ĦRUĠ TA’ LM125,000 7% STOCK TAL-GVERN 2011 ġ L.S.161.62 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.62
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ LM125,000 7% STOCK
TAL-GVERN TA’ MALTA 2011
28 ta’ Ġunju, 2001
L-AVVIŻ LEGALI 154 ta’ l-2001.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ Lm125,000 7% Stock tal-Gvern ta’ Malta
2011.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock li hu negozjabbli u ħieles mit-taxxa fuq id-
dokumenti għandu jinħareġ bil-prezz ta’ Lm 100 fil-mija u jkun
allokat lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja f’multipli ta’ Lm
100 fit-30 ta’ Ġunju, 2001.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-pagamenti.
3. L-imgħax sħiħ għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-30
ta’ Ġunju u fit-30 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-perijodu ta’ l-
istock. Ir-rata ta’ l-imgħax tkun riveduta kull sentejn, li jibdew
jgħoddu mill-ħruġ ta’ l-istock, b’tali mod li jinżamm 1% anqas mir-
rata massima normali tas-self skond il-liġi, sakemm dan qatt ma
jkun anqas minn 7%.
Il-ħlas ta’ l-imgħax għandu jsir b’warrant, li jintbagħat bil-
posta għand l-istockholder innifsu għar-riskju tiegħu jew f’xi
fergħa ta’ bank lokali, għand persuna jew korp ta’ persuni li lilhom
l-istockholder ikun, b’talba bil-miktub. awtorizza lill-Accountant
General biex joħroġ il-warrant. L-ebda warrant m’għandu jitħallas
sakemm irċevuta relativa tkun iffirmata u tali irċevuta għandha
tkun prova ta’ ħlas favur l-Accountant General u l-Gvern.
F’każijiet li l-istock ikun reġistrat f’ismijiet ta’ żewġ persuni jew
aktar bħala stockholders aġġunti, l-Accountant General jista’
jagħmel il-ħlas bil-mod indikat hawn aktar qabel lil dik il-persuna
li isimha jidher l-ewwel fuq ir-reġistru. Rċevuta ta’ ħlas ta’ imgħax
mogħtija minn wieħed jew tnejn jew aktar stockholders aġġunti
għandha, sakemm ma jkunx hemm avviż għall-kuntrarju milqugħ
mill-Accountant General minn xi stockholder ieħor aġġunt, tkun
prova tal-ħlas ta’ l-imgħax favur l-Accountant General u l-Gvern.
Negozjar f’borża.
Kap. 345.
4. L-applikazzjoni biex l-istock jitqiegħed fuq il-lista uffiċjali
u biex ikun negozjat f’borża rikonoxxuta għandha ssir skond l-Att
dwar is-Swieq Finanzjarji. Tali stocks jistgħu jinbiegħu lill-
pubbliku bl-awtorità  minn qabel tal-Konferenza Episkopali Maltija.
Karigu fuq id-dħul 
u l-assi tal-Gvern.
5. L-istock u l-imgħax fuqu għandhom ikunu akkarigu tad-
dħul u l-assi ġenerali tal-Gvern ta’ Malta.
Fidwa ta’ l-istock.
nominali tiegħu f’data bejn l-1 ta’ Jannar, 2011 u l-31 ta’
Diċembru, 2011 (iż-żewġ dati inklużi) skond kif jiddetermina l-
Accountant General u jiġi notifikat fil-Gazzetta.
