ĦRUĠ TA’ LM28,067,000 7% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 2003 ġ L.S.161.31 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.31
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM28,067,000 7% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 2003
18 ta’ Frar, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 19 ta’ l-1993.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm28,067,000 7% Stock tal-Gvern ta’ Malta
2003.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock, li jista’ jiġi negozjat u li hu ħieles mit-taxxa fuq
dokumenti, jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata lill-
entijiet ekkleżjastiċi f’ammonti li jidħlu eżatt bil-100 fit-18 ta’
Frar, 1993.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
3. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-18 ta’
Frar u fit-18 ta’ Awissu ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-
ewwel ħlas taż-żmien bejn id-19 ta’ Frar, 1993 u t-18 ta’ Awissu,
1993, isir fit-18 ta’ Awissu, 1993. Ir-rata ta’ l-imgħax għandha tiġi
riveduta malli jiskadi kull perijodu ta’ sentejn, li jibda għaddej
mid-data tal-ħruġ ta’ l-istock imsemmi, b’mod li r-rata tinżamm
b’punt wieħed perċentwali inqas mill-ogħla rata ta’ self normali
permessa bil-liġi, b’dan illi r-rata ta’ l-imgħax ma tkunx inqas minn
7%.
Ħlas ta’ imgħax isir b’warrant, li jintbagħat bil-posta,
b’riskju tad-detentur ta’ l-istock, lid-detentur ta’ l-istock innifsu
jew lil xi fergħa ta’ xi bank lokali, persuna jew għaqda ta’ persuni li
lilhom id-detentur ta’ l-istock, b’talba magħmula bil-miktub lill-
Accountant General, ikun awtorizza lill-Accountant General biex
joħroġ dak il-warrant. Ebda warrant ma għandu jitħallas sakemm ir-
riċevuta relattiva ma tkunx ġiet iffirmata bil-miktub u dik ir-
riċevuta tkun ħelsien sħiħ lill-Accountant General u lill-Gvern għal
dak il-ħlas. F’każijiet meta stock ikun reġistrat fl-ismijiet ta’ żewġ
persuni jew iżjed bħala kodenturi ta’ stock, l-Accountant General
jista’ jagħmel ħlas bil-mod kif imsemmi lill-persuna li isimha
jidher l-ewwel fir-reġistru. Riċevuta għall-ħlas ta’ imgħax mogħtija
minn wieħed miż-żewġ kodetenturi jew iżjed ta’ stock għandha,
kemm-il darba ma jkunx ġie riċevut mill-Accountant General avviż
bil-miktub fil-kuntrarju mingħand xi kodetentur ieħor ta’ stock,
tkun ħelsien sħiħ lill-Accountant General u lill-Gvern għall-ħlas ta’
dak l-imgħax.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali w in-negozju ta’ borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji. Dawn l-istocks
jistgħu jinbiegħu liberament lill-pubbliku bl-awtorizzazzjoni minn
qabel tal-Konferenza Episkopali Maltija sa valur nominali totali li
ma jkunx aktar minn Lm5,000,000 f’kull sena, u jekk ikun ammont
iktar minn hekk, bl-awtorizzazzjoni tal-Ministru tal-Finanzi. Dak l-
istock jista’, madankollu, jiġi negozjat bejn l-entijiet ekkleżjastiċi
barra mill-borża rikonoxxuta, ma jeħtiġx l-awtorizzazzjoni
2 L.S.161.31 ħ
ĦRUĠ TA’ LM28,067,000 7% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 2003
msemmija, ma jitqiesx fil-komputazzjoni tas-somma totali li tista’
tiġi trasferita ta’ kull sena, u jkun eżentat mit-taxxa fuq dokumenti.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
5. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm250,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jinfeda l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi
żmien tliet snin mit-18 ta’ Awissu, 1993.
Stock għall-kariku 
tad-dħul ġenerali u 
attiv tal-Gvern.
6. L-istock u l-imgħax fuqu ikunu għal kariku tad-dħul
ġenerali u attiv tal-Gvern ta’ Malta.
Fidwa ta’ stock. 7. L-istock għandu jiġi mifdi bi premium ta’ 10% fuq il-valur
nominali f’dik id-data bejn l-1 ta’ Jannar, 2003 u l-31 ta’
Diċembru, 2003 (iż-żewġ dati magħdudin) kif jiġi stabbilit mill-
Accountant General u avżat fil-Gazzetta tal-Gvern.
