ĦRUĠ TA’ LM64,500 STOCK TAL-GVERN BIS-7% 2009 ġ L.S.161.53 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.53
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM64,500 STOCK TAL-GVERN 
BIS-7% 2009
25 ta’ Ġunju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 119 ta’ l-1999.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm64,500 Stock tal-Gvern bis-7% 2009.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock, li hu negozjabbli u ħieles mit-taxxa fuq id-
dokumenti, għandu jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jkun
allokat lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja f’multipli ta’
Lm100 fit-30 ta’ Ġunju, 1999.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-pagamenti.
3. L-imgħax sħiħ għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-30
ta’ Ġunju u fit-30 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-perijodu ta’ l-
istock. Ir-rata ta’ l-imgħax tkun riveduta kull sentejn, li jibdew
jgħoddu mill-ħruġ ta’ l-istock, b’tali mod li jinżamm 1% anqas mir-
rata massima normali tas-self skond il-liġi, sakemm dan qatt ma
jkun anqas minn 7%.
Il-ħlas ta’ l-imgħax isir b’warrant, li jintbagħat bil-posta
għand l-istockholder innifsu għar-riskju tiegħu jew f’xi fergħa ta’
bank lokali, għand persuna jew korp ta’ persuni li lilhom l-
istockholder ikun, b’talba bil-miktub, awtorizza lill-Accountant
General biex joħroġ il-warrant. Ebda warrant m’għandu jitħallas
sakemm riċevuta relattiva tkun iffirmata u tali riċevuta għandha
tkun prova ta’ ħlas favur l-Accountant General u l-Gvern.
F’każijiet meta l-istock ikun reġistrat f’ismijiet ta’ żewġ persuni
jew aktar bħala stockholders aġġunti, l-Accountant General jista’
jagħmel il-ħlas bil-mod indikat hawn fuq lil dik il-persuna li isimha
jidher l-ewwel fuq ir-reġistru. Riċevuta ta’ ħlas ta’ imgħax
mogħtija minn wieħed jew tnejn jew aktar stockholders aġġunti
għandha, sakemm ma jkunx hemm avviż għall-kuntrarju milqugħ
mill-Accountant General minn xi stockholder ieħor aġġunt, jkun
prova ta’ ħlas ta’ l-imgħax favur l-Accountant General u l-Gvern.
Negozjar f’borża.
Kap. 345.
4. L-applikazzjoni biex l-istock jitqiegħed fuq il-lista uffiċjali
u biex jkun negozjat f’borża rikonoxxuta għandha ssir skond l-Att
dwar is-Swieq Finanzjarji. Tali stocks jistgħu jinbiegħu lill-
pubbliku bl-awtorità  minn qabel tal-Konferenza Episkopali Maltija.
Kariku fuq id-dħul 
u l-assi tal-Gvern.
5. L-istock u l-imgħax fuqu ikunu għal kariku tad-dħul u l-
assi ġenerali tal-Gvern ta’ Malta.
Fidwa ta’ stock.
tiegħu f’data bejn l-1 ta’ Jannar, 2009 u l-31 ta’ Diċembru, 2009
(iż-żewġ dati inklużi) skond kif jiddetermina l-Accountant General
u notifikat fil-Gazzetta tal-Gvern.
