BDIL F’LM1,000,000 6.35% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA 1998 MINN LM1,000,000 6¼ % STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1993 (IT-TIENI ĦRUĠ) ġ S.L.161.36 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.36
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL F’LM1,000,000 6.35% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 1998 MINN LM1,000,000 6¼ % 
STOCK LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 
1993 (IT-TIENI ĦRUĠ)
16 ta’ Lulju, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 89 ta’ l-1993.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil f’LM1,000,000 6.35% Stock tal-Gvern ta’ Malta
1998 minn Lm1,000,000 6¼ % Stock Lokali Reġistrat għall-
Iżvilupp 1993 (it-Tieni Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. (a) L-istock jiġi maħruġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u
jingħata fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt
bil-Lm100. Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock
għal dawk li diġà  għandhom 6¼ % Stock Lokali
Reġistrat għall-Iżvilupp 1993 jiftħu fid-9 ta’ fil-għodu
t-Tnejn, is-26 ta’ Lulju, 1993 u jagħlqu f’nofs in-nhar
il-Ġimgħa, is-6 ta’ Awissu, 1993.
(b) Applikazzjonijiet mingħand il-pubbliku ġenerali għall-
bilanċ li jibqa’ mhux mittieħed mill-iStock tal-Gvern
ta’ Malta (Bdil) 1998 bis-6.35% jintlaqgħu t-Teżor,
mid-9 ta’ fil-għodu tat-Tnejn, is-16 ta’ Awissu, 1993 u
nofs in-nhar tal-Ġimgħa, s-27 ta’ Awissu, 1993, jew
qabel jekk l-istock jittieħed kollu, fid-diskrezzjoni ta’
l-Accountant General.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali w in-negozju ta’ borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm1,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
5. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-28 ta’
Frar u fit-28 ta’ Awissu ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-
ewwel ħlas ta’ Lm3.17,5 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu bejn it-28 ta’ Awissu, 1993 u s-27 ta’ Frar, 1994, għandu
jsir fit-28 ta’ Frar, 1994.
Fidwa ta’ stock.
ta’ Jannar, 1998 u l-31 ta’ Diċembru, 1998 (iż-żewġ dati
magħdudin) kif jiġi stabbilit mill-Accountant General u avżat fil-
Gazzetta tal-Gvern.
