ĦRUĠ TA’ LM500,000 3% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 2001 ġ L.S.161.08 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.08
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM500,000 3% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 2001
28 ta’ Mejju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 76 ta’ l-1991.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm500,000 3% Stock Lokali Reġistrat għall-
Iżvilupp 2000/01.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni. Meta jitħallas għal kollox l-istock jiġi reġistrat.
Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 3 ta’ Ġunju,
1991 fid-9.00a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar is-Sibt, il-15 ta’ Ġunju,
1991 jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-Accountant General.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
3. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm500,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
4. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fil-15 ta’
Ġunju u fil-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm1.50,0 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn it-16 ta’ Ġunju, 1991 u l-15 ta’ Diċembru, 1991,
għandu jsir fil-15 ta’ Diċembru, 1991.
Eżenzjoni minn 
ħlas ta’ taxxi.
5. Dan l-istock huwa eżentat mill-ħlas tat-taxxa tal-mewt, u l-
imgħax fuq dan l-istock huwa eżentat mill-ħlas tat-taxxa fuq l-
income.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
6. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm5000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta għandha
ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament sabiex
jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien tliet
snin mis-16 ta’ Ġunju, 1991.
Fidwa ta’ stock.
Lm100 stock f’dik id-data bejn l-1 ta’ Jannar, 2001 u l-31 ta’
Diċembru, 2001 (iż-żewġ dati magħdudin) kif jiġi stabbilit mill-
Accountant General u avżat fil-Gazzetta. L-istock jinfeda biss mal-
konsenja taċ-ċertifikat ta’ l-istock maħruġ.
