BDIL F’LM16,500,000 5.6% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA (BDIL) 
2005 (IT-TIENI ĦRUĠ) MINN LM9,000,000 6.3% STOCK TAL-GVERN 
TA’ MALTA 1999 (IT-TIELET ĦRUĠ) U LM7,500,000 6.3% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 1999 (IR-RABA’ ĦRUĠ) ġ S.L.161.54 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.54
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-BDIL F’LM16,500,000 5.6% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA (BDIL) 2005 (IT-TIENI ĦRUĠ) 
MINN LM9,000,000 6.3% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA 1999 (IT-TIELET ĦRUĠ) U LM7,500,000 
6.3% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 1999 (IR-
RABA’ ĦRUĠ)
13 ta’ Lulju, 1999
L-AVVIŻ LEGALI 121 ta’ l-1999.
Titolu.
Finanzi għall-Bdil f’Lm16,500,000 5.6% Stock tal-Gvern ta’ Malta
(Bdil) 2005 (it-Tieni Ħruġ) minn Lm9,000,000 6.3% Stock tal-
Gvern ta’ Malta 1999 (it-Tielet Ħruġ) u Lm7,500,000 6.3% Stock
tal-Gvern ta’ Malta 1999 (ir-Raba’ Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ skond kif stipulat fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
3. Issir applikazzjoni sabiex l-istock jitqiegħed fuq il-lista
uffiċjali u jsir negozjar tiegħu f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji meta dan l-
istock jiġi allokat.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
4. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm16,500,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
5. L-imgħax bir-rata ta’ Lm2.80 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fl-1 ta’ Frar u fl-1 ta’ Awissu
ta’ kull sena matul il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas relattiv għall-
perijodu mit-2 ta’ Awissu, 1999 sa l-1 ta’ Frar, 2000, għandu jsir fl-
1 ta’ Frar, 2000.
Fidwa ta’ stock.
