ĦRUĠ TA’ LM15,250,000 5.6% STOCK TAL-GVERN 2007 ġ L.S.161.66 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.66
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ AMMONT LI MA JEĊĊEDIX 
LM15,250,000 5.6% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 
2007 (IT-TIELET ĦRUĠ) FUNGIBILITY ISSUE
17 ta’ Settembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 266 ta’ l-2002.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ ammont li ma jeċċedix Lm 15,250,000 5.6%
Stock tal-Gvern ta' Malta 2007 (It-Tielet Ħruġ) Fungibility Issue.
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ skond kif stipulat fil-prospett.
Policy dwar l-
allokazzjoni ta’ 
stock.
3. Kull persuna u/jew enti jistgħu japplikaw għal dan l-istock.
It-tqassim ta' l-istock isir skond kif spjegat fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. (a) Meta dan l-istock jiġi allokat, applikazzjoni sabiex l-
istock jitqiegħed fuq il-lista uffiċjali u jkun negozjat
f’borża rikonoxxuta għandha ssir skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq Finanzjarji.
(b) Wara l-pagament ta’ l-ewwel imgħax dan l-istock jiġi
integrat ma’ l-istock eżistenti - 5.6% Stock tal-Gvern
ta’ Malta 2007 (III).
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock ma
għandhiex teċċedi Lm15,250,000.
Rata ta’ mgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm2.80,0 għall kull Lm100 stock
jitħallas kull sitt xhur b’lura fl-10 ta’ Ġunju u fl-10 ta’ Diċembru
ta’ kull sena waqt il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas pro-rata għall-
perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru, 2002 u l-10 ta’ Diċembru, 2002 isir fl-
10 ta’ Diċembru, 2002.
Fidwa ta’ stock.
