BDIL F’LM17,600,000 6.15% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 
(BDIL) 2001 (IL-ĦAMES ĦRUĠ) MINN LM17,600,000 6% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 1998 (IS-SITT ĦRUĠ) ġ S.L.161.50 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.50
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI U 
KUMMERĊ GĦALL-BDIL F’LM17,600,000 6.15% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2001 (IL-
ĦAMES ĦRUĠ) MINN LM17,600,000 6% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 1998 (IS-SITT ĦRUĠ)
3 ta’ Settembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 221 ta’ l-1998.
Titolu.
Finanzi u Kummerċ għall-Bdil f’Lm17,600,000 6.15% Stock tal-
Gvern ta’ Malta (Bdil) 2001 (il-Ħames Ħruġ) minn Lm17,600,000
6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998 (is-Sitt Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. (a) L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u
jingħata fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt
bil-Lm100. L-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock
għal min diġà  għandu 6% Stock tal-Gvern ta’ Malta
1998 (VI) jiftħu t-Tlieta, 22 ta’ Settembru, 1998 fit-
8.00a.m. u jagħlqu f’nofs in-nhar ta’ nhar il-Ġimgħa,
25 ta’ Settembru, 1998.
(b) Xi bilanċ mis-6.15% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil)
2001 (V) li jibqa’ mhux mittieħed minn dawk li diġà
għandhom is-6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998 (VI)
jingħataw lill-Bank of Valletta plc. bil-prezz ta’
Lm99.9064 għal kull Lm100 stock nominali bil-
kumplament ta’ Lm0.0936 għal kull Lm100 stock
nominali jiġi maħruġ mill-fond ta’ ammortizzament.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitqiegħed fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jiġi allokat.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm17,600,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-Fond ta’ 
Ammortizzament.
5. Mid-data ta’ l-għeluq, il-bilanċ li jkun jinsab fil-kreditu
tal-Fond ta’ l-Ammortizzament 6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998
(VI) jiġi trasferit għall-Fond ta’ Ammortizzament 6.15% Stock tal-
Gvern ta’ Malta (Bdil) 2001 (V) sabiex jinfeda l-istock. Barra minn
dan, approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn Lm176,600
mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta għandha ssir
bħala kontribuzzjoni fl-istess fond ta’ ammortizzament. L-ewwel
kontribuzzjoni għandha ssir matul l-aħħar sitt xhur tas-sena 1999.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm3.075 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fid-19 ta’ Mejju u fid-19 ta’
Novembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas pro
rata relattiv għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru, 1998 sad-19 ta’
Mejju, 1999, għandu jsir fid-19 ta’ Mejju, 1999.
Fidwa ta’ stock.
