PREZZ LI GĦANDU JITĦALLAS GĦALL-AKKWIST TA’ 
OQBRA U SITI GĦAL OQBRA ġ L.S.17.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 17.02
ORDNI DWAR IL-PREZZ LI GĦANDU 
JITĦALLAS GĦALL-AKKWIST TA’ OQBRA 
U SITI GĦAL OQBRA
17 ta’ Settembru, 1974;
22 ta’ Mejju, 1978;
1 ta’ Jannar, 1993;
1 ta’ Lulju, 1997;
21 ta’ Novembru, 2003
L-AVVIŻ LEGALI 97 ta’ l-1974, kif emendat bl-Att XIII ta’ l-1983, bl-
AVVIŻ LEGALI 50 ta’ l-1978, kif emendat bl-Att XIII ta’ l-1983, u l-
AVVIŻI LEGALI 115 ta’ l-1992, 93 ta’ l-1997 u 363 ta’ l-2003,
konsolidati.
Titolu.
jitħallas għall-Akkwist ta’ Oqbra u Siti għal Oqbra.
Prezz li għandu 
jitħallas għall-
akkwist ta’ sit għal 
qabar.
Emendat:
XIII. 1983.5.
2.  Il-prezz li għandu jitħallas għall-akkwist ta’ sit għal qabar
għandu ikun ta’ ħamsa u għoxrin lira.
Prezz li għandu 
jitħallas għall-
akkwist ta’ qabar.
Emendat:
XIII. 1983.5.
3.  Il-prezz li għandu jitħallas għall-akkwist ta’ oqbra (inkluż
il-kumpens għas-sit) għandu jkun kif ġej:
fiċ-Ċimiteru ta’ l-Addolorata:
(a) għal qabar mibni singlu .................................. Lm50
(b) għal qabar mibni maqsum fi tliet parti .......... Lm100
fiċ-Ċimiteru ta’ Santa Marija f’Għawdex:
(a) għal qabar b’żewġ taqsimiet mibni ............... Lm230
(b) għal qabar bi tliet taqsimiet mibni ................ Lm280
fiċ-Ċimiteru Ta’ Braxia f’Malta:
għall-akkwist ta’ oqbra ....................................... Lm350
fiċ-Ċimiteru tal-Mellieħa f’Malta:
għall-akkwist ta’ oqbra ....................................... Lm725.
