ĦRUĠ TA’ LM5,000,000 6.35% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 1998 ġ L.S.161.32 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.32
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM5,000,000 6.35% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 1998
L-EWWEL ĦRUĠ
1 ta’ Ġunju, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 75 ta’ l-1993.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm5,000,000 6.35% Stock tal-Gvern ta’
Malta 1998.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-100. L-
applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu is-Sibt, 5 ta’ Ġunju,
1993 fid-9.00a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar is-Sibt, 3 ta’
Lulju, 1993 jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-Accountant General.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali w in-negozju ta’ borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm5,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
5. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-3 ta’
Lulju u fit-3 ta’ Jannar ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-
ewwel ħlas relattivament għall-perijodu bejn l-4 ta’ Lulju, 1993 u t-
3 ta’ Jannar, 1994, għandu jsir fit-3 ta’ Jannar, 1994.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
6. Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm50,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jifdi l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir fi żmien
tliet snin mit-3 ta’ Lulju, 1993.
Fidwa ta’ stock.
Lm100 stock f’dik id-data bejn l-1 ta’ Jannar, 1998 u l-31 ta’
Diċembru, 1998 (iż-żewġ dati magħdudin) kif jiġi stabbilit mill-
Accountant General u avżat fil-Gazzetta tal-Gvern.
