PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 164.01
REGOLAMENTI DWAR IL-PULIZIJA TA’ MALTA
22 ta’ April, 1960
L-AVVIŻ LEGALI 14 ta’ l-1960, kif emendat: bl-Ordinanza II ta’ l-
1961; u bl-Avviżi Legali 59 ta’ l-1975, 89 ta’ l-1978, 14 u 72 ta’ l-1979, 70
ta’ l-1980, 63 ta’ l-1981, 40 ta’ l-1982, 41 ta’ l-1987, 77 ta’ l-1989, 28 ta’
l-1993, 27 ta’ l-1995,274 ta’ l-1998 u 202 ta’ l-2001.
Titolu.
Pulizija ta’ Malta.
Tifsir.
ma tfissirx xort’oħra -
"il-Kummissarju" tfisser il-Kummissarju tal-Pulizija;
"il-Korp" tfisser il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta;
"dawn il-Gżejjer" tfisser il-Gżira ta’ Malta u d-Dipendenzi
tagħha;
"membru tal-Korp" tfisser kull persuna li tkun isservi fil-Korp
tal-Pulizija ta’ Malta, li ma tkunx il-Kummissarju jew l-Aġent
Kummissarju;
"priġunier" tfisser kull persuna f’xi kustodja jew detenzjoni
legali, kemm jekk ikkundannata, kemm jekk tkun tistenna li tiġi
proċessata, kemm jekk miżmuma mill-Pulizija, kemm jekk
miżmuma b’mandat jew ordni leġittimu.
Kwalifiki għal 
ħatra ta’ 
kuntistabbli.
Emendat:
A.L. 59 ta’ l-1975;
A.L. 89 ta’ l-1978;
A.L. 14 ta’ l-1979;
A.L. 72 ta’ l-1979;
A.L. 40 ta’ l-1982;
A.L. 41 ta’ l-1987.
Sostitwit:
A.L. 77 ta’ l-1989.
Emendat:
A.L. 28 ta’ l-1993;
A.L. 202 ta’ l-
2001.
3. Kandidat għal ħatra bħala kuntistabbli fil-Korp għandu -
(a) ikun għalaq it-tmintax-il sena u ma jkollux ’il fuq mill-
età  ta’ tletin sena;
(b) jissodisfa lit-Tabib Prinċipali tal-Gvern jew lir-
rappreżentant tiegħu leġittimu għal hekk illi l-
kandidat-
(i) għandu proporzjon sodisfaċenti tat-tul relattiv
għall-piż tiegħu;
(ii) għandu reqqa viżiva mhux mgħejjuna (Snellen)
li ma tkunx agħar minn 6/18 f’kull għajn, jew 6/
12 f’għajn waħda u 6/24 fl-għajn l-oħra, sakemm
din tiġi korretta, mill-anqas, għal 6/6 fl-aħjar
għajn u 6/9 fl-għajn  l-oħra, bil-contact lenses;
(iii) ikun jagħraf il-kuluri b’mod sodisfaċenti u sħiħ;
u
(iv) ikun tajjeb medikament fl-aspetti kollha,
fiżikament u mentalment, biex jaqdi d-dmirijiet
kollha tal-Pulizija;
(ċ) jkun jitkellem u jaqra bil-Malti u bl-Ingliż għas-
sodisfazzjon tal-Kummissarju, u jgħaddi dawk l-
eżamijiet ta’ edukazzjoni li l-Kummissarju
jippreskrivi;
(d) ikun ta’ kondotta eżemplari.
2 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
Kuntistabblijiet. 4. (1) Il-kuntistabblijiet ikunu klassifikati bħala Kuntistab-
blijiet ta’ l-Ewwel Klassi, Kuntistabblijiet tat-Tieni Klassi,
Kuntistabblijiet tat-Tielet Klassi, u Kuntistabblijiet tal-Pulizija taħt
Prova.
(2) Kuntistabbli tal-Pulizija taħt Prova għandu jservi f’dik il-
kariga għal żmien ta’ mhux anqas minn sena; wara jista’ jibqa’ taħt
prova estiża għal dak iż-żmien li l-Kummissarju jista’, f’kull każ
partikolari, jordna:
Iżda matul iż-żmien ta’ prova jew prova estiża, is-servizzi
ta’ kull kuntistabbli jistgħu jiġu mwaqqfa minnufih f’kull żmien
jekk il-President ta’ Malta jordna hekk.
(3) Kuntistabbli tal-Pulizija taħt Prova li jkun serva iż-żmien
tiegħu ta’ prova, jew ta’ prova estiża, jista’ jiġi maħtur Kuntistabbli
tat-Tielet Klassi mill-Kummissarju.
(4) Kuntistabbli tat-Tielet Klassi li jkun serva f’dik il-kariga
għal żmien ta’ mhux anqas minn tliet snin jista’ jiġi maħtur
Kuntistabbli tat-Tieni Klassi mill-Kummissarju.
(5) Kuntistabbli tat-Tieni Klassi li jkun serva f’dik il-kariga
għal żmien ta’ mhux anqas minn tliet snin jista’ jiġi maħtur
Kuntistabbli ta’ l-Ewwel Klassi mill-Kummissarju.
Surġenti. 5. (1) Is-surġenti jkunu klassifikati bħala Surġenti ta’ l-
Ewwel Klassi, Surġenti tat-Tieni Klassi u Surġenti tat-Tielet
KIassi.
(2) Surġent tat-Tielet Klassi li jkun serva f’dik il-kariga għal
żmien ta’ mhux anqas minn tliet snin jista jiġi maħtur Surġent tat-
Tieni Klassi mill-Kummissarju.
(3) Surġent tat-Tieni Klassi li jkun serva f’dik il-kariga għal
żmien ta’ mhux anqas minn tliet snin jista’ jiġi maħtur Surġent ta’
l-Ewwel Klassi mill-Kummissarju.
Prova ġenerali. 6. (1) Kull membru tal-Korp promoss għal rank mhux ogħla
minn Suprintendent ikun taħt prova fir-rank li għalih ikun ġie
promoss għal żmien ta’ mhux anqas minn sena; wara jista’ jibqa’
taħt dik il-prova estiża kif jista’ jordna l-President ta’ Malta.
(2) Meta xi membru tal-Korp li ma jkunx Kuntistabbli jkun
konfermat f’ħatra wara li jkun serva żmien ta’ prova estiża, il-ħatra
tiegħu għandha titqies li bdiet tnax-il-xahar qabel id-data tal-
konferma.
(3) Jekk, matul iż-żmien ta’ prova jew prova estiża, il-
President ta’ Malta jordna illi membru tal-Korp għandu jirriverti
għar-rank li kellu minnufih qabel il-promozzjoni tiegħu taħt prova,
l-anzjanità  ta’ dak il-membru fil-Korp tkun l-anzjanità  li kien ikollu
li kieku ma kienx ġie promoss taħt prova.
Twaqqif ta’ 
Assoċjazzjoni tal-
Pulizija ta’ Malta.
7. (1) Sabiex il-membri tal-Korp tar-rank ta’ Spettur jew ta’
rank anqas ikunu jistgħu jqiesu u jġibu quddiem l-awtoritajiet tal-
Pulizija il-ħwejjeġ kollha li jolqtu l-qagħda tajba u l-effiċjenza tal-
Korp li ma jkunux kwistjoniliet ta’ dixxiplina, trasferimenti,
promozzjonijiet individwali u ħwejjeġ oħra li jolqtu individwi,
għandha tiġi mwaqqfa, skond l-Ewwel Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti, organizzazzjoni li tissejjaħ l-Assoċjazzjoni tal-
PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 3
Pulizija ta’ Malta.
(2) L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta u kull organu tagħha
għandu jkun indipendenti għal kollox minn u ma jkollu edba
assoċjazzjoni ma’ xi korp barra mis-servizz tal-pulizija.
Rappreżentaz-
zjonijiet.
8. (1) Kull membru tal-Korp jista’ jagħmel rappreżentaz-
zjonijiet bil-miktub jew bil-fomm dwar kull ħaġa  li biha jqis li
jkun aggravat, u rappreżentazzjonijiet bħal dawn għandhom, bla
ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2), isiru permezz
tal-katina ordinarja ta’ kmand.
(2) Il-Kummissarju, id-Deputat Kummissarju,  l-Assistent
Kummissarju jew l-uffiċjal li jkollu l-kariga ta’ Ajjutant jistgħu
jagħtu permess sabiex isiru direttament lilhom rappreżentaz-
zjonijiet bil-kitba jew bil-fomm minn kull membru tal-Korp.
(3) F’ebda rappreżentazzjonijiet magħmula bis-saħħa ta’ dan
ir-regolament ma għandhom jintużaw kliem inġurjużi,
insubordinati jew indixxiplinati.
Reati kontra d-
dixxiplina.
9. Membru tal-Korp ikun ħati ta’ negliġenza jew ksur ta’ dmir
(hawnhekk iżjed ’il quddiem f’dawn ir-Regolamenti msejħin reat
kontra d-dixxiplina) jekk jikkommetti reat wieħed jew iżjed kontra
d-dixxiplina mniżżla fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
Piena.
kwerela ta’ reat kontra d-dixxiplina magħmula minn membru tal-
Korp, il-Kummissarju għandu, jekk isib l-akkuża jew il-kwerela
pruvata -
Kap. 164.
(a) f’każ ta’ akkuża jew kwerela kontra surġent jew
kuntistabbli, meta jidhirlu li l-pieni li jistgħu jkunu
mwaħħla minnu skond l-Ordinanza dwar il-Pulizija
jkunu xierqa, jimponi piena; u
(b) fil-każijiet l-oħra kollha, jibgħat l-atti tal-proċeduri,
flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, lill-
President ta’ Malta għad-deċiżjoni tiegħu.
Messijiet.
Mess għall-membri tal-Korp mhux taħt ir-rank ta’ Spettur, imsejjaħ
"il-Mess ta’ l-Uffiċjali", u mess ieħor għall-membri tal-Korp taħt
ir-rank ta’ Spettur, imsejjaħ "il-Canteen tar-Rankijiet l-oħra".
(2) Kemm il-Mess ta’ l-Uffiċjali kif ukoll il-Canteen tar-
Rankijiet l-oħra għandhom ikunu mmexxija skond dawk id-direttivi
li jistgħu jingħataw mill-Kummissarju minn żmien għal żmien.
(3) Ikun obbligatorju u b’sottoskrizzjoni li wieħed ikun
membru tal-Mess ta’ l-Uffiċjali, b’dan, iżda, illi d-dritt ta’
sottoskrizzjoni dwar uffiċjali li jkollhom rank partikolari ma
għandux jiżdied mingħajr il-kunsens tal-maġġoranza ta’ l-uffiċjali
ta’ dak ir-rank. Ikun volontarju u b’ebda sottoskrizzjoni li wieħed
ikun membru tal-Canteen tar-Rankijiet  l-oħra.
(4) Il-kontijiet tal-Mess ta’ l-Uffiċjali u tal-Canteen tar-
Rankijiet l-oħra għandhom jiġu verifikati kull sena minn uffiċjali
maħtura għaldaqshekk mill-Kummissarju.
4 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
Fond Ġenerali tal-
Pulizija ta’ Malta.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-1979;
A.L. 70 ta’ l-1980;
A.L. 63 ta’ l-1981;
A.L. 27 ta’ l-1995;
A.L. 274 ta’ l-
1998.
12. (1) Il-Kummissarju għandu jkompli jżomm, għall-
benefiċċju ġenerali tal-Korp, il-fond, mibdi f’Novembru, 1919,
imsejjaħ "Il-Fond Ġenerali tal-Pulizija ta’ Malta", li għalih kull
membru tal-Korp jagħmel kontribuzzjoni ta’ sitt liri li jitħallsu kull
tliet xhur.
(2) Il-membri kollha tal-Korp li daħlu fil-Korp wara t-30 ta’
Novembru, 1919, għandhom jitqiesu li jkunu meħtieġa li jħallsu
dawn is-sottoskrizzjonijiet bħala kondizzjoni tas-servizz tagħhom.
(3) Kull fond ieħor tal-Korp, miġbur b’sottoskrizzjoni, ikun
volontarju.
(4) Il-kontijiet tal-Fond Ġenerali tal-Pulizija ta’ Malta
għandhom jiġu verifikati kull sena mill-Awditur Ġenerali.
Emendata:
A.L. 46 ta’ l-1965;
VIII. 1982.2;
A.L. 43 ta’ l-1996.
L-EWWEL SKEDA
Regolament 7
TWAQQIF TA’ L-ASSOĊJAZZJONI TAL-PULIZIJA TA’ 
MALTA
TIFSIR 
l. F’din l-Iskeda, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tfissirx
xort’oħra, "il-ġurnata stabbilita" tfisser il-ġurnata tal-ħruġ ta’ l-
ordni għall-elezzjoni.
TWAQQIF
2. L-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta tkun magħmula mill-
membri kollha li jkunu jservu fil-Korp taħt ir-rank ta’
Suprintendent, u l-Assoċjazzjoni għandha taġixxi permezz ta’
Bordijiet ta’ Fergħa, Konferenzi Ċentrali, u Kumitati Ċentrali kif
inhu maħsub hawnhekk iżjed ’il quddiem.
GRUPPI U BORDIJIET TA’ FERGĦA
3. Għall-finijiet ta’ din  l-Iskeda, il-Korp għandu jitqies li
huwa magħmul mill-gruppi li ġejjin:
Grupp Nru. 1 - Dipartiment ta’ Investigazzjoni Kriminali,
Security Branch, Drugs Squad, Vice Squad/
Fraud Squad, magħduda l-fergħat tagħhom bl-
uniformi
Grupp Nru. 2 -  Special Assignment Group,  magħduda  l-Fire
Brigade u persunal li jkun qed jaqdi dmirijiet
fil-Ħabs Ċivili
Grupp Nru. 3 - Head Quarters,  magħduda d-Dipartiment tat-
Traffiku, l-Administrative Law Enforcement
Branch, il-Fergħa dwar it-Trasport Mekkaniku,
u l-Fergħa tal-Mounted Police
Grupp Nru. 4 - Distrett Nru. 1
Grupp Nru. 5 - Distrett Nru. 2
PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 5
Grupp Nru. 6 - Distrett Nru. 3
Grupp Nru. 7 - Distrett Nru. 4 
Grupp Nru. 8 - Distrett Nru. 5
Grupp Nru. 9 - Distrett Nru. 6
Grupp Nru. 10 - Distrett Nru. 7
Grupp Nru. 11 - Distrett Nru. 8
Grupp Nru. 12 - Distrett Nru. 9
Grupp Nru. 13 - Distrett Nru. 10. 
4. F’kull grupp, għandhom jiġu mwaqqfa żewġ Bordijiet ta’
Fergħa, wieħed għall-kuntistabblijiet u wieħed għas-surġenti.
5. Meta n-numru ta’ kuntistabblijiet f’xi grupp fil-ġurnata
stabbilita jkun anqas minn sittin, għandu jiġi elett mill-
kuntistabblijiet ta’ dak il-grupp minn fost il-membri tiegħu Bord ta’
Fergħa magħmul minn sitt membri; meta dak in-numru jkun sittin
jew iżjed, għandu jiġi elett mill-kuntistabblijiet ta’ dak il-grupp
minn fost il-membri tiegħu Bord ta’ Fergħa magħmul minn sitt
membri għal kull numru sħiħ ta’ sittin kuntistabbli fil-grupp.
6. Meta n-numru ta’ surġenti f’xi grupp fil-ġurnata stabbilita
jkun anqas minn ħmistax għandu jiġi elett mis-surġenti ta’ dak il-
grupp minn fost il-membri tiegħu Bord ta’ Fergħa magħmul minn
tliet membri; meta dak in-numru jkun ħmistax jew iżjed, għandu
jiġi elett mis-surġenti ta’ dak il-grupp minn fost il-membri tiegħu
Bord ta’ Fergħa magħmul minn membru wieħed għal kull numru
sħiħ ta’ ħames surġenti fil-grupp.
7. Bla ħsara ta’ dak li ngħad qabel, il-kunstistabblijiet u s-
surġenti kollha f’kull grupp ikollhom id-dritt u l-obbligu li
jivvotaw fl-elezzjoni tal-Bord ta’ Fergħa tal-Grupp tagħhom dwar
ir-rank tagħhom:
Iżda assenza minn Malta jew assenza mix-xogħol
minħabba mard b’ċertifikat għandu jitqies li jkun kawża ġusta għal
nuqqas ta’ votazzjoni.
8. L-elezzjoni għal kull Bord għandha dwar kull sena tal-
kalendarju tinżamm egħluq dak iż-żmien (li jista’ jaħbat għal
kollox jew f’parti qabel il-bidu ta’ dik is-sena) li l-Kummissarju
jista’ jistabbilixxi wara li jikkonsulta l-erba’ Kumitati Ċentrali
mlaqqgħa flimkien bħala Kumitat Magħqud, u l-laqgħa annwali ta’
dak il-Bord għandha tinżamm egħluq xahar wara l-elezzjoni tal-
membri tiegħu.
9. Il-membri ta’ kull Bord ta’ Fergħa għandhom fil-laqgħa
annwali jeleġġu delegati għall-Konferenza Ċentrali kif inhu
maħsub hawnhekk iżjed ’il quddiem.
10. Bla ħsara ta’ dak li ngħad qabel, iż-żewġ Bordijiet ta’
Fergħa f’kull grupp jistgħu bi ftehim jiltaqgħu flimkien bħala Bord
ta’ Fergħa Magħqud jew għal xi skop speċjali jew regolament
għall-iskopijiet kollha ta’ interess komuni.
11. Bord ta’ Fergħa jew Bord ta’ Fergħa Magħqud, b’żieda ta’
jew minflok ma jissottometti xi rappreżentazzjonijiet lis-
suprintendent li jkollu taħt il-kariga tiegħu l-grupp kollu jew xi
6 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
parti minnu, jista’ jissottomettihom ukoll lill-Kummissarju.
IL-KONFERENZA ĊENTRALI U L-KUMITATI ĊENTRALI
12. Għandha tinżamm Konferenza Ċentrali għal kull rank taħt
suprintendent kull sena tal-kalendarju f’dak iż-żmien li l-
Kummissarju jista’ jistabbilixxi wara li jikkonsulta l-erba’
Kumitati Ċentrali mlaqqgħa flimkien bħala Kumitat Magħqud.
13. Il-Konferenza Ċentrali tal-kuntistabblijiet għandha tkun
magħmula minn delegati eletti minn u minn fost il-membri ta’ kull
Bord ta’ Fergħa ta’ kuntistabblijiet fil-proporzjon ta’ tliet delegati
għal kull sitt membri li minnhom ikun magħmul kull Bord ta’
Fergħa.
14. Il-Konferenza Ċentrali tas-surġenti għandha tkun
magħmula minn delegati eletti minn u minn fost il-membri ta’ kull
Fergħa ta’ Bord ta’ surġenti li, jekk magħmul minn erba’ membri
jew iżjed, għandu jeleġġi tliet delegati u, jekk magħmul minn tliet
membri, għandu jeleġġi żewġ delegati.
15. (1) Il-Konferenza Ċentrali tas-surġenti-maġġuri għandha
tkun magħmula mis-surġenti-maġġuri kollha fil-Korp fil-ġurnata
stabbilita.
(2) L-assenza ta’ xi surġent-maġġur mill-Konferenza għandha
tkun imfissra għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju.
16. (1) Il-Konferenza Ċentrali ta’ l-ispetturi għandha tkun
magħmula mill-ispetturi kollha fil-Korp fil-ġurnata stabbilita.
(2) L-assenza ta’ xi spettur mill-Konferenza għandha tkun
imfissra għas-sodisfazzjon tal-Kummissarju.
17. (1) Għandu jkun hemm Kumitat Ċentrali biex
jirrappreżenta l-Bord ta’ Fergħa tal-kuntistabblijiet matul is-sena
dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mar-rank tagħhom fil-Korp
bħala ħaġa waħda.
(2) Dan il-Kumitat ikun magħmul minn delegati eletti mill-
Bord ta’ Fergħa tal-kuntistabblijiet minn fost il-membri tagħhom.
(3) In-numru ta’ delegati li kull Bord ta’ Fergħa għandu jeleġġi
għandu jkun fil-proporzjon ta’ delegat wieħed għal kull numru sħiħ
ta’ sittin kuntistabbli kull grupp fil-ġurnata stabbilita:
Iżda meta dak in-numru jkun anqas minn sittin, il-Bord ta’
Fergħa għandu jeleġġi delegat wieħed.
18. (1) Għandu jkun hemm Kumitat Ċentrali biex
jirrappreżenta l-Bord ta’ Fergħa tas-surġenti matul is-sena dwar
ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mar-rank tagħhom fil-Korp bħala
ħaġa waħda.
(2) Dan il-Kumitat għandu jkun magħmul minn delegat wieħed
elett minn kull Bord ta’ Fergħa tas-surġenti minn fost il-membri
tiegħu.
PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 7
19. Għandu jkun hemm Kumitat Ċentrali magħmul minn
għaxar membri eletti mill-Konferenza Ċentrali tas-surġenti-
maġġuri biex jirrappreżenta lis-surġenti-maġġuri matul is-sena
dwar ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu mar-rank tagħhom fil-Korp
bħala ħaġa waħda.
20. Għandu jkun hemm Kumitat Ċentrali magħmul minn
għaxar membri eletti mill-Konferenza Ċentrali ta’ l-ispetturi biex
jirrappreżenta lill-ispetturi matul is-sena dwar ħwejjeġ li għandhom
x’jaqsmu mar-rank tagħhom fil-Korp bħala ħaġa waħda.
21. (1) Bla ħsara ta’ dak li ngħad qabel, l-erba’ Kumitati
Ċentrali jew kull tnejn jew tlieta minnhom jistgħu bi ftehim
jiffurmaw Kumitat Rappreżentattiv Magħqud għal xi skop speċjali,
jew regolarment għall-iskopijiet kollha ta’ interess komuni.
(2) Dan il-Kumitat Rappreżentattiv Magħqud għandu jkun
magħmul minn għaxar rappreżentanti eletti minn u minn fost kull
Kumitat Ċentrali:
Iżda l-Kumitat Ċentrali tal-kuntistabblijiet għandu jagħżel
rappreżentant wieħed minn kull grupp.
22. Il-Kumitat Ċentrali, jew kull tnejn jew tlieta minnhom,
jistgħu jiġu msejħa biex jiltaqgħu bħala Kumitat Magħqud mill-
Kummissarju sabiex tiġi meqjusa kull kwistjoni mibgħuta lilhom
minnu, iżda f’każ bħal dan, fit-tmiem tal-kunsiderazzjoni tagħhom
tal-kwistjoni, kull wieħed jew iżjed mill-Kumitat Ċentrali jista’
jagħżel li jiltaqa’ u jiddeċidi indipendentement it-tweġiba tiegħu
jew tagħhom, u jista’ jikkunsidra aktar il-kwistjonijiet meta jkun
hekk jiltaqa’ indipendentement:
Iżda l-Kummissarju għandu jiġi avżat bid-deċiżjoni tal-
Kumitat Ċentrali wieħed jew iżjed li ser jiltaqa’ indipendentement.
23. (1) Il-Kumitat Ċentrali sew separatament jew bħala
Kumitat Rappreżentattiv Magħqud jista’ jissottometti
rappreżentazzjonijiet bil-miktub lill-Ministru responsabbli għall-
Pulizija jew lill-Kummissarju.
(2) Il-Kummissarju, jew il-Ministru responsabbli għall-Pulizija
permezz tal-Kummissarju, jista’ jirriferixxi kwistjonijiet bl-istess
mod lilhom.
ELEZZJONIJIET
 24. (1) L-elezzjonijiet kollha għandhom ikunu b’vot sigriet u
bil-mod (magħduda sorveljanza uffiċjali biex tiġi żgurata r-reqqa u
s-segretezza meħtieġa) stabbilit mill-Kummissarju.
(2) Il-Kummissarju għandu jkun l-awtorità  li toħroġ l-ordni
għal kull elezzjoni, u kull organu kompetenti ta’ l-Assoċjazzjoni
għandu japplika lilu għal dan l-iskop.
25. (1) Ebda persuna li ma tkunx uffiċjal tal-Pulizija ma jista’
jkollha aċċess għal kamra li fiha tkun qed issir votazzjoni. Kull
membru tal-Korp li jkun preżenti għandu jżomm u jgħin biex
tinżamm is-segretezza tal-votazzjoni, u ma għandu b’ebda mod
8 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
jindaħal ma’ votant meta jkun qed jimmarka l-vot tiegħu, jew
b’mod ieħor jittanta li jikseb fil-post ta’ votazzjoni tagħrif dwar il-
kandidat li għalih xi votant fil-lokal ta’ votazzjoni jkun sejjer
jivvota jew ikun ivvota.
(2) Kull persuna li tkun qed tattendi fl-għadd tal-voti għandha
żżomm u tgħin li tinżamm is-segretezza tal-votazzjoni u ma
għandhiex tikkomunika ebda tagħrif miksub f’dak il-għadd dwar il-
kandidat li għalih xi vot ikun mogħti f’xi karta tal-vot partikolari.
(3) Ebda persuna ma għandha direttament jew indirettament
tħajjar lil xi votant li juri l-karta tal-vot tiegħu wara li jkun
immarkaha sabiex jiġi mgħarraf lil xi persuna l-isem tal-kandidat li
għalih jew kotrih huwa jkun immarka l-vot tiegħu.
(4) Ebda votant ma għandu juri l-karta tal-vot tiegħu mmarkata.
(5) Ebda votant ma għandu jippersonifika votant ieħor, jew
jivvota aktar minn darba f’xi elezzjoni, u ebda membru tal-Korp ma
għandu jgħinu jew iħajjru biex jagħmel hekk.
(6) Ebda membru tal-Korp ta’ xi rank ma għandu, sew
direttament jew permezz ta’ xi persuna oħra, jinfluwenza jew
jittanta li jinfluwenza lil xi elettur ta’ rank inferjuri biex jivvota
għal jew kontra xi kandidat jew kandidati.
26. F’kull elezzjoni kull elettur jista’ jagħti vot wieħed u mhux
aktar għal kull wieħed ta’ kull numru ta’ kandidati li ma jkunx iżjed
min-numru li għandu jiġi elett.
27. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, kull Bord
ta’ Fergħa jista’ jagħmel regolamenti dwar il-mili ta’ vakanzi li
jinħolqu matul il-ħajja tiegħu fost il-membri tal-Bord u tad-delegati
tal-Konferenza Ċentrali mibgħuta mill-Bord, u kull Konferenza
Ċentrali tista’ tagħmel regolamenti dwar il-mili ta’ vakanzi li
jinħolqu fost il-membri tal-Kumitat Ċentrali tagħha matul il-ħajja
ta’ l-imsemmi Kumitat Ċentrali.
KUNSILLI TAL-PULIZIJA
28. (1) Il-Ministru responsabbli għall-Pulizija jew il-
Kummissarju jista’ jagħmel arranġamenti għat-tiżmim ta’ Kunsilli
tal-Pulizija, taħt iċ-chairmanship tal-Kummissarju għall-
konsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet ġenerali li jolqtu l-Korp.
(2) F’dawn il-Kunsilli l-Kumitat Rappreżentattiv Magħqud jew
deputazzjoni minn dak il-Kumitat tista’ tiġi mistiedna biex tiltaqa’
mal-Kummissarju u ma’ dawk l-uffiċjali li ma jkunux anqas mir-
rank ta’ suprintendent kif il-Ministru responsabbli għall-Pulizija
jew il-Kummissarju, skond il-każ, jiddeċiedi.
UFFIĊJALI U LAQGĦAT
29. Kull Bord ta’ Fergħa, Konferenza Ċentrali, u Kumitat
Ċentrali, għandu jagħżel iċ-chairman u s-segretarju tiegħu minn
fost il-membri tiegħu.
30. Iċ-chairman f’kull laqgħa għandu jkollu biss l-ewwel vot
jew vot oriġinali.
31. Il-Bordijiet ta’ Fergħa jistgħu jżommu erba’ laqgħat
PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 9
trimestrali (magħduda l-laqgħa annwali), kull waħda ddum mhux
aktar minn ġurnata waħda, iżda laqgħat addizzjonali għal skop
speċjali jistgħu jinżammu bil-kunsens tal-Kummissarju.
32. Il-laqgħat annwali tal-Konferenza Ċentrali ma għandhomx
idumu aktar minn jumejn, iżda laqgħat addizzjonali għal xi skop
speċjali jistgħu jinżammu bil-kunsens tal-Kummissarju.
33. Kull Kumitat Ċentrali jista’ jżomm laqgħat mhux aktar
minn darba f’xahrejn, kull laqgħa ma ddumx aktar minn ġurnata
waħda, iżda laqgħat addizzjonali għal skopijiet speċjali jistgħu
jinżammu bil-kunsens tal-Kummissarju.
34. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, kull Bord
ta’ Fergħa, Konferenza Ċentrali, jew Kumitat Ċentrali jista’
jirregola l-proċedura tiegħu.
35. Kull organu elett ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta
għandu jidħol fil-kariga minnufih wara l-elezzjoni.
36. Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta’ kandidati li jiġu nominati
jew li jiġu eletti għal xi Bord ta’ Fergħa, Konferenza Ċentrali jew
Kumitat Ċentrali, il-Kummissarju jista’ jagħżel membri tal-Korp
tar-rank korrispondenti, jew, skond il-każ, tal-grupp
korrispondenti, biex jimla l-kompożizzjoni ta’ dak il-bord,
konferenza jew kumitat skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti.
37. Ħlief meta, f’ċirkostanzi speċjali, membru tal-Korp ikun
meħtieġ għal xogħol li għalih ma jkun hemm ebda sostitut, għandu
jiġi mogħti permess għal attendenza għal-laqgħat kollha miżmuma
skond din l-Iskeda, u kull attendenza bħal din għandha, dwar
allowances u spejjeż, titqies li tkun okkażjoni ta’ xogħol tal-
Pulizija.
38. Ebda persuna li tkun temmet milli tkun membru tal-Korp
ma għandha tibqa’ li tkun membru ta’ l-Assoċjazzjoni jew li
żżomm kariga f’bord, kumitat jew konferenza ta’ l-Assoċjazzjoni.
Emendata:
A.L. 148 ta’ l-
1975.
IT-TIENI SKEDA
Regolament 9
REATI KONTRA D-DIXXIPLINA
Sovversjoni.
(a) juża xi kliem, għemil jew ġesti li jinġurjaw, jinsultaw
jew imaqdru lill-President ta’ Malta jew lill-Gvern ta’
Malta jew lil xi persuna mpjegata jew li jkollha
x’taqsam ma’ l-amministrazzjoni tal-Gvern ta’ Malta;
jew
(b) jakkuża b’imġieba ħażina fl-amministrazzjoni tal-
Gvern lil xi persuna mpjegata fl-amministrazzjoni tal-
Gvern ta’ Malta; jew
(ċ) bi kliem jew xort’oħra juri tmaqdir tal-Kummissarju,
jew ta’ l-amministrazzjoni tal-Korp, jew juża xi kelma
10 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
jew frażi meqjusa jew li jkollha tendenza li ġġib lill-
Kummissarju jew lill-amministrazzjoni tal-Korp
f’mibegħda, disprezz jew ridikulaġni; jew
(d) jaġixxi jew joħroġ ordnijiet, jew iġiegħel jew ixewwex
lil xi ħadd biex jaġixxi, kontra xi ordnijiet jew direttivi
maħruġa minn żmien għal żmien mill-Kummissarju,
jew mill-Head  Quarters tal-Pulizija f’isem il-
Kummissarju; jew
(e) igħid jew jikteb xi ħaġa meqjusa jew li jkollha
tendenza li ġġib nuqqas ta’ kuntentezza fost xi membri
tal-Korp jew b’kull mod iħabrek jew iġiegħel, jew
jittanta li jħabrek jew li jġiegħel, jew li jagħmel jew li
tiġi magħmula, xi ħaġa hekk meqjusa jew li jkollha dik
it-tendenza; jew
(f) iħajjar, jew jittanta li jħajjar, jew jagħmel xi att,
meqjus jew li jkollu tendenza li jħajjar lil xi membru
tal-Korp li ma jagħtix is-servizzi tiegħu jew li jagħmel
xi ksur ta’ dixxiplina; jew
(g) jaħrab, jew igħin u jħajjar il-ħrib, ta’ xi membru tal-
Korp, mill-Korp; jew
(h) ikun jew isir membru ta’ xi trade union jew ta’ xi
assoċjazzjoni  li jkollha skop simili jew ta’ xi korp
affiljat ma’ xi union jew assoċjazzjoni bħal dik; jew
(i) li ma jkunx il-Kummissarlu jew delegat awtorizzat kif
imiss mill-Kummissarju, jew membru ta’ l-
Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’ Malta, jieħu sehem f’xi
attività  ta’ l-imsemmija Assoċjazzjoni tal-Pulizija ta’
Malta, bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti jew jagħti parir jew jinfluwenza, jew
jittanta li jagħti parir jew jinfluwenza, xi organu ta’ l-
imsemmija Assoċjazzjoni jew xi uffiċjal jew membru
taghħa, dwar xi attività  ta’ l-imsemmija Assoċjazzjoni
tal-Pulizija ta’ Malta;
(j) jibda, jġiegħel, jgħin, iħajjar, jeċċita, iħeġġeġ,
jissieħeb, jieħu parti fi, jew jonqos milli jiskoraġġixxi
jew milli jirrapporta minnfih, xi ammunitament,
sedizzjoni, rewwixta jew irvell, ġemgħa b’tendenza
għal rewwixta jew irvell, jew disordni ieħor serju, li
jkun qed jiġri jew li jkun ser jiġri, jew jekk ikun fih,
ma jagħmilx, bla ħsara għal xi direttivi permanenti tal-
Kummissarju, jew ta’ xi ordni li jista’ jingħata mill-
Kummissarju jew mill-membru anzjan tal-Korp li jkun
preżenti, ħiltu kollha biex jissopprimi dak l-
ammutinament, sedizzjoni, rewwixta jew irvell,
ġemgħa b’tendenza għal rewwixta jew irvell, jew
disordni ieħor serju; jew
(k) ma jastjenix minn kull attività  politika jew tħabrik jew
minn kull attività  li aktarx tfixkel il-qadi leali u
imparzjali tad-dmirijiet tiegħu, jew li aktarx tqajjem l-
impressjoni fost il-membri tal-pubbliku li tista’ hekk
tfixkel; jew
PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 11
(l) jagħmel xi komunika anonima lill-Kummissarju jew lil
xi uffiċjal ieħor tal-pulizija, jew lil xi dipartiment jew
uffiċjal tal-Gvern; jew
(m) jħabrek jew jittanta li jħabrek xi membru tal-Kunsill
Eżekuttiv jew tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku
jew ta’ xi korp jew organu ieħor tal-Gvern, dwar xi
ħaġa li għandha x’taqsam mal-Korp; jew
(n) jiffirma jew jiċċirkola xi petizzjoni jew dikjarazzjoni
dwar xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-Korp, ħlief kif
provdut f’dawn ir-Regolamenti; jew
(o) isejjaħ jew jattendi f’xi laqgħa mhux awtorizzata
għad-diskussjoni ta’ xi ħaġa li għandha x’taqsam mal-
Korp.
Kondotta ta’ telf 
ta’ reputazzjoni.
2. Kondotta ta’ telf ta’ reputazzjoni, jiġifieri jekk membru tal-
Korp jaġixxi b’mod disordinat jew b’xi mod ta’ preġudizzju għad-
dixxiplina jew li raġonevolment aktarx iġġib telf ta’ reputazzjoni
ta’ isem il-Korp jew tas-servizz tal-Pulizija.
Kondotta 
insubordinata jew 
oppressiva.
3. Kondotta insubordinata jew oppressiva, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp -
(a) ikun insubordinat bi kliem, att, jew imġieba; jew
(b) ikun ħati ta’ kondotta oppressiva jew tirannika lejn
wieħed inferjuri fir-rank; jew
(ċ) juża kliem oxxen, abużiv jew inġurjuż lil xi membru
tal-Korp; jew
(d) volontarjament jew bi traskuraġni jagħmel xi kwerela
jew dikjarazzjoni falza kontra xi membru tal-Korp;
jew
(e) jaħbat għal xi membru ieħor tal-Korp; jew
(f) b’mod mhux xieraq ma jmexxix xi rapport jew
allegazzjoni kontra xi membru tal-Korp. 
Disubbidjenza ta’ 
ordnijiet.
4. Disubbidjenza ta’ ordnijiet, jiġifieri, jekk membru tal-
Korp-
(a) jiddisubbidixxi jew mingħajr raġuni tajba u xierqa
jonqos jew jittraskura milli jeżegwixxi xi ordni
leġittimu, bil-miktub jew xort’oħra jew jikser xi ħtieġa
ta’ dawn ir-Regolamenti; jew
(b) jirrisjedi f’post mhux approvat mill-Kummissarju; jew
(ċ) mingħajr il-kunsens preventiv tal-Kummissarju jilqa’
persuna alloġġata f’dar jew kwartieri li jkunu provduti
lilu mill-Gvern, jew jissulloka xi parti minn dar jew
kwartieri bħal dawk; jew
(d) mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub tal-Kummissarju
jirċievi persuna alloġġata f’dar li jirrisjedi fiha u li
dwarha huwa jirċievi allowance għall-kera, jew
jissulloka xi parti minn dar bħal dik; jew
(e) volontarjament jiċħad jew jittraskura milli jħallas xi
dejn leġittimu; jew
12 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
(f) imexxi jew ikollu x’jaqsam f’xi kummerċ jew negozju,
jew xort’oħra jonqos milli jagħti l-ħin kollu tiegħu
għas-servizz tal-Pulizija.
Traskuraġni ta’ 
xogħol.
5. Traskuraġni fid-dmir, jiġifieri, jekk membru tal-Korp - 
(a) jittraskura, jew mingħajr raġuni tajba u xierqa jonqos,
milli minnufih u b’diliġenza jattendi jew jesegwixxi xi
ħaġa li tkun dmir tiegħu bħala membru tal-Korp; jew
(b) jitgħażżen jew jitkellem fieragħ waqt li jkun fuq ix-
xogħol; jew
(ċ) jonqos milli jaħdem il-beat tiegħu skond ordnijiet jew
jitlaq mill-beat, lok, jew post ieħor tad-dmirijiet tiegħu
li għalih ikun ġie ordnat, mingħajr permess kif imiss
jew raġuni xierqa; jew
(d) b’negliġenza jew traskuraġni jħalli priġunier jaħrab;
jew 
(e) jonqos, meta jkun jaf fejn jinsab xi ħati, milli
jirrapporta l-istess, jew milli jagħmel sforz kif imiss
biex ikun jista’ jitressaq quddiem il-ġustizzja; jew
(f) jonqos milli jirrapporta xi ħaġa li jkun dmir tiegħu li
jirrapporta; jew
(g) jonqos milli jirrapporta xi ħaġa li huwa jkun jaf dwar
akkuża kriminali, jew jonqos milli jikxef xi provi li
huwa, jew xi persuna li huwa jkun jaf biha, jista’
jagħmel favur jew kontra xi priġunier jew persuna li
tkun taħt akkuża kriminali; jew
(h) jonqos milli jagħmel xi reġistrazzjoni meħtieġa f’xi
dokument jew ktieb uffiċjali; jew
(i) jittraskura, jew mingħajr raġuni tajba u xierqa jonqos,
milli jesegwixxi xi istruzzjonijiet ta’ tabib li jkun qed
jaġixxi f’isem il-Kummissarju jew it-Tabib Prinċipali
tal-Gvern, jew, waqt li jkun assenti mix-xogħol
minħabba mard, ikun ħati ta’ xi att jew kondotta
meqjusa li ddewwem ir-ritorn tiegħu għax-xogħol.
Falżità  jew 
tgħawwiġ tal-fatti.
6. Falżità  jew tgħawwiġ ta’ fatti, jiġifieri, jekk membru tal-
Korp -
(a) xjentement jagħmel jew jiffirma xi dikjarazzjoni falza
f’xi dokument jew ktieb uffiċjali; jew
(b) volontarjament jew bi traskuraġni jagħmel xi
dikjarazzjoni falza, qarrieqa jew mhux eżatta; jew
(ċ) mingħajr raġuni tajba u xierqa jiddistruġġi jew jaqta’
minn xi dokument jew record uffiċjali, jew ibiddel jew
iħassar xi reġistrazzjoni li jkun hemm fih.
Ksur ta’ fiduċja. 7. Ksur ta’ fiduċja, jiġifieri, jekk membru tal-Korp -
(a) jikxef xi ħaġa li tkun dmir tiegħu li jżomm sigrieta;
jew 
(b) jgħarraf, direttament jew indirettament, lil xi persuna
PULIZIJA TA’ MALTA ġ L.S.164.01 13
li kontra tagħha jkun inħareġ jew ikun ser jinħareġ
mandat jew taħrika, ħlief jekk fl-esekuzzjoni leġittima
ta’ dak il-mandat jew notifika ta’ dik it-taħrika; jew
(ċ) mingħajr awtorità  xierqa jikkomunika lill-istampa
pubblika, jew lil xi persuna mhux awtorizzata, xi ħaġa
li jkollha x’taqsam, mal-Korp; jew
(d) mingħajr awtorità  xierqa juri lil xi persuna li ma tkunx
fil-Korp xi ktieb jew dokument miktub jew stampat li
jkun proprjetà  tal-Pulizija jew ta’ xi dipartiment tal-
Gvern.
Korruzzjoni.
(a) jirċievi xi ħaġa għal korruzzjoni; jew
(b) jonqos milli jagħti kont ta’ jew milli jagħmel rapport
minnufih u eżatt ta’ xi flus jew proprjetà  li huwa jkun
irċieva fil-kariga uffiċjali tiegħu; jew
(ċ) direttament jew indirettament jitlob jew jirċievi xi
gratifikazzjoni, rigal, sottoskrizzjoni jew ċertifikat,
mingħajr il-kunsens tal-Kummissarju; jew
(d) iqiegħed lilu nnifsu taħt obbligazzjoni pekunjarja
favur xi ħadd li jkollu ħanut tax-xorb, li jkun bejjiegħ
bl-imnut tal-birra, spirit-grocer, jew xi persuna li
jkollha liċenza mogħtija mill-Kummissarju jew li dwar
l-għoti jew it-tiġdid tagħha l-Pulizija jista’ jkollha
tirrapporta jew tagħti xiehda; jew
(e) juża b’mod mhux xieraq il-kwalifika u l-kariga tiegħu
bħala membru tal-Korp għal vantaġġ tiegħu privat; jew
(f) fil-kariga tiegħu bħala membru tal-Korp, jikteb,
jiffirma jew jagħti, mingħajr l-approvazzjoni tal-
Kummissarju, xi ċertifikat ta’ kondotta jew
rakkomandazzjoni oħra bl-iskop li jikseb impieg għal
xi persuna jew li jsaħħaħ applikazzjoni ta’ kull xorta;
jew
(g) mingħajr l-approvazzjoni tal-Kummissarju, isaħħaħ
applikazzjoni għall-għoti ta’ liċenza ta’ kull xorta; jew
(h) mingħajr raġuni tajba u xierqa jkun jew isir suġġett
għal tfixkil pekunjarju.
Eżerċizzju mhux 
leġittimu jew mhux 
mehtieġ ta’ 
awtorità .
9. Eżerċizzju mhux leġittimu jew mhux meħtieġ ta’ awtorità ,
jiġifieri, jekk membru tal-Korp mingħajr raġuni tajba u xierqa -
(a) jagħmel arrest; jew
(b) juża xi vjolenza kontra priġunier jew kull persuna oħra
li magħha jista’ jiġi f’kuntatt fil-qadi tax-xogħol
tiegħu; jew 
(ċ) ikun maledukat ma’ xi membru tal-pubbliku.
Simulazzjoni ta’ 
mard.
10. Simulazzjoni ta’ mard, jiġifieri, jekk membru tal-Korp
ifinġi jew jesaġera xi mard jew offiża bl-iskop li jiskarta x-xogħol.
Assenza bla 
permess. 
11. Assenza bla permess jew tard għax-xogħol, jiġifieri jekk
membru tal-Korp mingħajr skuża raġonevoli jkun assenti minn, jew
14 L.S.164.01 ħ PULIZIJA TA’ MALTA
tard għal, parata, qorti jew kull xogħol ieħor.
Nuqqas ta’ ndafa.  12. Nuqqas ta’ ndafa, jiġifieri, jekk membru tal-Korp waqt ix-
xogħol jew waqt il-frank bl-uniformi f’post pubbliku jkun b’leħja
mhux imqaxxra, jew liebes b’mod mhux xieraq, jew maħmuġ jew
traskurat fil-persuna, ilbies jew tagħmir tiegħu.
Ħsara fl-ilbies, eċċ. 13. Ħsara fl-ilbies jew oġġetti oħra provduti, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp -
(a) volontarjament jew b’negliġenza jikkaġuna xi ħala,
telf jew ħsara lil xi oġġett ta’ lbies jew tagħmir, jew lil
xi ktieb, dokument jew proprjetà  oħra tal-Pulizija jew
ta’ xi dipartiment tal-Gvern; jew
(b) jonqos milli jirrapporta xi telf jew ħsara kaġunata kif
intqal qabel ikun kif ikun.
Sokor.  14. Sokor, jiġifieri, jekk membru tal-Korp, waqt li jkun fuq ix-
xogħol jew frank, ma jkunx kapaċi għax-xogħol minħabba x-xorb. 
Xorb waqt ix-
xogħol.
15. Xorb waqt ix-xogħol jew talb ta’ xorb, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp -
(a) mingħajr il-kunsens ta’ l-uffiċjal superjuri tiegħu,
jixrob, jew jirċievi mingħand xi persuna oħra, xi xorb
li jsakkar waqt li jkun fuq ix-xogħol; jew
(b) jitlob, jew jittanta li jipperswadi xi persuna oħra li
tagħtih, jew li tixtri jew tikseb għalih, xi xorb li
jsakkar waqt li jkun fuq ix-xogħol.
Dħul f’postijiet 
b’liċenza. 
16. Dħul f’postijiet b’liċenza, jiġifieri, jekk mingħajr permess
membru tal-Korp jidħol -
(a) waqt li jkun fuq ix-xogħol f’xi post liċenzjat skond il-
liġijiet dwar l-għoti ta’ liċenzi għal xorb spirituż jew
f’xi post ieħor fejn spirti jkunu maħżuna jew
jitqassmu, meta l-preżenza tiegħu hemmhekk ma tkunx
meħtieġa fl-esekuzzjoni tad-dmir tiegħu; jew
(b) f’xi post bħal dawk bl-uniformi meta jkun frank.
Self ta’ flus, eċċ. 17. Self, tislif jew aċċettazzjoni ta’ rigali, jiġifieri, jekk
membru tal-Korp jislef flus lil xi superjur fir-rank jew jissellef flus
jew jaċċetta xi rigal mingħand xi inferjur fir-rank.
Kundanna 
kriminali.
18. Kundanna għal reat kriminali, jiġifieri, jekk membru tal-
Korp ikun instab ħati ta’ reat kriminali minn qorti.
Kompliċi f’reat. 19. Kompliċi f’reat kontra d-dixxiplina, jiġifieri, jekk membru
tal-Korp jippermetti xi reat, jew xjentement jikkommetti att ta’
kompliċità  f’xi reat, kontra d-dixxiplina, jew jieħu parti fi jew
jippermetti jew jonqos milli jirrapporta minnufih xi att preparatorju
għall-egħmil ta’ xi reat kontra d-dixxiplina.
Kondotta ta’ 
preġudizzju għal 
bon ordni. 
20. Ksur ta’ l-ordni, jiġifieri, jekk membru tal-Korp iġib ruħu,
b’att jew omissjoni, b’xi mod ta’ preġudizzju għal bon ordni jew
dixxiplina, jew xort’oħra mhux xieraq għal membru tal-Korp, u
mhux provdut għalih band’oħra f’din l-Iskeda.
