BDIL F’LM1,000,000 5.4% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA 1997 MINN LM1,000,000 5.5% OBBLI-
GAZZJONIJIET REĠISTRATI 1994 (IT-TIENI ĦRUĠ) ġ S.L.161.39 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.39
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL F’LM1,000,000 5.4% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 1997 MINN LM1,000,000 5.5% 
OBBLIGAZZJONIJIET REĠISTRATI 1994
(IT-TIENI ĦRUĠ)
31 ta’ Mejju, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 62 ta’ l-1994.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil f’Lm1,000,000 5.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta
1997 minn Lm1,000,000 5.5% Obbligazzjonijiet Reġistrati 1994
(it-Tieni Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. (a) L-istock jiġi maħruġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u
jingħata fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt
bil-Lm100. Applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock
għal dawk li diġà  għandhom 5.5% Obbligazzjonijiet
Reġistrati 1994 jiftħu fid-9 ta’ fil-għodu l-Erbgħa, l-1
ta’ Ġunju, 1994 u jagħlqu f’nofs in-nhar it-Tnejn, is-6
ta’ Ġunju, 1994.
(b) Xi bilanċ mill-5.4% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil)
1997 li jibqa’ mhux mittieħed minn dawk li diġà
għandhom 5.5% Obbligazzjonijiet Reġistrati jingħataw
lill-Bank Ċentrali ta’ Malta li qiegħed jissottoskrivi
dan il-ħruġ.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali w in-negozju ta’ borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm1,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
5. Mad-data ta’ bdil, il-bilanċ ta’ Lm322,525 u 89 ċenteżmu li
jinsab fil-kreditu tas-Sinking Fund 5.5% Obbligazzjonijiet
Reġistrati 1994 jiġi trasferit fis-Sinking Fund 5.4% Stock tal-Gvern
ta’ Malta (Bdil) 1997. Imbagħad approprjazzjoni kull sena ta’
mhux anqas minn Lm10,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-
Gvern ta’ Malta għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’
ammortizzament sabiex jinfeda l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni
għandha ssir matul is-sena 1995.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fil-15 ta’
Ġunju u fil-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm2.70ċ kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu mill-15 ta’ Ġunju, 1994 sa l-14 ta’ Diċembru, 1994,
għandu jsir fil-15 ta’ Diċembru, 1994.
Fidwa ta’ stock.
