BDIL F’LM10,000,000 7.2% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 
(BDIL) 2008 (L-EWWEL ĦRUĠ) MINN LM10,000,000 6% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 1998 (IL-ĦAMES ĦRUĠ) ġ S.L.161.49 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.49
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI U 
KUMMERĊ GĦALL-BDIL F’LM10,000,000 7.2% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2008 (L-
EWWEL ĦRUĠ) MINN LM10,000,000 6% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 1998 (IL-ĦAMES ĦRUĠ)
15 ta’ Mejju, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 132 ta’ l-1998.
Titolu.
Finanzi u Kummerċ għall-Bdil f’Lm10,000,000 7.2% Stock tal-
Gvern ta’ Malta (Bdil) 2008 (l-Ewwel Ħruġ) minn Lm10,000,000
6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998 (il-Ħames Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. (a) L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u
jingħata fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-
Lm100. L-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock
għal min diġà  għandu 6% Stock tal-Gvern ta’ Malta
1998 (V) jiftħu l-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju, 1998 fit-
8.30a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar it-Tnejn, it-8
ta’ Ġunju, 1998.
(b) Xi bilanċ mis-7.2% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil)
2008 (I) li jibqa’ mhux mittieħed minn dawk li diġà
għandhom is-6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998 (V)
jiftħu l-Erbgħa, 3 ta’ Ġunju,1998, fit-8.30a.m. u
jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar it-Tnejn, 8 ta’ Ġunju,
1998.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitpoġġa fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jiġi allokat.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm10,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-Fond ta’ 
Ammortizzament.
5. Mid-data ta’ l-għeluq, il-bilanċ li jkun jinsab fil-kreditu
tal-Fond ta’ l-Ammortizzament 6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998
(V) jiġi trasferit għall-Fond ta’ Ammortizzament 7.2% Stock tal-
Gvern ta’ Malta (Bdil) 2008 (I) sabiex jinfeda l-istock. Barra minn
dan, approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn Lm100,000
mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta għandha ssir
bħala kontribuzzjoni fl-istess fond ta’ ammortizzament. L-ewwel
kontribuzzjoni għandha ssir matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 1999.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm3.60 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fl-10 ta’ Diċembru u fl-10 ta’
Ġunju ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas relattiv
għall-perijodu mill-11 ta’ Ġunju, 1998 sa l-10 ta’ Diċembru, 1998,
għandu jsir fl-10 ta’ Diċembru, 1998.
Fidwa ta’ stock.
