ĦRUĠ TA’ LM1,500,000 6.5% STOCK LOKALI
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1996/97 ġ L.S.161.10 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.10
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM1,500,000 6.5% STOCK 
LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1996/97
IT-TIELET ĦRUĠ
28 ta’ Mejju, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 78 ta’ l-1991.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm1,500,000 6.5% Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 1996/97.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni. Meta jitħallas għal kollox l-istock jiġi reġistrat.
Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 3 ta’ Ġunju,
1991 fid-9.00a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar is-Sibt, il-15 ta’ Ġunju,
1991 jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-Accountant General.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
3. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm1,500,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
4. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fil-15 ta’
Ġunju u fil-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm3.25,0 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn is-16 ta’ Ġunju, 1991 u l-15 ta’ Diċembru, 1991,
għandu jsir fil-15 ta’ Diċembru, 1991.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
5. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm15,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien
tliet snin mis-16 ta’ Ġunju, 1991.
Fidwa ta’ stock.
Jannar, 1996 u l-31 ta’ Diċembru, 1997 (iż-żewġ dati magħdudin)
kif jiġi stabbilit mill-Accountant General u avżat fil-Gazzetta. L-
istock jinfeda biss mal-konsenja taċ-ċertifikat ta’ l-istock maħruġ.
