BDIL TA’ LM6,885,000 6% STOCK LOKALI REĠISTRAT 
GĦALL-IŻVILUPP 1994 (I) F’LM6,885,000 5.65% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 1998 (IT-TIELET ĦRUĠ) ġ S.L.161.40 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.40
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL TA’ LM6,885,000 6% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1994 (I) 
F’LM6,885,000 5.65% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA (BDIL) 1998 (IT-TIELET ĦRUĠ)
17 ta’ Ġunju, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 68 ta’ l-1994.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil ta’ Lm6,885,000 6% Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 1994 (I) f’Lm6,885,000 5.65% Stock tal-Gvern ta’
Malta (Bdil) 1998 (it-Tielet Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. (a) L-istock jiġi maħruġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u
jingħata fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt
bil-Lm100. L-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock
għal dawk li diġà  għandhom 6% Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 1994 (I) jiftħu fit-8 ta’ fil-għodu t-
Tnejn, l-20 ta’ Ġunju, 1994 u jagħlqu f’nofs in-nhar is-
Sibt, it-2 ta’ Lulju, 1994.
(b) Applikazzjonijiet mingħand il-pubbliku ġenerali għall-
bilanċ li jibqa’ mhux mittieħed mill-istock tal-Gvern
ta’ Malta (Bdil) 1998 (III) jintlaqgħu t-Teżor, bejn it-8
ta’ fil-għodu tat-Tnejn, l-4 ta’ Lulju, 1994 u nofs in-
nhar tal-Ġimgħa, l-15 ta’ Lulju, 1994, jew qabel fid-
diskrezzjoni ta’ l-Accountant General.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu ta’ borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm6,885,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
5. Mid-data ta’ bdil, il-bilanċ li jkun jinsab fil-kreditu tal-
Fond ta’ l-Ammortizzament 6% Stock Lokali Reġistrat għall-
Iżvilupp 1994 (I) jiġi trasferit għall-Fond ta’ l-Ammortizzament
5.65% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 1998 (III). Billi huwa
previst li sad-data ta’ l-għeluq dan il-bilanċ investit ikun biżżejjed,
ma jkunx hemm il-ħtieġa għal aktar kontribuzzjonijiet f’dan il-
fond.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fil-15 ta’
Lulju u fil-15 ta’ Jannar ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-
ewwel ħlas ta’ Lm2.82ċ5 kull Lm100 stock relattivament għall-
perijodu mill-15 ta’ Lulju, 1994 sa l-14 ta’ Jannar, 1995, għandu
jsir fil-15 ta’ Jannar, 1995.
Fidwa ta’ stock.
