BDIL F’LM10,000,000 5.9% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 
(BDIL) 2007 (IT-TIENI ĦRUĠ) MINN LM10,000,000 6% STOCK 
TAL-GVERN TA’ MALTA 1999 (L-EWWEL ĦRUĠ) ġ S.L.161.52 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.52
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL F’LM10,000,000 5.9% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2007 (IT-TIENI ĦRUĠ) 
MINN LM10,000,000 6% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA 1999 (L-EWWEL ĦRUĠ)
6 ta’ April, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 66 ta’ l-1999.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil f’Lm10,000,000 5.9% Stock tal-Gvern ta’ Malta
(Bdil) 2007 (it-Tieni Ħruġ) minn Lm10,000,000 6% Stock tal-
Gvern ta’ Malta 1999 (l-Ewwel Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ skond kif stipulat fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitqiegħed fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jiġi allokat.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm10,000,000.
Rata ta’ 
kontribuzzjoni 
għall-Fond ta’ 
Ammortizzament.
5. Mid-data ta’ l-għeluq, il-bilanċ li jkun jinsab fil-kreditu
tal-Fond ta’ l-Ammortizzament ta’ 6% Stock tal-Gvern ta’ Malta
1999 (I) jiġi trasferit għall-Fond ta’ Ammortizzament ta’ 5.9%
Stock tal-Gvern ta’ Malta (Bdil) 2007 (II) sabiex jinfeda l-istock.
Barra minn dan, approprjazzjoni kull sitt xhur ta’ mhux anqas minn
Lm25,000 mid-dħul ġenerali u mill-attiv tal-Gvern ta’ Malta
għandha ssir bħala kontribuzzjoni fl-istess fond ta’
ammortizzament. L-ewwel kontribuzzjoni għandha ssir matul l-
ewwel sitt xhur tas-sena 2000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm2.95 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-23 ta’ April u fit-23 ta’
Ottubru ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas
relattiv għall-perijodu mill-24 ta’ April, 1999 sat-23 ta’ Ottubru,
1999, għandu jsir fit-23 ta’ Ottubru, 1999.
Fidwa ta’ stock.
