ĦRUĠ TA’ LM3,000,000 6.75% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 1997 ġ L.S.161.24 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.24
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM3,000,000 6.75% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 1997
L-EWWEL ĦRUĠ
16 ta’ Settembru, 1992
L-AVVIŻ LEGALI 84 ta’ l-1992.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm3,000,000 6.75% Stock tal-Gvern ta’
Malta 1997.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-100. L-
applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tlieta, 22 ta’
Settembru, 1992 fid-9.00a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar is-
Sibt, it-3 ta’ Ottubru, 1992 jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-
Accountant General.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali w in-negozju ta’ borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm3,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
5. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-3 ta’
April u fit-3 ta’ Ottubru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-
ewwel ħlas ta’ Lm3.37,5 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn l-4 ta’ Ottubru, 1992 u t-3 ta’ April, 1993, għandu jsir
fit-3 ta’ April, 1993.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
6. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm30,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien
tliet snin mit-3 ta’ Ottubru, 1992.
Fidwa ta’ stock.
Lm100 stock f’dik id-data bejn l-1 ta’ Jannar, 1997 u l-31 ta’
Diċembru, 1997 (iż-żewġ dati magħdudin) kif jiġi stabbilit mill-
Accountant General u avżat fil-Gazzetta tal-Gvern.
