BDIL F’LM5,000,000 6.15% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 
2001 (IL-ĦAMES ĦRUĠ - IT-TIENI PARTI) MINN LM5,000,000 5.65% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 1998 (IR-RABA’ ĦRUĠ) ġ S.L.161.51 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.51
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL F’LM5,000,000 6.15% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2001 (IL-ĦAMES 
ĦRUĠ - IT-TIENI PARTI) MINN LM5,000,000 5.65% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 1998
(IR-RABA’ ĦRUĠ)
3 ta’ Novembru, 1998
L-AVVIŻ LEGALI 239 ta’ l-1998.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil f’Lm5,000,000 6.15% Stock tal-Gvern ta’ Malta
(Bdil) 2001 (il-Ħames Ħruġ - it-Tieni Parti) minn Lm5,000,000
5.65% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998 (ir-Raba’ Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jingħata
fuq applikazzjoni f’ammonti li jidħlu eżatt bil-Lm100. L-
applikazzjonijiet għall-għoti ta’ l-istock għal min diġà  għandu
5.65% Stock tal-Gvern ta’ Malta 1998 (IV) jagħlqu f’nofs in-nhar
ta’ nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Novembru, 1998.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. (a) Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitqiegħed fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq
Finanzjarji meta dan l-istock jiġi allokat.
(b) Fid-19 ta’ Mejju, 1999, wara l-pagament ta’ l-ewwel
imgħax, dan l-istock u 6.15% Stock tal-Gvern ta’ Malta
2001 (V) ikunu magħqudin flimkien u jitqiesu bħala
stock wieħed.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm5,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-Fond ta’ 
Ammortizzament.
5. Mid-data ta’ l-għeluq, il-bilanċ li jkun jinsab fil-kreditu
tal-Fond ta’ l-Ammortizzament 5.65% Stock tal-Gvern ta’ Malta
1998 (IV) jiġi trasferit għall-Fond ta’ Ammortizzament 6.15%
Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 2001 (V - it-Tieni Parti) sabiex
jinfeda l-istock. Barra minn dan, approprjazzjoni kull sitt xhur ta’
mhux anqas minn Lm50,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-
Gvern ta’ Malta għandha ssir bħala kontribuzzjoni fl-istess fond ta’
ammortizzament. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir matul l-
aħħar sitt xhur tas-sena 1999.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm3.075 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fid-19 ta’ Mejju u fid-19 ta’
Novembru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas
relattiv għall-perijodu mill-20 ta’ Novembru, 1998 sad-19 ta’
Mejju, 1999, għandu jsir fid-19 ta’ Mejju, 1999.
Fidwa ta’ stock.
