BDIL TA’ LM5,000,000 MILL-LM40,000,000 6% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1994 (II) F’LM5,000,000 5.65% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 1998 (IV) ġ S.L.161.42 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.42
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL TA’ LM5,000,000 MILL-LM40,000,000 
6% STOCK LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 
1994 (II) F’LM5,000,000 5.65% STOCK TAL-GVERN 
TA’ MALTA (BDIL) 1998 (IV)
21 ta’ Ottubru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 144 ta’ l-1994.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil ta’ Lm5,000,000 mill-Lm40,000,000 6% Stock
Lokali Reġistrat għall-Iżvilupp 1994 (II) f’Lm5,000,000 5.65%
Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 1998 (IV).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-Lm100. L-
applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 31 ta’
Ottubru, 1994, fit-8.30a.m u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar is-Sibt,
id-19 ta’ Novembru, 1994, jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-
Accountant General.
Policy dwar l-għoti 
ta’ l-istock.
3. L-għoti ta’ l-istock jingħata esklussivament lill-
istituzzjonijiet bankarji fuq il-kriterji pubblikati fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm5,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-
ammortizzament.
6. Mid-data ta’ bdil, wieħed minn kull tmienja tal-bilanċ li
jkun jinsab fil-kreditu tal-Fond ta’ l-Ammortizzament 6% Stock
Lokali Reġistrat għall-Iżvilupp 1994 (II) jiġi trasferit għall-Fond
ta’ l-Ammortizzament 5.65% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 1998
(IV). Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn Lm62,500
mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta għandha ssir
bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament sabiex jinfeda
l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir matul l-ewwel sitt
xhur tas-sena 1995.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
7. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fid-19 ta’
Mejju u fid-19 ta’ Novembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm2.82,5 kull Lm100 stock relattiv għall-perijodu
mill-20 ta’ Novembru, 1994 sad-19 ta’ Mejju, 1995, għandu jsir
fid-19 ta’ Mejju, 1995.
Fidwa ta’ stock.
