BDIL TA’ LM10,000,000 6.25% STOCK LOKALI 
REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1995 (IX) F’LM10,000,000 
6.5% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2000 (III) ġ S.L.161.47 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.47
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL TA’ LM10,000,000 6.25% STOCK 
LOKALI REĠISTRAT GĦALL-IŻVILUPP 1995 (IX) 
F’LM10,000,000 6.5% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA (BDIL) 2000 (III)
20 ta’ Ġunju, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 86 ta’ l-1995.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil ta’ Lm10,000,000 6.25% Stock Lokali Reġistrat
għall-Iżvilupp 1995 (IX) f’Lm10,000,000 6.5% Stock tal-Gvern ta’
Malta (Bdil) 2000 (III).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-Lm100. L-
applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock jiftħu t-Tnejn, 26 ta’
Ġunju, 1995, fit-8.30a.m u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar is-Sibt,
it-8 ta’ Lulju, 1995, jew qabel fid-diskrezzjoni ta’ l-Accountant
General.
Policy dwar l-għoti 
ta’ l-istock.
3. L-għoti ta’ l-istock jingħata lil min japplika l-ewwel, iżda
tingħata preferenza lill-applikanti li m’humiex istituzzjonijiet
bankarji.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jitħallas kollu.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm10,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-Fond ta’ 
ammortizzament.
6. Mid-data ta’ bdil, il-bilanċ li jkun jinsab fil-kreditu tal-
Fond ta’ l-Ammortizzament 6.25% Stock Lokali Reġistrat għall-
Iżvilupp 1995 (IX) jiġi trasferit għall-Fond ta’ l-Ammortizzament
6.5% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 2000 (III). Approprjazzjoni
kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn Lm100,000 mid-dħul ġenerali u
mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta għandha ssir bħala kontribuzzjoni
għall-fond ta’ ammortizzament sabiex jinfeda l-istock. L-ewwel
kontribuzzjoni għandha ssir matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 1996.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
7. L-imgħax bir-rata ta’ Lm3.25 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fl-10 ta’ Ġunju u fl-10 ta’
Diċembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas pro
rata relattiv għall-perijodu mid-9 ta’ Lulju, 1995 sa l-10 ta’
Diċembru, 1995, għandu jsir fl-10 ta’ Diċembru, 1995.
Fidwa ta’ stock.
