ĦRUĠ TA’ LM10,000,000 5.6% STOCK TAL-GVERN 2007 ġ L.S.161.64 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.64
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ AMMONT LI MA JEĊĊEDIX 
LM10,000,000 5.6% STOCK TAL-GVERN TA’ 
MALTA 2007 (IT-TIELET ĦRUĠ)
FUNGIBILITY ISSUE
24 ta’ Mejju, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 118 ta’ l-2002.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ ammont li ma jeċċedix Lm10,000,000 5.6%
Stock tal-Gvern ta’ Malta 2007 (It-Tielet Ħruġ) Fungibility Issue.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ skond kif stipulat fil-prospett.
Policy dwar l-
allokazzjoni ta’ 
stock.
3. Kull persuna u/jew enti jistgħu japplikaw għal dan l-istock.
Tqassim ta’ l-istock isir skond kif spjegat fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. (a) Applikazzjoni sabiex l-istock jitqiegħed fuq il-lista
uffiċjali u sabiex ikun negozjat f’borża rikonoxxuta
għandha ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar
is-Swieq Finanzjarji, meta dan l-istock jiġi allokat.
(b) Meta l-istock jiġi reġistrat, dan jiġi integrat ma’ l-
istock eżistenti 5.6% Stock tal-Gvern ta’ Malta 2007
(III).
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock
m’għandhiex teċċedi Lm10,000,000.
Rata ta’ imgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm2.80,0 għal kull Lm100 stock
jitħallas kull sitt xhur b’lura fl-10 ta’ Ġunju u fl-10 ta’ Diċembru
ta’ kull sena waqt il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas relattiv għall-
perijodu bejn il-11 ta’ Ġunju, 2002 u l-10 ta’ Diċembru, 2002 isir
fl-10 ta’ Diċembru, 2002.
Fidwa ta’ l-istock.
