ĦRUĠ TA’ LM1,000,000 4.5% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1996/98 ġ L.S.161.19 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.19
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM1,000,000 4.5% STOCK 
LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1996/98
IL-ĦAMES ĦRUĠ
3 ta’ Awissu, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 134 ta’ l-1991.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm1,000,000 4.5% Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 1996/98.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm101 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni. Meta jitħallas għal kollox l-istock jiġi reġistrat.
Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 9 ta’
Settembru, 1991 fid-9.00a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar il-
Ġimgħa, 20 ta’ Settembru, 1991 jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-
Accountant General.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
3. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm1,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
4. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fil-21 ta’
Settembru u fil-21 ta’ Marzu ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm2.25,0 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn it-22 ta’ Settembru, 1991 u l-21 ta’ Marzu, 1992,
għandu jsir fil-21 ta’ Marzu, 1992.
Eżenzjoni minn 
ħlas ta’ taxxi.
5. L-imgħax fuq dan l-istock huwa eżentat mill-ħlas tat-taxxa
fuq l-income.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
6. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm10,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien
tliet snin mit-22 ta’ Settembru, 1991.
Fidwa ta’ stock.
Lm100 stock f’dik id-data bejn l-1 ta’ Jannar, 1996 u l-31 ta’
Diċembru, 1998 (iż-żewġ dati magħdudin) kif jiġi stabbilit mill-
Accountant General u avżat fil-Gazzetta. L-istock jinfeda biss mal-
konsenja taċ-ċertifikat ta’ l-istock maħruġ.
