ĦRUĠ TA’ LM21,000,000 5.7% STOCK TAL-GVERN 2012 ġ L.S.161.67 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.67
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI 
GĦALL-ĦRUĠ TA’ AMMONT LI MA JEĊĊEDIX 
LM21,000,000 5.7% STOCK TAL-GVERN TA’ MALTA 
2012 (IT-TIELET ĦRUĠ)
17 ta’ Settembru, 2002
L-AVVIŻ LEGALI 267 ta’ l-2002.
Titolu.
Finanzi għall-Ħruġ ta’ ammont li ma jeċċedix Lm 21,000,000 5.7%
Stock tal-Gvern ta' Malta 2012 (It-Tielet Ħruġ).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock jinħareġ skond kif stipulat fil-prospett.
Policy dwar l-
allokazzjoni ta’ 
stock.
3. Kull persuna u/jew enti jistgħu japplikaw għal dan l-istock.
It-tqassim ta' l-istock isir skond kif spjegat fil-prospett.
Negozju f’borża.
Kap. 345.
4. Meta dan l-istock jiġi allokat, applikazzjoni sabiex l-istock
jitqiegħed fuq il-lista uffiċjali u jkun negozjat f’borża rikonoxxuta
għandha ssir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar is-Swieq
Finanzjarji.
Somma ta’ flus li 
għandha tinġabar.
5. Is-somma ta’ flus li għandha tinġabar bl-istock ma
għandhiex teċċedi Lm21,000,000.
Rata ta’ mgħax u 
dati tal-ħlas.
6. L-imgħax bir-rata ta’ Lm2.85,0 għall kull Lm100 stock
jitħallas kull sitt xhur b’lura fit-30 ta’ Marzu u fit-30 ta’ Settembru
ta’ kull sena waqt il-kors ta’ l-istock. L-ewwel ħlas relattiv għall-
perjodu bejn l-1 ta’ Ottubru, 2002 u t-30 ta’ Marzu, 2003 isir fit-30
ta’ Marzu, 2003.
Fidwa ta’ stock.
2012.
