVVIŻ LEGALI 191 ta’ l-1990.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm10,000,000 6.75% Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 2000.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni. Meta jitħallas għal kollox l-istock jiġi reġistrat.
Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 19 ta’
Novembru, 1990 u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ l-1 ta’ Diċembru,
1990 jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-Accountant General.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
3. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm10,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
4. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fl-1 ta’
Ġunju u fl-1 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-
ewwel ħlas ta’ Lm3.37,5 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn it-2 ta’ Diċembru, 1990 u l-1 ta’ Ġunju, 1991, għandu
jsir fl-1 ta’ Ġunju, 1991.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
5. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm100,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien
tliet snin mit-2 ta’ Diċembru, 1990.
Fidwa ta’ stock.
Jannar, 2000 u l-31 ta’ Diċembru, 2000 (iż-żewġ dati magħdudin)
kif jiġi stabbilit mill-Accountant General u avżat fil-Gazzetta. L-
istock jiġi mifdi biss mal-konsenja taċ-ċertifikat ta’ l-istock
maħruġ.
