BDIL TA’ LM10,000,000 MILL-LM40,000,000 6% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1994 (II) F’LM10,000,000 6.5% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2001 (II) ġ S.L.161.44 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.44
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL TA’ LM10,000,000 MILL-
LM40,000,000 6% STOCK LOKALI REĠISTRAT 
GĦALL-IŻVILUPP 1994 (II) F’LM10,000,000 6.5% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2001 (II)
21 ta’ Ottubru, 1994
L-AVVIŻ LEGALI 146 ta’ l-1994.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil ta’ Lm10,000,000 mill-Lm40,000,000 6% Stock
Lokali Reġistrat għall-Iżvilupp 1994 (II) f’Lm10,000,000 6.5%
Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 2001 (II).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-Lm100. L-
applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 31 ta’
Ottubru, 1994, fit-8.30a.m u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar is-Sibt,
id-19 ta’ Novembru, 1994, jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-
Accountant General.
Policy dwar l-għoti 
ta’ l-istock.
3. Kull persuna u/jew enti, minbarra istituzzjonijiet bankarji,
jistgħu japplikaw għal dan l-istock. L-għoti ta’ l-istock jingħata fuq
il-kriterji pubblikati fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm10,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-Fond ta’ 
ammortizzament.
6. Mid-data ta’ bdil, wieħed minn kull erbgħa tal-bilanċ li
jkun jinsab fil-kreditu tal-Fond ta’ l-Ammortizzament 6% Stock
Lokali Reġistrat għall-Iżvilupp 1994 (II) jiġi trasferit għall-Fond
ta’ l-Ammortizzament 6.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 2001
(II). Approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm125,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni għall-fond ta’ ammortizzament
sabiex jinfeda l-istock. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir matul
l-ewwel sitt xhur tas-sena 1995.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
7. L-imgħax għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fid-19 ta’
Mejju u fid-19 ta’ Novembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock.
L-ewwel ħlas ta’ Lm3.25 kull Lm100 stock relattiv għall-perijodu
mill-20 ta’ Novembru, 1994 sad-19 ta’ Mejju, 1995, għandu jsir
fid-19 ta’ Mejju, 1995.
Fidwa ta’ stock.
