BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA ġ L.S.167.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 167.01
REGOLAMENTI DWAR IL-BANK TA’ TIFDIL
TAL-GVERN TA’ MALTA
2 ta’ Settembru, 1961
L-AVVIŻ LEGALI 53 ta’ l-1961, kif emendat bl-Avviżi Legali 54 ta’ l-
1961, 26 ta’ l-1962, 45 ta’ l-1963, 36 ta’ l-1969, 42 ta’ l-1970, 83 ta’ l-
1971, 1 ta’ l-1982 u 3 ta’ l-1983.
Titolu.
Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-1961;
A.L. 1 ta’ l-1982.
2. F’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma tfissirx xort’oħra -
"Accountant General" tinkludi kull uffiċjal jew impjegat tat-
Teżor li lilu jkunu ġew mogħtija xi dmirijiiet mill-Accountant
General sabiex jitmexxew id-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u ta’
dawn ir-Regolamenti;
"data ta’ l-egħluq" tfisser, dwar kontijiet ta’ depożitu fiss għal
tnax-il xahar, l-egħluq ta’ sena mid-data li fiha somma flus tiġi
depożitata jew depożitata mill-ġdid f’dak il-kont, u dwar kontijiet
ta’ depożitu fiss għal sitt xhur, id-data meta jagħlqu sitt xhur
kalendarji mid-data tad-depożitu jew ta’ depożitu mill-ġdid f’dawk
il-kontijiet;
"depożitant" tfisser il-persuna li favur tagħha jsir depożitu f’xi
kont fil-Bank ta’ Tifdil;
Kap. 167.
Gvern ta’ Malta;
"persuna" tinkludi kull għaqda korporata u kull għaqda ta’
persuni sew jekk ikollha personalità  legali distinta minn dik tal-
membri tagħha sew jekk le.
L-akbar u l-anqas 
ammont ta’ 
depożiti.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1971.
3. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u ta’
dawn ir-Regolamenti, kull persuna tista’ tiddepożita flus fil-Bank
ta’ Tifdil sew f’kont ta’ tifdil jew f’kont ta’ depożitu fiss.
(2) Ebda depożitu ta’ anqas minn ħames ċenteżmi ma jista’ jsir
f’kont ta’ tifdil.
(3) Ebda depożitu ma għandu jsir li jġib l-ammont globali fl-
isem tad-depożitant fil-kotba tal-Bank ta’ Tifdil għal total ta’ aktar
minn erbat elef lira.
(4) Il-limiti impost bis-subregolament (3) dwar l-akbar
ammont permess ta’ depożiti ma għandux jgħodd għal -
(a) xi minuri jew persuna interdetta jew inabilitata li favur
tagħha jkun sar depożitu bis-saħħa ta’ ordni ta’ qorti;
(b) xi kuratur ta’ falliment u xi sekwestratarju ġudizzjarju
li jkun qed jaġixxi fil-kors tad-dmirijiet tiegħu bħala
tali;
(ċ) xi trade union jew soċjetà  kooperativa reġistrata kif
2 L.S.167.01 ħ BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA
imiss;
(d) xi għaqda ta’ persuni li  l-iskopijiet prinċipali tagħha
jinkludu, skond il-kostituzzjoni tagħha, l-
inkoraġġiment ta’ tifdil fost il-membri tagħha u l-
impieg tiegħu;
(e) xi uffiċjal tal-Gvern li jaġixxi fil-kors tad-dmirijiet
tiegħu bħala tali.
Riżerva dwar 
depożiti eżistenti 
b’eċċess ta’ l-akbar 
ammont permess.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1971.
4. (1) Meta fid-data li jiġu fis-seħħ dawn ir-Regolamenti l-
ammont globali li jkun hemm fil-kotba tal-Bank ta’ Tifdil fl-isem
ta’ xi depożitant ikun iżjed minn erbat elef lira, kull kont jew
kontijiet għak-kreditu ta’ dak id-depożitant għandu jkompli
jipproduċi mgħax dwar kull ammont li ma jkunx iżjed jew -
(a) minn dak l-ammont globali kif intqal qabel, jew
(b) sakemm dak l-ammont globali jeċċedi l-erbat elef lira,
mis-somma li jkun hemm fl-isem tad-depożitant f’kont
ta’ tifdil jew f’kont ta’ depożitu fiss f’dik id-data.
(2) Ebda ħaġa fis-subregolament (1) ma għandha tittieħed li
tillimita l-akbar ammont li jista’ jiġi depożitat bl-imgħax minn jew
f’isem persuna msemmija fir-regolament 3(4).
Imgħax.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-1961;
A.L. 26 ta’ l-1962;
A.L. 36 ta’ l-1969;
A.L. 42 ta’ l-1970;
A.L. 83 ta’ l-1971;
A.L. 1 ta’ l-1982.
5. (1) Għandu jingħata mgħax fuq depożiti ta’ mhux anqas
minn ħamsa u għoxrin ċenteżmu bir-rata ta’ tlieta fil-mija fis-sena
dwar kontijiet ta’ tifdil, bir-rata ta’ ħamsa fil-mija fis-sena dwar
kontijiet ta’ depożitu fiss għal sitt xhur u bir-rata ta’ sitta fil-mija
fis-sena dwar kontijiet ta’ depożitu fiss għal tnax-il xahar:
Iżda l-imgħax fuq kontijiet ta’ depożitu għal tnax-il xahar
li kienu jeżistu fil-31 ta’ Diċembru, 1981, għandu jingħata bir-rata
li kienet fis-seħħ f’dik id-data sad-data ta’ l-egħluq tagħhom li tiġi
wara dik id-data.
(2) Dan l-imgħax għandu jiġi kalkolat mid-data li taħbat wara
dik li fiha jsir depożitu jew, fil-każ ta’ depożiti fissi, jerġa’ jsir
depożitu mill-ġdid.
Bilanċjar ta’ 
kontijiet ta’ tifdil.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1971;
A.L. 1 ta’ l-1982.
6. Kull kont ta’ tifdil għandu jkun bilanċjat fil-31 ta’ Marzu
ta’ kull sena u l-imgħax li jkun akkumulat sa dik id-data għandu
jiżdied mal-kapital fil-ġurnata ta’ wara u għandu jipproduċi mgħax
bħala jagħmel parti minnu.
Regoli dwar 
depożiti fissi.
Emendat:
A.L. 54 ta’ l-1961.
Sostitwit:
A.L. 3 ta’ l-1983.
7. (1) Ħlief kif maħsub fis-subregolament (4), depożitu fiss
m’għandux jiġi żbankat qabel id-data ta’ l-egħluq.
(2) Jekk il-kapital ta’ depożitu fiss ma’ jiġix żbankat fi żmien
għaxart ijiem wara d-data ta’ l-egħluq, dan għandu jitqies li jkun
reġa’ ġie depożitat mill-ġdid minn dik id-data.
(3) Ebda mgħax m’għandu jiżdied fuq depożiti fissi qabel id-
data ta’ l-egħluq. Wara dik id-data l-imgħax jista’ jiġi żbankat
f’kull żmien iżda ebda mgħax m’għandu jitħallas fuqu dwar il-
perijodu li matulu jibqa’ mhux mitlub.
(4) L-Accountant General jista’ jippermetti li depożitu fiss jiġi
żbankat qabel id-data ta’ l-egħluq.
(5) Meta, fl-għoti ta’ permess għal żbank kif intqal qabel, l-
Accountant General ikun sodisfatt mill-provi miġjuba li jkun hemm
BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA ġ L.S.167.01 3
ħtieġa vera li jsir dak l-iżbank parzjali jew totali, u jkunu għaddew
tletin jum minn meta jkun sar id-depożitu, jew id-depożitu mill-
ġdid, l-imgħax fuq l-ammont hekk żbankat għandu jiġi kalkolat fuq
ir-rata ta’ kontijiet kurrenti għal dak iż-żmien, u l-bilanċ tad-
depożitu fiss, jekk ikun hemm, jibqa’ depożitat taħt l-istess
kondizzjonijiet li kellu oriġinali.
(6) Żbank ta’ depożitu fiss permess b’mod ieħor barra minn kif
provdut fis-subregolament (5) għandu jitqies li jfisser rinunzja min-
naħa tad-depożitant għal kull dritt għal imgħax dwar kull perijodu
li jkun iqsar minn dak li għalih id-depożitu jkun sar.
Partikolaritajiet u 
tagħrif li 
għandhom 
jingħataw meta jsir 
l-ewwel depożitu.
8. (1) Ma’ l-ewwel depożitu f’kont fil-Bank ta’ Tifdil u kull
meta wara dan tkun tenħtieġ li tagħmel hekk mill-Accountant
General, il-persuna li tiftaħ kont bħal dan għandha tispeċifika -
(a) l-isem u l-kunjom, l-okkupazzjoni u residenza tal-
persuna li favur tagħha jinfetaħ il-kont, u, jekk din l-
aħħar imsemmija persuna tkun minuri, id-data u l-post
tat-twelid ta’ dan il-minuri;
(b) dawk il-partikolaritajiet  l-oħra li l-Accountant
General jista’ jeħtieġ sabiex jiżgura l-identità  tal-
persuna li favur tagħha jinfetaħ il-kont, li jinkludu, fil-
każ ta’ għaqda ta’ persuni, l-isem li bih dik l-għaqda
tkun magħrufa, l-indirizz tagħha, u l-isem u l-kunjom
tal-persuni li jkollhom, għal dak iż-żmien, is-setgħa li
jagħmlu żbanki f’isem dik l-għaqda.
(2) Il-persuna li tiftaħ kont kif intqal qabel, u wara li dan il-
kont jinfetaħ, il-persuna li favur tagħha jinfetaħ il-kont għandha, bi
spejjeż tagħha stess, tagħti lill-Accountant General kull dokument
jew tagħrif li l-Accountant General jista’ jeħtieġ għat-tmexxija
xierqa tax-xogħol tal-Bank ta’ Tifdil dwar dak il-kont, li jinkludu,
mingħajr ħsara għall-ġeneralità  ta’ dak imsemmi qabel, kopja tal-
kuntratt, ftehim, regoli, statut jew dokument ieħor li jwaqqaf jew
jirregola xi għaqda ta’ persuni li favur tagħha jinfetaħ il-kont.
(3) Meta persuna tidher li twildet barra minn żwieġ ma
għandux jintalab tagħrif dwar il-ġenituri tagħha ħlief bil-kunsens
tagħha.
Kontijiet kollettivi.
jew iżjed, kemm-il darba ebda waħda minnhom ma jkollha ġa kont
ieħor fil-Bank ta’ Tifdil.
Depożiti għak-
kreditu ta’ iżjed 
minn kont wieħed.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1971.
10. Ebda depożitant fil-Bank ta’ Tifdil ma għandu jkollu jew
jagħmel depożitu għak-kreditu ta’ iżjed minn kont ta’ tifdil wieħed
u kont ta’ depożitu fiss wieħed f’dak il-Bank.
Ħruġ ta’ librett.
persuna li tagħmel id-depożitu librett numerat, li ma jkunx
trasferibbli.
(2) Dan il-librett għandu jkollu fil-qoxra ta’ barra l-isem tal-
persuna li favur tagħha jkun infetaħ il-kont u dawk il-
partikolaritajiet l-oħra li jistgħu fil-fehma ta’ l-Accountant General
ikunu meħtieġa biex jiġi żgurat it-tħaris tad-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza u ta’ dawn ir-Regolamenti.
4 L.S.167.01 ħ BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA
Preżentazzjoni ta’ 
formula ta’ 
depożitu ffirmata.
12. Ebda depożitu ma għandu jiġi aċċettat ħlief wara li tiġi
preżentata formula ta’ depożitu provduta mill-Bank ta’ Tifdil u
mimlija u ffirmata kif imiss mill-persuna li tagħmel id-depożitu.
Reġistrazzjoni ta’ 
depożiti fil-librett.
13. Id-depożiti kollha għandhom jitniżżlu fil-librett mill-
uffiċjal li jirċievihom, u dak l-uffiċjal għandu jagħmel il-firma
tiegħu u d-data tad-depożitu ħdejn dik ir-reġistrazzjoni.
Preżentazzjoni 
annwali tal-librett 
għal verifika.
14. Kull depożitant, kull meta jkun meħtieġ li jagħmel hekk
mill-Accountant General, għandu jippreżenta l-librett tiegħu fil-
Bank ta’ Tifdil sabiex ir-reġistrazzjonijiet fil-librett jistgħu jiġu
mqabbla mar-reġistrazzzjonijiet fil-kotba tal-Bank ta’ Tifdil.
Libretti mitlufa. 15. (1) Jekk xi depożitant jitlef il-librett tiegħu huwa għandu
jirrapporta t-telf mingħajr dewmien lill-Accountant General li
jista’, jekk jidhirlu xieraq u salv it-tħaris ta’ dawk il-
kondizzjonijiet li jista’ jeħtieġ (li jistgħu jinkludu l-għoti ta’
indennizz soddisfaċenti) joħroġ lid-depożitant librett duplikat.
(2) L-Accountant  General jista’ wkoll, jekk jidhirlu xieraq,
iħalli l-ħruġ ta’ librett duplikat sakemm jgħaddu tliet xhur mid-data
li jirċievi t-tagħrif tat-telf.
Depożiti in eċċess 
ta’ l-akbar ammont 
permess.
16. Jekk xi persuna tiddepożita ammont akbar mill-akbar
ammont permess skond dawn ir-Regolamenti, l-Accountant
General jista’ f’kull żmien jirritorna l-eċċess lill-persuna li
f’isimha jkun sar id-depożitu mingħajr żieda ta’ mgħax fuqu u wara
li jitnaqqas kull imgħax imħallas qabel fuq dan  l-eċċess.
Żbanki.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1971.
17. (1) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u
għad-disposizzjonijiet  l-oħra ta’ dawn ir-Regolamenti, ebda żbanki
ma jkunu permessi ħlief mal-preżentazzjoni ta’ formula ta’ żbank
provduta mill-Bank ta’ Tifdil u mimlija u iffirmata kif imiss mill-
persuna li tagħmel l-iżbank.
(2) Kull persuna li tippreżenta l-librett dwar kont ta’ tifdil
tista’ tiżbanka somma ta’ mhux iżjed mill-ammont ta’ l-imgħax
akkumulat fuq dak il-kont matul is-sena li ttemm fil-31 ta’ Marzu
minnufih qabel dak l-iżbank.
(3) Ħlief kif maħsub fis-subregolament (2) il-ħlas ta’ xi
somma żbankata minn kull kont fil-Bank ta’ Tifdil ma għandux isir
ħlief lid-depożitant jew lill-persuna awtorizzata legalment li titlob
dak il-ħlas f’isem id-depożitant.
(4) Ma tiġix aċċettata prokura mill-Accountant General għall-
finijiet ta’ xi żbank minn kont fil-Bank ta’ Tifdil kemm-il darba ma
tkunx bil-miktub u ma tkunx attestata jew awtentikata bil-mod li
ġej, jiġifieri -
(a) jekk id-depożitant ikun iffirma  l-prokura, il-firma
tiegħu għandha tkun attestata minn persuna li jkollha
grad jew diploma ta’ università , jew minn membru tal-
kleru, jew minn uffiċjal pubbliku mhux taħt ir-rank ta’
uffiċjal esekuttiv jew minn uffiċjal tal-pulizija mhux
taħt ir-rank ta’ spettur;
BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA ġ L.S.167.01 5
Kap. 12.
(b) jekk id-depożitant ma jkunx jista’ jiffirma, il-marka
tiegħu għandha tiġi awtentikata minn avukat, nutar
pubbliku jew mill-kappillan tal-parroċċa li fiha d-
depożitant jirrisjedi bil-mod maħsub fl-artikolu 634(2)
tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili;
(ċ) jekk id-depożitant jirrisjedi barra minn Malta fiż-
żmien ta’ l-għoti tal-prokura, il-firma jew marka
tiegħu fuqha għandha tkun attestata jew awtentikata
minn xi persuna kompetenti għal hekk fil-post li fih
ikun jirrisjedi dak iż-żmien.
(5) Il-ħlas ta’ kull somma żbankata minn xi kont kollettiv
għandu jsir lid-depożitanti flimkien jew lil xi persuna jew persuni
awtorizzati legalment li jitolbu dak l-iżbank f’isimhom, kemm-il
darba d-depożitanti ma jawtorizzawx espressament lil xi wieħed
jew iżjed minnhom biex jaġixxi separatament għall-finijiet ta’ dak
l-iżbank.
(6) Ma jingħata ebda żbank ħlief mal-preżentazzjoni tal-librett
li għalih l-iżbank jirriferixxi u kull meta jsir xi żbank l-uffiċjal li
jħallas għandu jirreġistra l-ammont żbankat fil-librett u jagħmel il-
firma tiegħu u d-data ta’ l-iżbank ħdejn dik ir-reġistrazzjoni.
(7) L-Accountant  General jista’ jeħtieġ avviż ta’ tliet ijiem
dwar l-iżbank tal-bilanċ kollu tad-depożitant f’kont ta’ tifdil jew
ta’ parti minnu.
Trasferimenti ta’ 
depożiti.
18. (1) Fuq applikazzjoni ta’ depożitanti, depożiti jistgħu jiġu
trasferiti bla ħlas -
(a) mill-Bank ta’ Tifdil għall-fergħa tal-Bank ta’ Tifdil
f’Għawdex jew viċe versa;
(b) mill-Bank ta’ Tifdil għall-Post Office Savings Bank
tar-Renju Unit jew għal dak ta’ Ġibiltà  jew għall-
Commonwealth Savings Bank ta’ l-Awstralja jew viċe
versa.
(2) Ebda applikazzjoni għal trasferiment ta’ xi depożitu ma
tiġi milqugħa kemm-il darba  l-applikant ma kienx depożitant fil-
Bank ta’ Tifdil għal mill-anqas xahrejn qabel id-data ta’ l-
applikazzjoni:
Iżda dan is-subregolament ma japplikax f’xi każ meta l-
Accountant General ikun soddisfatt illi t-tħaris tiegħu jista’ jġib
miegħu xi tbatija.
(3) L-applikazzjonijiet għal trasferimenti ta’ depożiti
għandhom isiru f’dik il-formula li l-Accountant General jista’
jeħtieġ u għandhom ikunu akkompanjati mil-librett u minn provi
oħra għas-soddisfazzjon ta’ l-Accountant General tat-titolu ta’ l-
applikant dwar id-depożitu li għalih l-applikazzjoni tirriferixxi.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u ta’ dawn
ir-Regolamenti, somom trasferiti fil-Bank ta’ Tifdil skond dan ir-
regolament għandhom għall-finijiet kollha jitqiesu bħala depożiti
magħmula fil-Bank ta’ Tifdil.
Formuli.
dawk il-formuli kollha li jkunu meħtieġa għat-tmexxija xierqa tax-
6 L.S.167.01 ħ BANK TA’ TIFDIL TAL-GVERN TA’ MALTA
xogħol tal-Bank ta’ Tifdil.
Ħinijiet ta’ xogħol.
Emendat:
A.L. 45 ta’ l-1963.
20. Il-Bank ta’ Tifdil u l-fergħat tiegħu jkunu miftuħa għax-
xogħol f’dawk il-ġranet u f’dawk il-ħinijiet li l-Accountant
General bl-approvazzjoni tal-Ministru responsabbli għall-Finanzi
jista’ jordna.
