BDIL TA’ LM3,000,000 6½ % STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1991 ġ L.S.161.16 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.16
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL TA’ LM3,000,000 6½ % STOCK 
LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1991
16 ta’ Awissu, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 127 ta’ l-1991.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil ta’ Lm3,000,000 6½ % Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 1991.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. (a) L-istock jiġi maħruġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u
jingħata fuq applikazzjoni. Meta jitħallas għal kollox l-
istock jiġi reġistrat. Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-
istock għal dawk li diġà  għandhom 6½ % Stock Lokali
Reġistrat għall-Iżvilupp 1991 jiftħu fid-9 ta’ fil-għodu
l-Ħamis, it-22 ta’ Awissu, 1991 u jagħlqu f’nofs in-
nhar tal-Ġimgħa, it-30 ta’ Awissu, 1991.
(b) Applikazzjonijiet mingħand il-pubbliku ġenerali għall-
bilanċ li jibqa’ mhux mittieħed mill-iStock Lokali
Reġistrat (Bdil) għall-Iżvilupp 1996/97 (il-ħames
ħruġ) bis-6½ % jintlaqgħu t-Teżor, bejn id-9 ta’ fil-
għodu tat-Tnejn, id-9 ta’ Settembru, 1991 u nofs in-
nhar tal-Ġimgħa, l-20 ta’ Settembru, 1991, jew qabel
jekk l-istock jittieħed kollu, fid-diskrezzjoni ta’ l-
Accountant General.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
3. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm3,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
4. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fil-21 ta’
Marzu u fil-21 ta’ Settembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm3.25,0 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn il-21 ta’ Settembru, 1991 u l-20 ta’ Marzu, 1992,
għandu jsir fil-21 ta’ Marzu, 1992.
Eżenzjoni minn 
ħlas ta’ taxxi.
5. L-ewwel Lm50 imgħax fuq dan l-istock huma eżentati mill-
ħlas tat-taxxa fuq il-qligħ.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
6. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm30,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien
tliet snin mit-22 ta’ Settembru, 1991.
Fidwa ta’ stock.
Jannar, 1996 u l-31 ta’ Diċembru, 1997 (iż-żewġ dati magħdudin)
kif jiġi stabbilit mill-Accountant General u avżat fil-Gazzetta. L-
istock jinfeda biss mal-konsenja taċ-ċertifikat ta’ l-istock maħruġ.
