MONUMENTI W ISKRIZZJONIJIET 
FIĊ-ĊIMITERJU TA’ L-ADDOLORATA ġ L.S.17.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 17.01
DIRETTIVI DWAR MONUMENTI 
W ISKRIZZJONIJIET FIĊ-ĊIMITERJU 
TA’ L-ADDOLORATA
5 ta’ Awissu, 1902;
13 ta’ Mejju, 1921;
4 ta’ Ottubru, 1921
IN-NOTIFIKAZZJONIJIET TAL-GVERN 183 ta’ l-1902, 146 ta’ l-1921
u 278 ta’ l-1921, konsolidati.
Titolu.
w Iskrizzjonijiet fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata.
Spezzjon ta’ 
monumenti, eċċ,
Kap. 17.
2. (1) Kull min ikun jixtiq jibni monumenti jew jagħmel
iskrizzjonijiet fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata għandu, minbarra li
jissottometti d-disinn għall-approvazzjoni tal-Bord skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9 ta’ l-Ordinanza dwar id-Dfin, javża
l-uffiċċju tax-Xogħlijiet Pubbliċi meta jitlesta l-monument jew
xogħol ieħor, u dan biex il-Bord ikun jista’ jispezzjona dak il-
monument, eċċ., qabel ma jitpoġġa fiċ-ċimiterju.
(2) Il-pjanti u disinji msemmija hawn fuq jistgħu jiġu
presentati f’kull ġurnata tax-xogħol fl-uffiċċju tad-Direttur tax-
Xogħlijiet Pubbliċi.
(3) Fl-applikazzjoni għandu jissemma l-isem tal-persuna jew
ditta li ser tkun imqabbda tagħmel ix-xogħol.
