ĦRUĠ TA’ LM66,700 7% STOCK TAL-GVERN 2013 (III) ġ L.S.161.68 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 161.68
DIRETTIVA MILL-MINISTRU TAL-FINANZI
U AFFARIJIET EKONOMIĊI GĦALL-ĦRUĠ
TA’ LM66,700 STOCK TAL-GVERN BIS-7%,
2013 (III)
27 ta’ Ġunju, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 143 ta’ l-2003.
Titolu.
Finanzi u Affarijiet Ekonomiċi għall-Ħruġ ta’ Lm 66,700 Stock tal-
Gvern tbis-7%, 2013 (III).
Mod tal-ħruġ ta’ l-
istock.
2. L-istock li hu negozjabbli u ħieles mit-taxxa fuq id-
dokumenti, għandu jinħareġ bil-prezz ta’ Lm100 fil-mija u jkun
allokat lill-Fondazzjoni għall-Iskejjel tal-Knisja f’multipli ta’
Lm100 fit-30 ta’ Ġunju, 2003.
Rata ta’ mgħax u 
dati tal-ħlas.
3. L-imgħax sħiħ għandu jitħallas b’lura kull sitt xhur fit-30
ta’ Ġunju u fit-30 ta’ Diċembru ta’ kull sena matul il-perjodu ta’ l-
istock. Ir-rata ta’ l-imgħax tkun riveduta kull sentejn, li jibdew
jgħoddu mill-ħruġ ta’ l-istock, b’tali mod li jinżamm 1% anqas mir-
rata massima normali tas-self skond il-liġi, sakemm dan qatt ma
jkun anqas minn 7%.
Il-ħlas ta’ l-imgħax għandu jsir b’warrant, li jintbgħat bil-
posta għand l-istockholder innifsu għar-riskju tieghu jew f’xi
fergħa ta’ bank lokali, għand persuna jew korp ta’ persuni li lilhom
l-istockholder ikun, b’talba bil-miktub, awtorizza lill-Accountant
General biex joħroġ il-warrant. L-ebda warrant m’għandu jitħallas
sakemm ma tkunx iffirmata irċevuta relattiva u tali irċevuta
għandha tkun prova ta’ ħlas favur l-Accountant General u l-Gvern.
F’każijiet li l-istock ikun reġistrat f’ismijiet ta’ żewġ persuni jew
aktar bħala stockholders aġġunti, l-Accountant General jista’
jagħmel il-ħlas bil-mod indikat hawn aktar qabel lil dik il-persuna
li isimha jidher l-ewwel fuq ir-reġistru. Riċevuta ta’ ħlas ta’ mgħax
mogħtija minn wieħed jew tnejn jew aktar stockholders aġġunti
għandha, sakemm ma jkunx hemm avviż kuntrarju li jinghata lill-
Accountant General minn xi stockholder ieħor aġġunt, tkun prova
ta’ ħlas ta’ l-imgħax favur l-Accountant General u l-Gvern.
Negozjar fil-Borża 
ta’ Malta.
Kap. 345.
4. L-applikazzjoni biex l-istock jitqiegħed fuq il-lista uffiċjali
u biex ikun negozjat fil-Borża ta’ Malta għandha ssir skond l-Att
dwar is-Swieq Finanzjarji. Tali stocks jistgħu jinbiegħu lill-
pubbliku bl-awtorità  minn qabel tal-Konferenza Episkopali Maltija.
Piz fuq id-dħul u l-
assi tal-Gvern.
5. L-isock u l-imgħax fuqu għandhom ikunu addebitati lid-
dħul u l-assi ġenerali tal-Gvern ta’ Malta.
Fidwa ta’ stock.
nominali tiegħu f’data bejn l-1 ta’ Jannar ta’ l-2013 u l-31 ta’
Diċembru, 2013 (iż-żewġ dati inklużi) skond kif jiddetermina l-
Accountant General u skond ma jiġi notifikat fil-Gazzetta tal-
Gvern.
