ĦRUĠ TA’ LM30,000,000 6.1% 
STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 2015 (L-EWWEL ĦRUĠ) ġ L.S.161.58 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.58
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM30,000,000 6.1% STOCK TAL-
GVERN TA’ MALTA 2015 (L-EWWEL ĦRUĠ)
12 ta’ Mejju, 2000
L-AVVIŻ LEGALI 87 ta’ l-2000.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm30,000,000 6.1% Stock tal-Gvern ta’
Malta 2015 (l-Ewwel Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ skond kif stipulat fil-prospett.
Policy dwar l-
allokazzjoni ta’ 
stock.
3. Kull persuna u/jew enti jistgħu japplikaw għal dan l-istock.
Tqassim ta’ l-istock isir skond kif spjegat fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. Applikazzjoni sabiex l-istock jitqiegħed fuq il-lista
uffiċjali u sabiex ikun negozjat f’borża rikonoxxuta skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji issir meta dan
l-istock jiġi allokat.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock tkun ta’
Lm30,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm3.05,0 għal kull Lm100 stock
għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fl-10 ta’ Ġunju u fl-10 ta’
Diċembru ta’ kull sena waqt il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas
relattiv għall-perijodu bejn il-11 ta’ Ġunju, 2000 u l-10 ta’
Diċembru, 2000, isir fl-10 ta’ Diċembru, 2000.
Fidwa ta’ stock.
