ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 171.02
REGOLAMENTI DWAR IL-ĦADDIEMA TAL-PORT
1 ta’ Jannar, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 90 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 141 ta’ l-
1994, 79 ta’ l-1997, u 187 u 215 ta’ l-1998, 90 ta’ l-2001, 318 ta’ l-2002 u
70 ta’ l-2003.
Titolu.
Ħaddiema tal-Port.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-Regolamenti, sakemm ir-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra-
"Awtorità " tfisser l-Awtorità  Marittima ta’ Malta mwaqqfa
skond l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Ħaddiema tal-Port imwaqqaf
skond l-artikolu 12 ta’ l-Ordinanza;
"coach għat-turisti" tfisser coach bil-mutur li takkompanja turisti
fuq tour lejn/minn Malta, iżda ma tinkludix coach bil-mutur
importata f’Malta għall-ewwel darba minn resident f’Malta wara
żjara barra minn Malta;
Kap. 352.
"Direttur" tfisser id-Direttur Eżekuttiv responsabbli għall-
portijiet maħtur taħt l-artikolu 8 ta’ l-Att dwar l-Awtorità
Marittima ta’ Malta;
"età  ta’ rtir" tfisser l-età  preskritta skond l-artikolu 14 ta’ l-
Ordinanza;
"ġimgħa" għall-finijiet tar-regolament 44 tfisser perijodu ta’
sebat ijiem konsekuttivi;
"ħaddiem tal-port" għandha l-istess tifsir kif mogħti lil "ħaddiem
tal-port" bl-artikolu 2 ta’ l-Ordinanza; u "xogħol tal-port" għandha
tiftiehem skond "xogħol tal-port" fl-Ordinanza msemmija;
"iben minuri'' u ''bint minuri'' ifissru persuna li tkun l-ewwel jew
l-akbar iben jew bint -
(a) ta’ ħaddiem tal-port reġistrat li jmut fil-waqt li jkun
hekk reġistrat jew li jirtira minn xogħol tal-port meta
jilħaq l-età  ta’ rtir, u
(b) li jkun għalaq jew tkun għalqet it-tmintax-il sena iżda
jkollu jew ikollha inqas minn tmintax-il sena fil-waqt
meta l-missier tiegħu jew tagħha jmut jew jirtira,
skond il-każ;
"karrozza akkompanjata" tfisser karrozza privata akkompanjata
minn persuna li tivvjaġġa għal jew minn Malta, iżda ma tinkludix
karrozza privata mportata f’Malta għall-ewwel darba minn resident
f’Malta wara żjara barra minn Malta;
"Kumitat" tfisser il-Kumitat imwaqqaf skond id-disposizzjonijiet
tar-regolament 32;
2 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Kap. 352.
"kuntrattur" għandha l-istess tifsir kif mogħti lilha bl-artikolu 2
ta’  l-Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta;
"merkanzija miġbura f’unità  waħda" u "tagħbija f’unità  waħda"
għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Ordinanza;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-portijiet, u
tinkludi kull persuna li taġixxi taħt l-awtorità  tiegħu;
Kap. 171. "Ordinanza" tfisser l-Ordinanza dwar il-Ħaddiema tal-Port;
"Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port" tfisser ir-reġistru meħtieġ li
jinżamm mid-Direttur skond l-artikolu 3(1) ta’ l-Ordinanza;
"silo tal-Gvern" tfisser is-silo tal-Gvern li jinsab fid-Deep Water
Quay fi Triq Pinto, Marsa;
"silo ta’ Kordin" tfisser is-silo tal-qmuħ li jinsab f’Magazine
Wharf bejn L-Għolja ta’ Kordin u l-baħar;
"tunnellata metrika" tfisser tunnellata ta’ 1000 kilogramm.
Eżenzjoni minn 
xogħol tal-port.
Emendat:
A.L. 90 ta’ l-2001;
A.L. 318 ta’ l-
2002.
3. (1) Għall-finijiet ta’  l-artikolu 20 ta’  l-Ordinanza,
qiegħed jiġi hawnhekk preskritt illi  l-Ordinanza ma tapplikax
għall-maniġġ ta’ -
(a) merkanzija trasportata bejn il-Gżejjer ta’ Malta u
Għawdex u Kemmuna;
(b) faħam tal-kokk jew faħam tal-ħaġra sfuż ħlief faħam
tal-kokk jew faħam tal-ħaġra fi xkejjer;
(ċ) żjut u nbejjed sfużi;
(d) bhejjem ta’ l-ifrat, żwiemel jew annimali oħra;
(e) ħut minn bastimenti tas-sajd.
(2) Għall-finijiet ta' l-artikolu 20 ta’ l-Ordinanza, qiegħed
b'dan jiġi ordnat li l-artikolu 9(3) ta’ l-Ordinanza ma għandux
japplika għall-merkanżija ta’ trasbord li tiġi mmaniġġata fil-Port
Ħieles ta’ Malta.
Id-Direttur ikollu 
kontroll sħiħ.
4. Id-Direttur ikollu kontroll sħiħ fuq ix-xogħol tal-port,
magħduda l-provvista ta’ ħaddiema tal-port għal xogħol tal-port.
Ħaddiema tal-port 
mhux meħtieġa 
jimmaniġġaw ċerti 
oġġetti.
5. Il-ħaddiema tal-port ma humiex meħtieġa jimmaniġġaw
manwalment l-oġġetti speċifikati hawn taħt:
(a) siment li f’xi żmien ikollu temperatura iżjed minn
51.7º  C;
(b) soda kawstika (soder) fi xkejjer ta’ kull xorta f’għamla
sfuża;
(ċ) xi pakk li l-piż tiegħu jkun iżjed minn 55 kilogramm.
Foremen. 6. (1) Id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu u bla ħsara
għad-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza, joħroġ liċenza lil kull
persuna biex taġixxi ta’ foreman tal-ħaddiema tal-port.
(2) Id-Direttur ma għandux joħroġ liċenza taht dan ir-
regolament jekk ma jkunx sodisfatt illi l-persuna li tapplika għal
liċenza -
(a) ikollha aktar minn ħamsa u għoxrin sena;
(b) ikollha esperjenza xierqa fix-xogħol tal-maniġġ ta’
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 3
merkanzija;
(ċ) tkun persuna tajba u xierqa biex tingħatalha liċenza.
(3) Id-dritt li għandu jitħallas minn foreman relattivament għal
liċenza biex jaġixxi ta’ foreman ikun ħames liri fis-sena li jitħallas
mal-ħruġ tal-liċenza u ma’ kull tiġdid tagħha.
Responsabbiltà  ta’ 
foremen.
7. (1) Foremen ta’ ħaddiema tal-port għandhom jużaw  l-
għodod li fil-fehma tad-Direttur jitqiesu li huma xierqa u adattati
għax-xogħol li jkun hemm.
(2) Tista’ tittieħed azzjoni dixxiplinarja kif maħsub fl-artikolu
5 ta’ l-Ordinanza kontra foremen ta’ ħaddiema tal-port li bin-
nuqqas tagħhom li jużaw l-għodod xierqa kif mehtieġ fis-sub-
regolament (1) jagħmlu ħsara lill-merkanzija.
Il-ħaddiema tal-
port jaħdmu 
b’għodod 
magħżula mix-ship 
foreman.
8. (1) Il-ħaddiema tal-port għandhom jaħdmu bl-għodod u
bit-tagħmir magħżula mix-ship foreman.
(2) Il-ħaddiema tal-port li jonqsu li jħarsu l-ħtigiet tas-sub-
regolament (1) jiġu rapportati mill-Awtorità  lill-Bord dwar il-
Ħaddiema tal-Port għal kull azzjoni li l-Bord jidhirlu xieraq li
jieħu.
Reġistru ta’ 
ħaddiema 
prospettivi tal-port.
9. (1) Għandu jkun hemm Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi
tal-Port.
(2) Il-Bord għandu jirreġistra fuq ir-Reġistru tal-Ħaddiema
Prospettivi tal-Port kull ċittadin Malti li jitlob li jiġi reġistrat fih u
li jkun jissodisfa l-ħtiġiet ta’ dawn ir-Regolamenti dwar l-eliġibilità
tiegħu li jkun hekk reġistrat.
Reġistru ta’ 
ħaddiema tal-port.
10. Għandu jkun hemm Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port li fih
għandhom jiġu reġistrati l-haddiema tal-port kollha.
Ingaġġar ta’ 
ħaddiema tal-port.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
11. (1) Il-ħaddiema tal-port għandhom jiġu ingaġġati mir-
Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi tal-Port billi jimlew il-vakanzi li
jkun hemm minħabba l-mewt jew l-irtir ta’ ħaddiem tal-port, liema
mili jsir skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Il-vakanzi li jiġu mimlija jkunu dawk stabbiliti minn żmien
għal żmien mid-Direttur sabiex jibqa’ jinżamm f’kull żmien in-
numru sħiħ ta’ ħaddiema tal-port skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-Regolamenti.
(3) Ħadd mhu eliġibbli li jkun reġistrat bħala ħaddiem tal-port
kemm-il darba dik il-persuna, raġel jew mara -
(a) ma tkunx għalqet it-tmintax-il sena u jkollu jew
ikollha inqas minn ħamsa u erbgħin sena;
(b) ma tkunx ġiet eżaminata minn bord mediku maħtur
mill-Ministru u tinsab fiżikament tajba għax-xogħol
tal-port;
(ċ) ma tissodisfax lill-Bord li jkollha dawk il-kwalifiki, l-
kapaċitajiet u l-abilitajiet, li jistgħu jiġu stabbiliti mid-
Direttur minn żmien għal żmien, biex tkun tista’ taqdi
d-dmirijiet ta’ ħaddiem tal-port;
(d) ma tissodisfax lill-Bord li tkun persuna adatta u idonea
għax-xogħol tal-port;
4 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
(e) ma tkun qatt instabet ħatja, jew ma tkun qatt ġiet
dikjarata ħatja, ta’ xi serq jew frodi, jew reati kriminali
li fil-fehma ta’ l-Awtorità  jistgħu jkunu dannużi għall-
ksib ta’ xogħol tal-port.
Numru ta’ 
ħaddiema tal-port.
12. (1) Il-ħaddiema tal-port kollha li jidhru fuq ir-Reġistru tal-
Ħaddiema tal-Port għandhom jiffurmaw sezzjoni omoġenja waħda
u għandhom jaqdu dawk id-dmirijiet li jikkonsistu fix-xogħol kollu
mill-istiva għat-truck, art ta’ stivar jew maħżen jew viċe versa.
(2) In-numru ta’ haddiema tal-port għandu, għall-perijodu li
jibda mill-1 ta’ Jannar, 1993, ikun iffissat erba’ mija, u għandu
jinkludi winchmen, drivers u signalmen. In-numru ta’ ħaddiema tal-
port għandu jiġi rivedut kull sentejn minn Bord, li jikkonsisti
f’Chairman, li għandu jiġi nominat mill-Ministru, żewġ membri, li
jirrappreżentaw lill-Awtorità , u żewġ membri, li jirrappreżentaw
lill-ħaddiema tal-port.
(3) Fl-iffissar tan-numru meħtieġ, il-Bord għandu jieħu
f’konsiderazzjoni l-volum ta’ xogħol tal-port, id-disponibilità  ta’
tagħmir għall-maniġġ tal-merkanzija u l-introduzzjoni ta’ sistemi
ġodda ta’ xogħol tal-port.
Eliġibbiltà  għall-
mili ta’ vakanzi.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
13. (1) L-eliġibbiltà  biex timtela vakanza għandha tkun
limitata għal persuna li tkun l-iben jew il-bint, jew għall-akbar
minn fost l-ulied subien jew bniet, ta’ ħaddiem tal-port li kien
reġistrat bħala tali fis-17 ta’ Settembru, 1990, u li jirtira jew
jispiċċa wara li jgħaddi bord mediku skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti jew li jmut:
Iżda dik il-persuna li tkun l-iben jew il-bint għandha
tissodisfa lill-Bord li -
(a) tkun persuna eliġibbli biex timla xi vakanza kif hemm
provdut dwar dan fir-regolament 11(3);
(b) jekk tkun iben adottat jew bint adottata, ma kellhiex
aktar minn sitt snin meta tkun ġiet adottata;
(ċ) tkun applikat lid-Direttur biex tagħmel xogħol tal-port
qabel id-data meta tinħoloq il-vakanza u tkun ġeddet
personalment dik ir-reġistrazzjoni fl-uffiċċju tad-
Direttur matul ix-xahar ta’ Jannar ta’ kull sena li tiġi
wara:
Iżda wkoll, meta ma jkunx hemm l-iben jew il-bint ta’
ħaddiem tal-port li jirtira jew imut, u li kien ħaddiem tal-port fis-
sezzjoni ta’ l-istivaturi ta’ merkanzija ġenerali jew fis-sezzjoni tal-
port labourers fl-10 ta’ Ġunju, 1975, l-eliġibbiltà  biex timtela
vakanza għandha tkun limitata għal ħu jew oħt dak il-ħaddiem tal-
port jew għall-akbar minn fost ħutu subien jew bniet, sakemm dak
ħuh jew oħtu jossodisfaw lill-Bord li hu jew hi tkun persuna
eliġibbli biex timla vakanza kif hemm provdut fir-regolament 11(3)
u fil-paragrafu (ċ).
(2) Meta tinħoloq vakanza fost il-ħaddiema tal-port, id-
Direttur għandu jniżżel fir-Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi tal-
Port stabbilit skond ir-regolament 9, u li huwa għandu jżomm għal
dak il-għan, l-isem tal-persuna li, skond id-disposizzjonijiet tas-
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 5
subregolament (1), tkun elġibbli biex timla dik il-vakanza u li
tapplika biex tkun hekk reġistrata.
(3) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2), l-
iben jew il-bint ta’ ħaddiem tal-port li jirtira jew li jispiċċa wara li
jgħaddi bord mediku jew li jmut, jew ħu jew oħt  xi ħaddiem tal-
port li jirtira jew li jmut, għandu jiġi reġistrat fir-Reġistru tal-
Ħaddiema Prospettivi tal-Port fil-ġurnata meta dak il-ħaddiem tal-
port ikun irtira, jew spiċċa wara li għadda bord mediku jew miet,
skond il-każ.
(4) L-ordni li bih għandhom jimtlew il-vakanzi għandu jiġi
stabbilit b’ordni kronoloġiku ta’ kif jirtiraw il-ħaddiema jew
jispiċċaw wara li jgħaddu bord mediku jew imutu, imma kull
persuna li tkun bin jew bint jew ħu jew oħt xi ħaddiem tal-port li
kien hekk reġistrat fl-10 ta’ Ġunju, 1975, u li tkun reġistrata fir-
Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi tal-Port, u li tkun għadha hekk
reġistrata fil-ġurnata li taħbat minnufih qabel għeluq il-ħamsa u
erbgħin sena tagħha għandha, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’
dawn ir-regolamenti, f'dik il-ġurnata tkun reġistrata fir-Reġistru
tal-Ħaddiema tal-Port, bla ma jittiefsu l-jeddijiet ta’ persuni oħra
reġistrati fir-Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi tal-Port:
Iżda meta fl-istess ġurnata tkun aktar minn persuna waħda
li tirtira jew tispiċċa wara li tgħaddi bord mediku jew li tmut, l-
ordni ta’ preferenza għandu jiġi stabbilit skond id-data tat-twelid
tal-ħaddiem tal-port prospettiv, inizjalment mill-persuna li tkun l-
akbar fl-età .
(5) Ir-reġistrazzjoni fuq ir-Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi
tal-Port tiskadi jekk ma tiġix imġedda personalment fl-uffiċċju tad-
Direttur fix-xahar ta’ Jannar ta’ kull sena.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolamenti (2) u (3),
id-Direttur jista’ jirreġistra fir-Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi
tal-Port lill-iben jew il-bint minuri ta’ ħaddiem tal-port reġistrat li
jmut waqt li jkun hekk reġistrat jew li jirtira mix-xogħol tal-port
meta jilħaq l-età  ta’ rtir:
Iżda -
(a) jekk dik il-persuna, li tkun l-iben jew il-bint, tkun
għalqet is-sittax-il sena, dik il-persuna għandha
tapplika għar-reġistrazzjoni fi żmien xahar mill-mewt
jew irtir ta’ missierha, skond il-każ, u wara dan
għandha ġġedded dik ir-reġistrazzjoni kif hemm
provdut f’dan ir-regolament;
(b) jekk dik il-persuna, li tkun l-iben jew il-bint, tkun taħt
is-sittax-il sena fil-ġurnata tal-mewt jew l-irtir ta’
missierha, skond il-każ, dik il-persuna għandha
tapplika għar-reġistrazzjoni fi żmien xahar minn meta
tagħlaq is-sittax-il sena, u wara dan għandha ġġedded
dik ir-registrazzjoni kif hemm provdut ‘'dan ir-
regolament;
(ċ) ir-reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna li tkun l-iben jew il-
bint fir-Reġistru tal-Ħaddiema Prospettivi tal-Port ma
għandhiex tintitolaha biex tikkompeti biex timla xi
6 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
vakanzi sa dak iż-żmien meta hija tilħaq l-età  ta’
tmintax-il sena u, minkejja d-disposizzjonijiet tas-
subregolament (4) dik il-persuna għandha, għall-fini
ta’ l-ordni li bih jimtlew il-vakanzi, titqiegħed wara l-
persuna li f’dak iż-żmien tkun tidher l-aħħar fuq dak
ir-Reġistru.
(8) Imħassar bl-Avviż Legali 318 ta’ l-2002.
(9) Persuna li tkun l-iben jew il-bint minuri u li tkun
tikkwalifika għar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Ħaddiema
Prospettivi tal-Port skond dan ir-regolament ma għandhiex
eventwalment tiġi reġistrata bħala ħaddiem tal-port jekk ma tkunx
persuna eliġibbli biex tiġi hekk reġistrata kif provdut fir-
regolament 11(3).
Ħtiġiet.
Sostitwit:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
14. Ebda ħaddiem tal-port li jkun reġistrat fir-Reġistru tal-
Ħaddiema tal-Port ma għandu, meta jmut jew jirtira jew wara li
jispiċċa wara li jgħaddi bord mediku, jiġi sostitwit minn iben jew
bint jew ħu jew oħt skond il-każ:
Iżda l-ħaddiema tal-port li qabel l-10 ta’ Ġunju, 1975
kellhom liċenza biex jaħdmu fis-sezzjoni ta’ l-istivaturi ta’
merkanzija ġenerali jew fis-sezzjoni tal-ligħtermen jew fis-sezzjoni
tal-port labourers, għandhom jibqgħu jiġu sostitwiti minn iben jew
bint jew ħu jew oħt, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dawn ir-
regolamenti:
Iżda wkoll ħaddiema tal-port li kienu hekk liċenzjati fit-23
ta’ Ottubru, 1992 għandhom jiġu sostitwiti minn iben jew bint bla
ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Mili ta’ vakanzi.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
15. (1) Meta d-Direttur jiddeċiedi li għandha timtela vakanza,
il-Bord għandu, fuq il-produzzjoni ta’ dawk id-dokumenti u
ċertifikati li jista’ jeħtieġ, jirreġistra bħala ħaddiem tal-port fir-
Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port persuna -
(a) li tkun reġistrata fuq ir-Reġistru tal-Ħaddiema
Prospettivi tal-Port; u
(b) li tissodisfa l-ħtiġiet ta’ dawn ir-regolamenti rigward l-
eliġibbiltà  tiegħu jew tagħha biex tiġi hekk reġistrata.
(2) Il-vakanzi fin-numru ta’ ħaddiema, kif stabbilit minn
żmien għal żmien skond ir-regolament 12, għandhom jimtlew fi
żmien tletin jum mill-ħolqien ta’ dawk il-vakanzi.
Reġistrazzjoni ta’ 
iben jew bint 
ħaddiem tal-port li 
jmut , 
b’konsegwenza ta’ 
disgrazzja fuq 
xogħol tal-port.
Sostitwit:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
16. Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regolament 11(2), persuna
li tkun iben jew bint -
(a) ta’ ħaddiem tal-port li jmut bħala riżultat ta’ korriment
li jġarrab waqt li jkun qed jagħmel xogħol tal-port; jew
(b) ta’ ħaddiem tal-port li, meta jkollu aktar minn ħamsa u
erbgħin sena iżda anqas minn ħamsa u ħamsin sena fl-
aħħar għeluq sninu, jiġi ċċertifikat li ma jkunx
medikament tajjeb għax-xogħol tal-port minn bord
mediku maħtur mill-Ministru u li jkollu l-liċenza
tiegħu mħassra għal din ir-raġuni,
għandha tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port, sakemm
dak l-iben jew dik il-bint ikunu persuna eliġibbli biex tiġi hekk
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 7
reġistrata skond ir-regolamenti 11(3) u 13(3):
Iżda persuna li tkun l-iben jew il-bint ta’ ħaddiem tal-port
li jiġi ċċertifikat li ma jkunx medikament tajjeb għax-xogħol tal-
port skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ma għandhiex tiġi
reġistrata fir-Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port qabel ma jkun għadda
perjodu ta’ tliet xhur mid-data tat-tħassir tal-liċenza ta’ missierha.
Rtir volontarju.
Sostitwit:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
17. Ħaddiem tal-port, li jkollu aktar minn ħamsin sena, jista’
japplika lill-Bord biex ir-reġistrazzjoni tiegħu tiġi mħassra favur
ibnu jew bintu, u jekk dak il-ħaddiem tal-port kien hekk liċenzjat
fl-10 ta’ Ġunju, 1975, favur ibnu jew bintu jew ħuh jew oħtu:
Iżda -
(a) meta r-reġistrazzjoni ta’ dak il-ħaddiem tal-port tiġi
mħassra, huwa jitlef il-jeddijiet kollha li jkollu għal
pensjoni jew gratifikazzjoni; u
(b) l-iben jew il-bint tkun persuna eliġibbli biex ikun
ħaddiem tal-port skond id-disposizzjomjiet tar-
regolament 11.
Ċertifikat ta’ 
reġistrazzjoni u 
karta ta’ identità .
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
18. (1) Mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port,
id-Direttur għandu joħroġ lil ħaddiem tal-port -
(a) ċertifikat ta’ reġistrazzjoni validu sal-31 ta’ Diċembru
tas-sena korrenti f’dik il-forma kif id-Direttur
jistabbilixxi; u
(b) karta ta’ identità .
(2) Dik il-karta ta’ identità  għandha tibqa’ l-proprjetà  ta’ l-
Awtorità  u għandha tiġi ritornata lid-Direttur minn kull ħaddiem
tal-port jew mill-armla tiegħu jew mill-armel tagħha u mill-
werrieta tiegħu jew tagħha, skond il-każ, meta dak il-ħaddiem,
raġel jew mara, ma jibqax hekk reġistrat.
(3) Ħaddiem tal-port, raġel jew mara, ma għandux
jittrasferixxi l-karta ta’ identità  tiegħu jew tagħha lil xi ħaddieħor.
(4) Kemm-il darba ma jkunx eżentat mid-Direttur, ħaddiem
tal-port, raġel jew mara, għandu jilbes il-karta ta’ identità  tiegħu
jew tagħha kull meta jkun imħaddem fuq xogħol tal-port u għandu
jipproduċiha kull meta jiġi mitlub jagħmel hekk mid-Direttur, jew
mill-prinċipal tiegħu jew tagħha, jew mill-Awtorità .
(5) Meta d-Direttur ikun sodisfatt illi karta ta’ identità  tkun
intilfet jew ġiet danneġġjata, huwa jista’ joħroġ karta duplikata lil
ħaddiem tal-port wara ħlas ta’ dritt ta’ lira.
Tiġdid ta’ 
reġistrazzjoni.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
19. (1) Kull ħaddiem tal-port li jkun reġistrat għandu japplika
personalment għand l-Awtorità  jew x’imkien ieħor hekk kif id-
Direttur jista' jiddeċiedi, fix-xahar ta’ Jannar ta' kull sena skond kif
ikun meħtieġ mid-Direttur biex iġedded ir-reġistrazzjoni tiegħu jew
tagħha.
(2) Id-dritt li għandu jitħallas minn ħaddiem tal-port
relattivament għal liċenza biex jaġixxi ta’ ħaddiem tal-port għandu
jkun ħames liri fis-sena li jitħallas mal-ħruġ tal-liċenza u ma’ kull
tiġdid tagħha.
(3) Kull ħaddiem tal-port, raġel jew mara, li jkun reġistrat u li
8 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
ma jkunx jista’ jġedded ir-reġistrazzjoni tiegħu jew tagħha skond
is-subregolament (1) minħabba f’inkapaċità  għax-xogħol, għandu
jagħmel hekk fil-ġurnata tax-xogħol li taħbat minnufih wara t-
tmiem tal-perjodu ta’ dik l-inkapaċità  u għandu jipproduċi lid-
Direttur ċertifikat tat-tabib dwar il-perjodu kollu ta’ inkapaċità , u
jekk dak il-ħaddiem tal-port, raġel jew mara, jissodisfa lid-Direttur
li ma setax japplika personalment biex iġedded ir-reġistrazzjoni
tiegħu jew tagħha minħabba f’dik l-inkapaċità , id-Direttur jista’
jġedded dik ir-reġistrazzjoni.
(4) Meta r-reġistrazzjoni ta’ ħaddiem tal-port ma tiġix
imġedda kif provdut fis-subregolamenti (1) u (3), applikazzjoni
għat-tiġdid ta’ dik ir-reġistrazzjoni għandha tiġi riferita lill-Bord
għad-deċiżjoni.
Dmirijiet ta’ l-
Awtorità.
20. (1) Meta l-Awtorità  ssir taf illi -
(a) xi ħadd mhux reġistrat ikun qed jaħdem jew jittanta li
jikseb xogħol bħala ħaddiem tal-port f’port, jew
(b) xi ħadd ikun qed jagħmel użu ta’ karta ta’ identità  li
ma jkollux dritt għaliha, jew
(ċ) xi ħadd li jkun qed jaħdem fil-port jonqos milli
jipproduċi l-karta ta’ identità  tiegħu meta hekk mitlub,
hija għandha tirraporta minnufih dwar hekk lid-Direttur li jista’
jieħu dawk il-passi li jidhrulu xierqa fiċ-ċirkostanzi u jista’ wkoll
għall-fini ta’ aktar investigazzjoni jikkonfiska kull karta ta’ identità
li fil-fehma tiegħu tkun qed tiġi wżata irregolarment.
(2) Meta xi prinċipal jikkontesta xi kont tax-xogħol tal-port
jew jonqos milli jħallas xi kont tali, l-Awtorità  għandha, jekk il-
kwistjoni ma tiġix irranġata minnu, tirraporta l-fatt lid-Direttur u
għandha tieqaf milli tipprovdi ħaddiema tal-port lil prinċipal li
jonqos milli jħallas xi kont għal xogħol tal-port jekk id-Direttur,
wara li jagħti lill-prinċipal opportunità  biex iġib ’il quddiem l-
ilmenti tiegħu, hekk jordna.
Merkanzija għall-
finijiet tat-tifsira 
ta’ ħaddiem tal-
port.
21. Għall-finijiet tat-tifsira ta’ ħaddiem tal-port li hemm fl-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza, qiegħed jiġi hawnhekk preskritt illi l-
merkanzija msemmija f’dik it-tifsira relattivament għall-maniġġ
tagħha minn tinda ta’ transit jew minn munzell fuq il-moll fl-apert
għal vettura tkun -
(a) ċereali, skalora, zokkor, żerriegħa tal-patata, melħ, fi
xkejjer;
(b) laħam tal-friża;
(ċ) injam;
(d) ċilindri tal-gas likwidu;
(e) qatran u asfalt fi krietel;
(f) kull sustanzi fi xkejjer jew fi krietel biex jintużaw fl-
industrija taż-żejt;
(g) f’area magħluqa tal-port -
(i) l-ippakkjar u l-ħatt ta’ containers; u
(ii) it-tqegħid ta’ tagħbijiet f’unità  waħda biex jiġu
mgħobbija abbord bastiment.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 9
Ksur tar-roster.
Kwistjonijiet tal-Port kull każ li jinvolvi l-ksur ta’ roster li fih
jistgħu jkunu organizzati l-ħaddiema tal-port fiż-żmien li jkun.
(2) Il-Bord dwar Kwistjonijiet tal-Port għandu jinvestiga dak
ir-rapport u jekk isib għas-sodisfazzjon tiegħu illi kien hemm ksur
volontarju jew bi traskuraġni ta’ roster minn prinċipal ta’ ħaddiema
tal-port, jew minn persuna li tkun qed taġixxi f’isem prinċipal ta’
ħaddiema tal-port, huwa għandu jagħti kumpens, li ma jeċċedix
ħames mitt lira, kontra dak il-prinċipal favur il-ħaddiema tal-port
preġudikati b’dak il-ksur.
(3) Meta żewġ prinċipali jew iżjed ta’ ħaddiema tal-port
jinstabu mill-Bord dwar Kwistjonijiet tal-Port li jkunu konkorrente-
ment kisru roster volontarjament jew bi traskuraġni, il-Bord dwar
Kwistjonijiet tal-Bord jista’ jistabbilixxi l-proporzjon ta’ l-ammont
ta’ kumpens li jkun irid jitħallas minn kull wieħed minn dawk il-
prinċipali, iżda meta jkun qiegħed jistabbilixxi dawk il-
proporzjonijiet l-imsemmi Bord għandu jqis safejn ikun naqas kull
wieħed minn dawk il-prinċipali.
(4) F’kull każ li jinvolvi l-ksur ta’ roster, l-Awtorità  għandha
tħaddem dak ir-roster skond l-ordni ta’ allokazzjonijiet eżistenti
fiż-żmien li fih ikun ġie skopert il-ksur.
Surcharge 
amministrattiv.
Emendat:
A.L. 90 ta’ l-2001.
23. Bla ħsara għall-provvedimenti tar-regolament 3(2), skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 9(3) ta’ l-Ordinanza qiegħed jiġi
hawnhekk preskritt illi l-perċentaġġ tal-pagi gross tal-ħaddiema tal-
port li jista’ jiġi miġbur mingħand il-prinċipali ta’ ħaddiema tal-
port għall-fini ta’ surcharge amministrattiv għandu jkun sitta fil-
mija.
Tariffi: foremen.
tariffi ta’ drittijiet u r-rati relattivi speċifikati fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Tariffi: minn 
prinċipali ta’ 
ħaddiema tal-port 
lill-Awtorità.
25. Il-prinċipali ta’ ħaddiema tal-port għandhom iħallsu għal
xogħol tal-port lill-Awtorità  skond it-tariffi ta’ drittijiet u rati li
japplikaw speċifikati fit-Tieni Skeda, u skond l-imposta speċifikata
fit-Tmien Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Tariffi tal-
ħaddiema tal-port.
26. L-Awtorità  għandha, meta tirċievi l-ħlas għal kontijiet
mingħand il-prinċipali tal-ħaddiema tal-port, tiddepożita f’kont tal-
pagi ta’ ħaddiema tal-port kull ammont ta’ flus dovut lil ħaddiema
tal-port skond it-tariffi ta’ drittijiet u notamenti relattivi speċifikati
fit-Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Metodi kif jiġu 
kalkolati t-tariffi.
27. Id-drittijiet speċifikati fit-tariffi tad-drittijiet li hemm fit-
Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti għandhom jiġu
kalkolati skond il-metodi speċifikati fir-Raba’ Skeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti.
Metodu ta’ ħlas lil 
haddiema tal-port.
28. Il-metodu ta’ ħlas lil ħaddiema tal-port għandu jkun skond
id-disposizzjonijiet tal-Ħames Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
Ħinijiet regolari ta’ 
xogħol u btajjel 
pubbliċi.
29. Il-ħinijiet ta’ xogħol, leave u btajjel pubbliċi għandhom,
relattivament għall-ħaddiema tal-port, ikunu skond id-
disposizzjonijiet tas-Sitt Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
10 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Ordni għal xogħol 
- tħassir ta’ 
ordnijiet.
30. L-organizzazzjoni, id-dmirijiet, l-ordni għal xogħol u l-
provvista tiegħu u t-tħassir jew it-tibdil ta’ dawk l-ordnijiet
għandhom relattivament għal ħaddiema tal-port, ikunu skond id-
disposizzjonijiet tas-Seba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti.
Fond tal-Pensjoni u 
tal-Kontinġenzi.
31. Għandu jitwaqqaf fond li jkun magħruf bħala l-Fond tal-
Pensjoni u tal-Kontinġenzi, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ
"il-Fond".
Kumitat tal-Fond. 32. Il-Fond ikun immexxi minn Kumitat nominat mill-
Ministru. Il-Kumitat ikun magħmul minn -
(a) uffiċjal fis-servizz pubbliku, li jkun Chairman;
(b) rappreżentant ta’ l-Awtorità ;
(ċ) żewġ rappreżentanti ta’ prinċipali ta’ ħaddiema tal-
port nominati mill-organizzazzjonijiet rappreżentati
fuq in-naħa tal-prinċipali tal-Port Labour Joint
Council;
(d) rappreżentant tal-kuntrattur;
(e) żewġ rappreżentanti tal-ħaddiema tal-port nominati
mit-trade union tagħhom;
(f) żewġ persuni nominati mill-Ministru;
(g) segretarju, li ma jkollux vot.
Tmexxija tal-Fond.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
33. (1) Il-Kumitat ikun responsabbli lejn il-Ministru għat-
tmexxija tajba u b’mod xieraq tal-Fond.
(2) Il-Kumitat ma għandu jagħmel ebda spiża li tkun ta’ aktar
minn ħames mitt lira fis-sena mingħajr l-awtorità  minn qabel tal-
Ministru, iżda dan ir-regolament ma jillimitax il-ħlasijiet ta’
benefiċċji li jsiru lil ħaddiema tal-port jew lil persuni li jkunu
servew bħala ħaddiema tal-port, jew lir-romol nisa jew irġiel
tagħhom u lill-werrieta tagħhom hekk kif stabbilit f’dawn ir-
regolamenti.
(3) Barra minn dan il-Kumitat għandu jagħmel dawk il-
ħlasijiet mill-Fond li jistgħu minn żmien għal żmien ikunu
awtorizzati mill-Ministru.
(4) Ħlasijiet mill-Fond isiru mill-Awtorità , li għandha -
(a) iżżomm kotba tal-kontijiet xierqa approvati mill-
Kumitat; u
(b) tibgħat lill-Kumitat prospetti ta’ kontijiet kull xahar
f’dil il-forma li l-Kumitat jidhirlu xierqa.
(5) Kull tliet xhur il-Kumitat għandu jibgħat lill-Ministru
prospett tal-kontijiet li juri l-qagħda tal-Fond.
Rapporti u tagħrif 
ta’ kull sena.
34. (1) Il-Kumitat għandu jibgħat lill-Ministru mhux aktar
tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, rapport dwar it-transazzjoni-
jiet li jkunu saru u l-benefiċċji li jkunu tħallsu matul is-sena li
tispiċċa fil-31 ta’ Marzu ta’ dik l-istess sena.
(2) Ir-rapport imsemmi fis-subregolament (1) għandu jinkludi
r-rapporti kollha magħmula mill-uditur tal-Kumitat matul is-sena li
dwarha r-rapport ikun sar.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 11
(3) Dak l-uditur għandu jiġi nominat mill-Kumitat u maħtur
mill-Ministru.
Investiment ta’ 
flejjes imqegħda 
fil-Fond.
35. Il-Kumitat jista’ bl-approvazzjoni tal-Ministru jinvesti
flejjes li jkunu tqegħdu fil-Fond.
Verifika.
darba kull tliet xhur mill-uditur nominat u maħtur skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 25(3).
(2) Il-Kumitat għandu jħalli disponibbli għall-uditur dawk il-
kotba tal-kontijiet u dawk id-dokumenti l-oħra, u għandu jagħti dak
it-tagħrif li hu jista’ jeħtieġ biex jagħmel eżamijiet xierqa.
(3) L-uditur għandu, kull tliet xhur, jagħmel rapporti fuq l-
eżamijiet li jkun għamel u għandu jibgħat dawk ir-rapporti lill-
Ministru u lill-Kumitat.
Il-Kumitat 
jirregola l-
proċedura.
37. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti l-
Kumitat jista’ jirregola l-proċeduri tiegħu stess.
Finanzi għall-
Fond.
38. L-Awtorità  għandha tqiegħed fil-Fond - 
(a) id-differenza bejn id-drittijiet li jitħallsu minn
prinċipali ta’ ħaddiema tal-port u l-paga mħallsa lill-
ħaddiema tal-port;
(b) l-imposta speċifikata fit-Tmien Skeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti;
(ċ) kull flejjes li jistgħu jiġu mgħoddija lilha mid-Direttur
sabiex tqegħdhom fil-Fond.
Pensjoni.
mhux aktar tard mill-4 ta’ Jannar, 1980, laħqu l-età  ta’ irtir, u li
kellhom ir-reġistrazzjoni tagħhom imħassra mid-Direttur,
għandhom jibqgħu jirċievu pensjoni jew gratifikazzjoni taħt il-
kondizzjonijiet u bir-rati speċifikati fir-regolament 42 u fid-Disa’
Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Kap. 318.
(2) Ħaddiema tal-port li fil-5 ta’ Jannar, 1980 jew wara jkunu
laħqu l-età  ta’ irtir għandu jkollhom ir-reġistrazzjoni tagħhom
imħassra mid-Direttur iżda jżommu d-drittijiet tagħhom ta’
pensjoni skond l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
Pensjoni lil romol 
nisa u rġiel u lill-
werrieta.
Sostitwit:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
40. Il-bilanċ ta’ pensjoni dovuta lil ħaddiem tal-port, raġel jew
mara, li jmut qabel ma jkunu għaddew ħames snin mid-data tat-
tħassir tar-reġistrazzjoni tiegħu jew tagħha meta jispiċċa wara li
jgħaddi Bord u qabel ma jilħaq l-età  ta’ rtir, skond id-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti, għandu jitħallas lir-romol
nisa jew irġiel, u lill-werrieta ta’ dak il-ħaddiem tal-port:
Iżda l-pensjoni mħallsa lil ħaddiem tal-port, raġel jew
mara, qabel il-mewt tiegħu jew tagħha, u l-bilanċ li jitħallas lill-
armla tiegħu jew lill-armel tagħha, u lill-werrieta tiegħu jew tagħha
ma għandhomx fit-total jeċċedu l-ammont li kieku kien jiġi mħallas
lil dak il-ħaddiem tal-port matul perjodu massimu ta’ ħames snin
mid-data meta jispiċċa wara li jgħaddi Bord.
12 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Irtir għal raġunijiet 
mediċi.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
41. (1) Ħaddiem tal-port li, meta dan ikollu ħamsa u erbgħin
sena jew fuqhom fl-aħħar għeluq sninu, ir-reġistrazzjoni tiegħu tiġi
mħassra meta jiġi ċċertifikat li medikament ma jkunx tajjeb għal
xogħol tal-port minn bord mediku maħtur mill-Ministru għandu,
jekk ikollu iben eliġibbli biex jissostitwih skond dawn ir-
Regolamenti, jirċievi pensjoni kif ġej:
(a) matul dak iż-żmien li dak ibnu ma jkunx reġistrat fir-
Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port - pensjoni sħiħa;
(b) mid-data li fiha dak l-iben jiġi reġistrat fir-Reġistru
tal-Ħaddiema tal-Port sa meta l-ħaddiem tal-port jilħaq
l-età  ta’ irtir - dik il-parti tal-pensjoni sħiħa li l-
Ministru jista’, fuq il-parir tal-Kumitat, minn żmien
għal żmien jistabbilixxi; u
(ċ) meta jilħaq l-età  ta’ irtir - pensjoni sħiħa.
(2) Ħaddiem tal-port, raġel jew mara, li meta jkollu ħamsa u
erbgħin sena jew fuqhom fl-aħħar għeluq sninu jkollu r-
reġistrazzjoni tiegħu mħassra meta jiġi ċċertifikat li jkun
medikament mhux tajjeb għax-xogħol minn bord mediku maħtur
mill-Ministru għandu, jekk ma jkollu ebda iben jew bint jew ħu jew
oħt biex jissostitwuh skond dawn ir-regolamenti, jirċievi pensjoni
kif ġej:
(a) sa meta jilħaq l-età  ta’ irtir - dik il-parti tal-pensjoni
sħiħa li l-Ministru jista’, fuq il-parir tal-Kumitat, minn
żmien għal żmien jistabbilixxi; u
(b) meta jilħaq l-età  ta’ irtir - pensjoni sħiħa.
Kap. 318.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1)(ċ) u tas-sub-
regolament (2)(b) ma għandhomx japplikaw għal ħaddiema tal-port
li wara t-22 ta’ Jannar, 1979 ikollhom il-liċenza tagħhom imħassra
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament, jekk jilħqu l-età
ta’ irtir fil-5 ta’ Jannar, 1980 jew wara, bla ħsara għad-drittijiet
tagħhom ta’ pensjoni skond  l-Att dwar is-Sigurtà  Soċjali.
(4) Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subregolament (3)
persuna, raġel jew mara, li tiġi reġistrata bħala ħaddiem tal-port
wara t-30 ta’ Mejju, 1978 ma għandhiex tkun eliġibbli biex tirċievi
pensjoni, kif speċifikat fis-subregolamenti (1) u (2), jekk ma tkunx
tissodisfa il-ħtiġiet imniżżla fir-regolament 42.
Servizz biex 
wieħed 
jikkwalifika għall-
pensjoni.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
42. (1) Persuna li tiġi reġistrata bħala haddiem tal-port wara t-
30 ta’ Mejju, 1978 għandha tikkwalifika għal pensjoni meta tkun
għamlet għaxar snin ta’ servizz kontinwu bħala ħaddiem tal-port
reġistrat.
(2) Minkejja d-disposizzjoni tas-subregolament (1), iben jew
bint jew ħu jew oħt ta’ ħaddiem tal-port li jkollu l-liċenza mħassra
fuq talba tiegħu stess skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 17
għandu, meta jiġi reġistrat fir-Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port,
jikkwalifika għal pensjoni meta jkun għamel ħmistax-il sena ta’
servizz kontinwu bħala ħaddiem tal-port reġistrat.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 13
Gratifikazzjoni ta’ 
meta wieħed jirtira.
Sostitwit:
A.L. 187 ta’ l-
1998.
Emendat:
A.L. 215 ta’ l-
1998.
Sostitwit:
A.L. 70 ta’ l-2003.
43. (1) Ħaddiem tal-port li jkun ħaddiem tal-port reġistrat fid-
data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, jew f’xi data wara,
għandu jircievi gratwità  għar-rigward ta’ kull sena servizz, jew
parti minnha, li għandha tiġi kalkolata mill-4 ta’ April 1973.
(2) Il-Ministru, wara li jikkonsulta lill-Kumitat, jista’ għall-fini
ta’ dan ir-regolament, jawtorizza li ammonti tal-bidu u ta’ kull sena
jiġu investiti għand kumpannija ta’ l-assigurazzjoni li jkollha
riputazzjoni tajba bil-għan li jingħataw dawk il-gratwitajiet lill-
ħaddiema tal-port.
(3) Il-ħlas ta’ dik il-gratwità  għandu jsir mill-Kumitat f’xi
waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(i) lil ħaddiem tal-port li jilħaq l-età  tal-pensjoni, jew
(ii) lil ħaddiem tal-port li jkollu r-reġistrazzjoni tiegħu
imħassra mid-Direttur, jew
(iii) lill-werrieta ta’ ħaddiem tal-port li jmut filwaqt li
huwa jkun hekk reġistrat.
Polza ta’ 
assigurazzjoni.
Emendat:
A.L. 79 ta’ l-1997.
44. (1) Il-ħaddiema tal-port għandhom jiġu provduti b’polza
ta’ assigurazzjoni kontra disgrazzji u mard personali fuq bażi ta’
erba’ u għoxrin siegħa, li tkun tipprovdi lilhom u lid-dipendenti
tagħhom benefiċċji li jkopru mewt aċċidentali, inkapaċità
permanenti u inkapaċità  totali temporanja minħabba f’disgrazzja u/
jew mard.
(2) Il-kumpens kontemplat f’dik il-polza ta’ assigurazzjoni
għandu bħala minimu jinkludi:
(a) f’każ ta’ mewt aċċidentali: Lm10,000 per capita;
(b) f’każ ta’ inkapaċità  permanenti: sa Lm10,000 per
capita; u
(ċ) f’każ ta’ inkapaċità  totali temporanja bħala
konsegwenza ta’ disgrazzja u/jew mard: Lm112 fil-
ġimgħa għal perijodu ta’ sitt ġimgħat.
(3) Il-premium għall-polza ta’ assigurazzjoni msemmija fis-
subregolament (1) għandu jitħallas mill-Fond.
Setgħa tal-Kumitat 
li jinvestiga talbiet.
45. Fl-eżami ta’ kull talba magħmula minn persuna skond
dawn ir-Regolamenti, il-Kumitat jista’ jagħmel kull investigazzjoni
u jista’ jitlob il-produzzjoni ta’ kull xiehda, magħduda xiehda
dokumentarja, li huwa jista’ jqis li tkun meħtieġa.
Ġbir lura ta’ 
gratifikazzjoni 
dwar korriment li 
jiġġarrab b’egħmil 
bir-rieda jew bi 
traskuraġni.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
Kap. 16.
46. (1) Il-Kumitat ikollu l-jedd li jitlob b’azzjoni ċivili l-
ammont ta’ kull gratifikazzjoni mħallsa jew li jkollha titħallas
skond dawn ir-regolamenti -
(a) mingħand kull persuna, barra mill-ħaddiem tal-port li
jkollu jedd għal dik il-gratifikazzjoni, meta korriment
li dwaru titħallas il-gratifikazzjoni jkun iġġarrab
b’egħmil bir-rieda jew bi traskuraġni ta’ dik il-persuna
jew ta’ xi persuna oħra li għaliha, skond id-
disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili, il-persuna l-ewwel
imsemmija tkun responsabbli;
14 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Kap. 16.
Kap. 424.
(b) bla ħsara għall-ġeneralità  tal-paragrafu (a), meta l-
korriment ikun iġġarrab minħabba f’li l-persuna
nnifisha, raġel jew mara, jew xi persuna oħra li dak il-
prinċipal ikun responsabbli għaliha taħt il-Kodiċi
Ċivili, tonqos milli tħares xi obbligu stabbilit bl-Att
dwar l-Awtorità  għas-Saħħa u s-Sigurtà  fuq il-Post tax-
Xogħol, jew regolamenti magħmula bis-saħħa tiegħu.
Kap. 16.
(2) Ebda ħaġa f’dan ir-regolament ma għandha tippreġudika xi
jedd biex jintalab u jinġabar kumpens jew danni li l-persuna li tkun
ġarrbet il-korriment, jew dawk li jkollhom dritt minħabba fih jew
fiha, jista’ jkollhom taħt id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili
kontra l-persuna li minħabba fl-għemil bir-rieda jew bi traskuraġni
tagħha jkun iġġarrab il-korriment; imma fl-istima ta’ l-ammont ta’
dak il-kumpens jew danni, il-Qorti għandha tqis il-gratifikazzjoni li
tinġabar lura jew li tista’ tinġabar lura mill-Kumitat kif hemm
provdut fis-subregolament (1).
(3) Kull ammont miġbur lura mill-Kumitat skond dan ir-
regolament għandu jitqiegħed bi kreditu tal-Fond.
Żieda fil-pagi tal-
ħaddiema tal-port.
Emendat:
A.L. 318 ta’ l-
2002.
47. (1) Il-Ministru jista’ jawtorizza l-ħlas mill-Fond ta’ żieda
għall-għoli tal-ħajja jew bonus jew ta’ kull żieda oħra fil-pagi tal-
ħaddiema tal-port flimkien ma’ perċentaġġ fuqha bħala dritt
amministrattiv mill-Awtorità  b’dawk ir-rati u taħt dawk il-
kondizzjonijiet li huwa jista’ minn żmien għal żmien jippreskrivi.
Għall-finijiet ta’ dan is-subregolament għandu japplika l-
perċentaġġ stabbilit fir-regolament 23.
(2) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (1) għandhom
jitqiesu li bdew iseħħu fl-4 ta’ April, 1973.
(3) Sabiex jikkwalifika biex jirċievi xi ħlas awtorizzat taħt is-
subregolament (1) dwar xi ġurnata waħda partikolari, ħaddiem tal-
port, raġel jew mara, jista’ jiġi mitlub iġib prova għas-sodisfazzjon
ta’ l-Awtorità  li kien disponibbli għax-xogħol f’dik il-ġurnata.
Qligħ garantit. 48. (1) Il-qligħ tal-ħaddiema tal-port għandu jkun garantit fil-
livell tal-qligħ medju miksub matul il-perijodu ta’ ħames snin li
jagħlqu fil-31 ta’ Diċembru tas-sena minnufih qabel is-sena li
dwarha tapplika din il-garanzija.
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-qligħ tal-ħaddiema
tal-port għandu jitqies li jkun il-qligħ globali tal-ħaddiema tal-port
waqt li jittieħed kont tan-numru ta’ ħaddiema tal-port kif fil-31 ta’
Diċembru ta’ kull sena.
(3) Il-ħlasijiet biex dan il-qligħ jinġieb għal-livell garantit
għandhom isiru mill-Fond.
(4) Għandu jiġi pubblikat fil-Gazzetta, dwar kull sena
kalendarja li tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru, il-qligħ globali tal-
ħaddiema tal-port, waqt li jittieħed kont tan-numru ta’ ħaddiema
tal-port kif fil-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 15
Drittijiet li jitħallsu lil Foremen
Tariffa A
Merkanzija miġbura f’Unità  Waħda
Ship foremen u shore foremen li jkunu mqabbdin fis-sorveljanza tal-maniġġ ta’
tagħbijiet f’unità  waħda jew merkanzija miġbura f’unità  waħda jitħallsu d-drittijiet
li ġejjin:
L-EWWEL SKEDA Sostitwita:A.L. 141 ta’ l- 1994.
Emendata:
A.L. 318 ta’ l-2002.
(Regolament 24)
Partita Deskrizzjoni Dritt
1.0 Lil ship foremen imqabbdin fis-sorveljanza ta’:
1.1 ħatt ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda, għal kull
tunnellata ............................................................... 2ċ7
1.2 tagħbija ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda, għal
kull tunnellata - 
1.2.1 oġġetti fabbrikati lokalment, għal kull tunnellata ..... 2ċ3
1.2.2 merkanzija oħra, għal kull tunnellata ......................... 2ċ7
1.3 tagħbija jew ħatt ta’ merkanzija ta’ trasbord -
1.3.1 vetturi bil-mutur, li jimxu, sfużi, għal kull waħda .... 1ċ3
1.3.2 merkanzija oħra f’tagħbijiet f’unità  waħda, għal kull
tunnellata ............................................................... 2ċ5
2.0 Lil shore foremen imqabbdin:
2.1 fil-ħatt ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda, għal
kull tunnellata ............................................................... 6ċ8
2.2 fit-tagħbija ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda -
2.2.1 oġġetti fabbrikati lokalment, għal kull tunnellata ..... 4ċ0
2.2.2 merkanzija oħra, għal kull tunnellata ......................... 5ċ2
2.3 ħatt jew tagħbija ta’ merkanzija ta’ trasbord -
2.3.1 vetturi bil-mutur, sfużi, li jimxu, għal kull waħda .... 1ċ3
2.3.2 merkanzija oħra f’tagħbijiet f’unità  waħda, għal kull
tunnellata ............................................................... 4ċ4
3.0 Nota: Id-drittijiet li jitħallsu lil shore foremen
jinkludu d-dritt għall-provdiment ta’ kanvaż fuq il-
braken u l-mollijiet sakemm issir il-konsenja skond l-
Att dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta, paljol u
għodod.
16 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Tariffa B
Merkanzija Ġenerali
Ship foremen u shore foremen imqabbdin fis-sorveljanza tal-maniġġ ta’
merkanzija, barra minn merkanzija f’tagħbijiet f’unità  waħda, jitħallsu d-drittijiet li
ġejjin:
Partita Deskrizzjoni Dritt
1.0 Lil ship foremen:
1.1 imqabbdin fil-maniġġ ta’ faħam tal-ħaġra u faħam tal-
kokk sfuż, għal kull tunnellata .............................. 3ċ7
1.2 imqabbdin fil-maniġġ ta’ merkanzija sfuża barra minn
faħam tal-ħaġra u faħam tal-kokk u barra minn
merkanzija sfuża maniġġata fis-silo tal-Gvern, għal
kull tunnellata ............................................................... 3ċ0
1.3 imqabbdin fil-maniġġ ta’ merkanzija ġenerali, għal
kull tunnellata ............................................................... 3ċ3
1.4 imqabbdin fil-maniġġ ta’ merkanzija sfuża fis-silo tal-
Gvern, għal kull tunnellata .................................... 2ċ0
2.0 Lil shore foremen:
2.1 imqabbdin fil-maniġġ ta’ faħam tal-ħaġra u faħam tal-
kokk sfuż, għal kull tunnellata .............................. 3ċ7
2.2 imqabbdin fil-maniġġ ta’ merkanzija sfuża barra minn
faħam tal-ħaġra u faħam tal-kokk, għal kull tunnellata
....................................................................... 3ċ0
2.3 imqabbdin fil-maniġġ ta’ merkanzija ġenerali (inkluż
id-dritt għall-provdiment ta’ kanvaż fuq il-braken u
fuq il-mollijiet sakemm issir il-konsenja skond l-Att
dwar l-Awtorità  Marittima ta’ Malta, paljol u għodod)
għal kull tunnellata ........................ 6ċ8
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 17
Drittijiet li għandhom jitħallsu minn Prinċipali ta’ Ħaddiema tal-Port
1. Relattivament għax-xogħol deskritt fil-Kolonna 1 tat-tabella li ġejja
għandhom jitħallsu lill-Awtorità  id-drittijiet li jidhru fil-Kolonni 2 u 3 mill-persuni
speċifikati fl-intestatura ta’ kull waħda miż-żewġ kolonni dwar ħaddiema tal-port
imqabbdin fuq xogħol tal-port.
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 141 ta’ l- 1994.
(Regolament 25)
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3
Deskrizzjoni tax-Xogħol Jitħallas mis-
sid, kaptan jew 
aġent tal-
bastiment
Jitħallas minn 
persuni oħra li 
għalihom isir 
ix-xogħol fuq l-
art
SEZZJONI A
(a) Tagħbija ta’ merkanzija miġbura f’unità
waħda:
(i) oġġetti manifatturati lokalment .............. 30ċ kull 
tunnellata 
metrika
25ċ kull 
tunnellata 
metrika
(ii) kull merkanzija oħra .............................. 30ċ kull 
tunnellata 
metrika
50ċ kull 
tunnellata 
metrika
(b) Ħatt ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda
................................................................ 30ċ kull 
tunnellata 
metrika
50ċ kull 
tunnellata 
metrika
SEZZJONI B
Trasbord ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda:
 (a)  Tagħbija jew ħatt ta’ vetturi bil-mutur,
sfużi, mobbli -
(i)  karrozzi bil-mutur ................................. Lm2.50 kull 
unità  għal 
kull 
operazzjoni
-
(ii)  vannijiet ................................................ Lm3.75 kull 
unità  għal 
kull 
operazzjoni
-
(iii)  trakkijiet u chassis ................................. Lm7.50 kull 
unità  għal 
kull 
operazzjoni
-
18 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
 Iżda meta n-numru ta’ unitajiet li jinħattu minn
u/jew jitgħabbew, fuq l-istess bastiment
f’operazzjoni waħda jeċċedi 500, il-ħlasijiet dwar
unitajiet f’eċċess ta’ 500 għandhom ikunu bir-rata
ta’ 50 fil-mija ta’ dawk speċifikati f’din il-partita.
 (b) Tagħbija jew ħatt ta’ merkanzija oħra
miġbura f’unità  waħda ....................................... 50ċ kull 
tunnellata 
metrika
-
SEZZJONI Ċ
(1) Ċaqliq ta’ merkanzija miġbura f’unità
waħda:
(a) vetturi bil-mutur, sfużi, mobbli, li jiġu
mċaqalqa waqt it-tagħbija jew il-ħatt ta’
merkanzija tat-trasbord li tkun f’tagħbijiet f’unità
waħda:
(i)  karrozzi bil-mutur ................................. 75ċ kull unità  
għal kull 
operazzjoni
-
(ii) vannijiet ................................................ 100ċ kull 
unità  għal 
kull 
operazzjoni
-
(iii)  trakkijiet u chassis ................................. 125ċ kull 
unità  għal 
kull 
operazzjoni
-
 (b)  Merkanzija oħra f’tagħbijiet f’unità
waħda, inklużi vetturi bil-mutur, sfużi, mobbli, li
ma jkunux ġew imċaqalqa waqt l-operazzjonijiet
ta’ trasbord kif speċifikat fil-partita (1)(a) ta’ din
is-Sezzjoni ......................... 30ċ kull 
tunnellata 
metrika għal 
kull 
operazzjoni
-
(2) Tagħbija jew ħatt ta’ containers vojta .... 535ċ kull 
unità
-
(3) Tagħbija jew ħatt ta’ karrelli vojta ......... 50ċ kull unità -
(4) Tagħbija jew ħatt ta’ containers vojta fuq
karrelli ........................................................
570ċ kull 
unità
-
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3
Deskrizzjoni tax-Xogħol Jitħallas mis-
sid, kaptan jew 
aġent tal-
bastiment
Jitħallas minn 
persuni oħra li 
għalihom isir 
ix-xogħol fuq l-
art
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 19
(5) Vetturi għat-trasport fit-toroq jew bowsers
(barra minn tagħmir ta’ bastiment użat biex
jirmonka, jimbotta, jġorr jew iċaqlaq merkanzija
miġbura f’unità  waħda), rolled off jew rolled on
fuq bastiment RORO biex jgħabbu jew iħottu
merkanzija, skond il-każ .................... 250ċ kull 
unità  barra 
mid-drittijiet 
fuq il-
merkanzija li 
tinġarr
-
(6)  Containers li jintwew, jitgħabbew jew
jinħattu mdaħħlin ġo xulxin ............................... 55ċ kull 
tunnellata 
metrika ta’ 
1000 
kilogramm
-
2.  Sabiex jiġu kalkolati d-drittijiet speċifikati fit-Tariffa f’din it-Taqsima ta’
din l-Iskeda, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet tar-Raba’ Skeda.
3. It-tunnellaġġ ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda li fuqu għandhom jiġu
kalkolati d-drittijiet għandu jkun t-tunnellaġġ attwali tal-merkanzija mgħobbija jew
maħtuta jew mressqa minn naħa għal oħra, barra minn tagħmir użat biex jifforma
tagħbijiet f’unità  waħda jew biex jiġbed, jimbotta, iġorr, jew xort’oħra jmexxi dik il-
merkanzija:
Iżda fil-każ ta’ karrelli u containers, id-drittijiet għandhom jiġu kalkolati
skond it-tunellaġġ stabbilit li ġej:
Containers 20 pied  23 tunnellata
Containers 40 pied  45 tunnellata
Karrelli 20 pied  25 tunnellata
Karrelli 40 pied  45 tunnellata
Karrelli/Supercube 40/43 pied  58 tunnellata
Containers refriġerati li jkun fihom laħam tal-friża, ħut tal-friża u by-products
iffriżati tagħhom: 
Containers/Karrelli 20 pied  18 tunnellata
Containers/Karrelli 40 pied  26 tunnellata
4.  Meta l-piż u l-miżuri attwali tal-merkanzija dwar kull polza ta’ kargu
relattiva għal merkanzija miġbura f’unità  waħda ma jiġux reġistrati fil-manifesti tal-
bastiment, jew fil-polzi ta’ kargu, id-drittijiet speċifikati fit-tariffa ta’ din l-Iskeda
għandhom, b’dak kollu li jinsab fid-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ hawn fuq
jiġu kalkolati fuq il-bażi tal-qies kollu bla ħsara għad-disposizzjonijiet tal-paragrafu
3 ta’ hawn fuq.
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3
Deskrizzjoni tax-Xogħol Jitħallas mis-
sid, kaptan jew 
aġent tal-
bastiment
Jitħallas minn 
persuni oħra li 
għalihom isir 
ix-xogħol fuq l-
art
20 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Emendata:IT-TIELET SKEDA
A.L. 141 ta’ l- 1994.(Regolament 26)
Tariffa tad-Drittijiet li jitħallsu lill-Ħaddiema tal-Port
TAQSIMA I 
Merkanzija Ġenerali
Il-Ħaddiema tal-Port imħaddma biex jimmaniġġaw il-merkanzija speċifikata fil-
Kolonna 1 ta’ din it-Tariffa għandhom jitħallsu d-drittijiet murija fil-Kolonna 4,
liema drittijiet ikunu l-ammont totali tad-drittijiet indikati fil-Kolonna 2 u fil-
Kolonna 3 tagħha.
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3 Kolonna 4
Xorta ta’ merkanzija Għall-maniġġ 
mill-istiva/
gverta għall-
murata tal-
bastiment jew 
viċe versa
Għall-maniġġ 
mill-murata 
tal-bastiment 
għall-moll jew 
tinda jew viċe 
versa
Total li 
jitħallas dwar 
l-operazzjoni 
kollha
a.  Siment -
fi xkejjer kbar jew fuq paletti
kull tunnellata ..................... 68ċ* 48ċ* 116ċ*
Siment -
fi xkejjer ta’ 50 kg
kull tunnellata ..................... 116ċ* 96ċ* 212ċ*
b.  Soder, kubrit u faħam - fi xkejjer
kull tunnellata ..................... 68ċ* 52ċ* 120ċ*
ċ.  Basal, ħarrub, ħafur, smida,
żerriegħa tal-qoton, ikel ippressat, xgħir,
nuħħala, coke u malt - fi xkejjer
kull tunnellata ..................... 83ċ* 66ċ* 149ċ*
d.  Patata
kull tunnellata ..................... 60ċ* 53ċ* 113ċ*
e.  Travi tal-ħadid, travi ta’ l-injam,
puntali, linji, vireg tal-metall, inklużi angle
iron u folji, ingotti
kull tunnellata ..................... 56ċ* 58ċ* 114ċ*
f. Merkanzija refriġerata:
Frott fil-kaxxi jew kartun
kull tunnellata ..................... 100ċ* 60ċ* 160ċ*
Merkanzija oħra, kull tunnellata .. 82ċ 60ċ* 142ċ*
g.  Frott fil-kaxxi jew kartun (mhux
refriġerat)
kull tunnellata ..................... 60ċ* 46ċ* 106ċ*
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 21
Nota: 
(a)  Fejn murija b’asterisk, iċ-ċifri tat-tariffa għandhom ikunu suġġetti għal ħlas
addizzjonali fuq kollox ta’ 5 fil-mija li għandu jitħallas lill-ħaddiema tal-port
attwalment imqabbdin fuq operazzjoni partikolari.
(b)  Id-drittijiet murija hawn fuq jinkludu r-rimunerazzjoni kollha dovuta għall-
ġarr ta’ merkanzija meħtieġ għall-qadi ta’ l-operazzjoni kollha.
h.  Skart tal-metall (li ma jkunx
aluminju) - sfuż
kull tunnellata ..................... 68ċ* 71ċ* 139ċ*
i.  Skart ta’ l-aluminju - sfuż
kull tunnellata ..................... 117ċ* 130ċ* 247ċ*
j.  Petrol tal-muturi u ta’ l-avjazzjoni
f’laned jew f’tankijiet, u esplożivi, inklużi
munizzjon u pirotekniċi
kull tunnellata ..................... 46ċ* 45ċ* 91ċ*
k.  Siġġijiet, sfużi jew f’kollijiet - kull
wieħed 2ċ 2ċ 4ċ
  Willows, qasab u oġġetti simili,
f’kollijiet
kull koll .............................. 2ċ 2ċ 4ċ
Tankijiet vojta li jesgħu 40 gallun u
fuqhom
kull wieħed ......................... 2ċ 2ċ 4ċ
l. Btieti vojta ta’ l-inbid u tal-birra
kull waħda .......................... 13ċ 15ċ 28ċ
m.  Karrozzi akkompanjati (ħlief
karrozzi misjuqa għal fuq vapur tal-karrozzi
jew minn fuqu)
kull waħda .......................... 152ċ 179ċ 331ċ
n. Coaches tat-turisti (ħlief coaches
misjuqa għal fuq vapur tal-karrozzi jew
minn fuqu)
kull waħda .......................... 250ċ 179ċ 331ċ
o.  Kull merkanzija oħra barra minn
merkanzija sfuża
kull tunnellata ..................... 46ċ* 46ċ* 92ċ*
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3 Kolonna 4
Xorta ta’ merkanzija Għall-maniġġ 
mill-istiva/
gverta għall-
murata tal-
bastiment jew 
viċe versa
Għall-maniġġ 
mill-murata 
tal-bastiment 
għall-moll jew 
tinda jew viċe 
versa
Total li 
jitħallas dwar 
l-operazzjoni 
kollha
22 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
TAQSIMA II
Merkanzija Miġbura f’Unità  Waħda
Ħaddiema tal-port li jiġu allokati biex jimmaniġġaw merkanzija f’tagħbijiet
f’unità  waħda għandhom jitħallsu d-drittijiet murija fil-Kolonna 2 ta’ din it-Tariffa
dwar ix-xogħol speċifikat fil-Kolonna 1 tagħha:
Kolonna 1 Kolonna 2
Xorta ta’ Xogħol Rata
(a) Ħatt jew tagħbija ta’ merkanzija ta’ trasbord
f’tagħbijiet f’unità  waħda:
(i)  vetturi bil-mutur, sfużi, mobbli -
(a) karrozzi bil-mutur ............................. Lm2.50 kull unità  għal kull 
operazzjoni
(b)  vannijiet ........................................... Lm3.75 kull unità  għal kull 
operazzjoni
(ċ)  trakkijiet u chassis ............................ Lm7.50 kull unità  għal kull 
operazzjoni
Iżda meta n-numru ta’ unitajiet li jinħattu minn u/jew
jitgħabbew fuq l-istess bastiment f’operazzjoni
waħda jeċċedi ħames mija, il-ħlasijiet dwar unitajiet
f’eċċess ta’ 500 għandhom jitnaqqsu b’50 fil-mija;
(ii) kull merkanzija oħra .................................. 50ċ kull tunnellata metrika
(b)  Ħatt jew tagħbija ta’ merkanzija miġbura
f’unità  waħda, li ma tkunx dik imsemmija fil-
paragrafu (a) ta’ din it-Taqsima ............................. 55ċ kull tunnellata metrika
(ċ) Ċaqlieq ta’ merkanzija miġbura f’unità
waħda -
(1) Vetturi bil-mutur, sfużi, mobbli, li jiġu
mċaqalqa waqt it-tagħbija jew il-ħatt ta’ merkanzija
tat-trasbord f’tagħbijiet f’unità  waħda:
(a) karrozzi bil-mutur ............................. 75ċ kull unità  għal kull 
operazzjoni
(b)  vannijiet ........................................... 100ċ kull unità  għal kull 
operazzjoni
(ċ)  trakkijiet u chassis ............................ 125ċ kull unità  għal kull 
operazzjoni
(2)  Merkanzija oħra f’tagħbijiet f’unità
waħda, inklużi vetturi bil-mutur, sfużi, mobbli, li ma
jkunux ġew imċaqalqa waqt l-operazzjonijiet ta’
trasbord kif speċifikat fis-subparagrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu ..................................................... 25ċ kull tunnellata għal kull 
operazzjoni
(d) Tagħbija jew ħatt ta’ containers vojta ........ 535ċ kull unità
(e)  Tagħbija jew ħatt ta’ karrelli vojta ............. 50ċ kull unità
(f)  Tagħbija jew ħatt ta’ containers vojta fuq
karrelli .................................................................. 570ċ kull unità
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 23
TAQSIMA III
Merkanzija Sfuża
Il-Ħaddiema tal-Port imqabbdin biex jimmaniġġaw il-merkanzija speċifikata fil-
Kolonna 1 ta’ din it-Tariffa għandhom jitħallsu d-drittijiet murija fil-Kolonna 4,
liema drittijiet ikunu l-ammont totali (fejn applikabbli) tad-drittijiet indikati fil-
Kolonna 2 u fil-Kolonna 3 tagħha:
(g) Vetturi għat-trasport fit-toroq u bowsers
(barra minn tagħmir ta’ bastiment użat biex
jirmonka, jimbotta, jġorr jew iċaqlaq merkanzija
miġbura f’unità  waħda) rolled on jew rolled off
bastiment RORO biex titgħabba jew tinħatt
merkanzija ............................................................ 250ċ kull unità  barra mid-
drittijiet dwar il-merkanzija 
li tinġarr
(h) Containers li jintwew jew jiżżarmaw li
jitgħabbew jew jinħattu mdaħħlin ġo xulxin ........... 55ċ kull tunnellata ta’ 1000 
kilogramm.
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3 Kolonna 4
Xorta ta’ Merkanzija Għall-maniġġ 
mill-istiva 
għall-murata 
tal-bastiment 
jew viċe versa
Għall-maniġġ 
mill-murata 
tal-bastiment 
għall-moll jew 
tinda jew viċe 
versa
Total li 
jitħallas dwar 
l-operazzjoni 
kollha
Kull tunnellata Kull tunnellata Kull tunnellata
A. Merkanzija sfuża mgħobbija jew
maħtuta bil-pompa tal-ġbid li titma’ fl-
istiva minn chutes fis-silo tal-Gvern: 
(i)  Qamħ ................................. 16ċ
(ii) Ħafur u xgħir ...................... 22ċ
(iii) Soya beans, ikel ippressat,
smida u ful ............................................... 45ċ
(iv) Merkanzija sfuża oħra ........ 16ċ
B.  Merkanzija sfuża mhux mgħobbija
jew maħtuta bil-pompa tal-ġbid:
a.  Qamħ ................................. 30ċ
b.  Ħarrub, ħafur, żerriegħa tal-
qoton u xgħir ...........................................
55ċ
ċ.  Qmuħ oħra ......................... 31ċ
d.  Melħ, ramel, grit u tlaqqix
ta’ l-irħam ...............................................
124ċ
e.  Alfalfa, grass pellets, soya
bean pellets u sunflower meal .................. 93ċ 85ċ 178ċ
f.  Merkanzija sfuża oħra ........ 33ċ
Kolonna 1 Kolonna 2
Xorta ta’ Xogħol Rata
24 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Ċ. Merkanzija sfuża mmaniġġata bil-
pompa tal-ġbid li titma’ fl-istiva mhux fis-
silo tal-Gvern ........................................... 27ċ
Nota:
1. Id-drittijiet ta’ hawn fuq jinkludu r-rimunerazzjoni kollha dovuta għall-ġarr
ta’ merkanzija meħtieġ għall-qadi tax-xogħol kollu.
2.  It-tqegħid fi xkejjer u l-irbit ta’ qamħ sfuż danneġġjat li ma jkunx jista’
jinħatt bil-pompa tal-ġbid għandu jitħallas bid-dritt doppju ta’ qamħ sfuż mhux
maħtut bil-pompa tal-ġbid; u d-drittijiet normali applikabbli għall-merkanzija fi
xkejjer għandhom jitħallsu għall-ħatt tagħha.
3. Id-dritt għall-ħatt ta’ qamħ sfuż mhux maħtut bil-pompa ta’ ġbid minn
tankijiet fondi jkun 75 fil-mija b’żieda għad-dritt normali speċifikat f’din it-
Taqsima ta’ din it-Tariffa.
4. Il-ħatt ta’ qamħ sfuż bejn pajpijiet mhux maħtut bil-pompa tal-ġbid fit-
tankijiet fondi għandu jitħallas bid-doppju tad-dritt normali muri f’din it-Taqsima
ta’ din it-Tariffa u l-kwantità  ta’ qamħ hekk maħtuta għandha tkun stabbilita bi
ftehim bejn il-kaptan (jew iċ-chief officer) u l-Awtorità .
5. Meta merkanzija sfuża ma tkunx mgħobbija jew maħtuta fis-silo tal-Gvern,
il-ħaddiema tal-port imqabbdin biex jimmaniġġaw mill-mattjatura tal-bastiment
għall-munzell stivat fuq il-moll jew fit-tinda jew viċe versa il-merkanzija sfuża
speċifikata fil-Kolonna l ta’ din in-nota għandhom jitħallsu d-drittijiet murija fil-
Kolonna 2 u fil-Kolonna 3 tagħha: -
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3
Xorta ta’ Merkanzija Imbragar/
żbragar taħt il-
mattjatura tal-
bastiment, fuq 
moll jew fuq 
braken, inkluż 
stivar kif meħtieġ
Maniġġar fuq 
moll
Rata kull 
tunnellata
Rata kull 
tunnellata
(a)  Qamħ ............................................... 8ċ 44ċ
(b)  Ħarrub, ħafur, żerriegħa tal-qoton u
xgħir ..................................................................... 13ċ 76ċ
(ċ)  Qmuħ oħra ....................................... 8ċ 47ċ
(d) Deffun, tlaqqix ta’ l-irħam ................ 12ċ 66ċ
(e) Merkanzija sfuża oħra ...................... 8ċ 49ċ
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3 Kolonna 4
Xorta ta’ Merkanzija Għall-maniġġ 
mill-istiva 
għall-murata 
tal-bastiment 
jew viċe versa
Għall-maniġġ 
mill-murata 
tal-bastiment 
għall-moll jew 
tinda jew viċe 
versa
Total li 
jitħallas dwar 
l-operazzjoni 
kollha
Kull tunnellata Kull tunnellata Kull tunnellata
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 25
Nota:
Id-drittijiet murija ħdejn il-partita (a) ikunu b’żieda għad-drittijiet murija fin-nota
5 ta’ din it-Taqsima ta’ din l-Iskeda, u d-drittijiet murija ħdejn il-partiti (b) u (ċ)
ikunu minflok id-drittijiet murija fil-Kolonna 3 tan-nota 5 ta’ din it-Taqsima ta’ din
l-Iskeda.
7.  Minkejja kull ħaġa li tinsab f’din it-Taqsima ta’ din l-Iskeda, il-ħaddiema
tal-port imqabbdin biex jgħabbu jew iħottu qamħ sfuż jew xi merkanzija sfuża oħra
mis-silo ta’ Kordin għandhom jitħallsu d-dritt ta’ 2ċ5 għal kull tunnellata metrika:
Iżda meta l-qamħ sfuż jew xi merkanzija sfuża oħra jkunu trasferiti mis-silo
ta’ Kordin għal xi silo ieħor jew għal xi maħżen għall-użu jew konsum lokali, dak il-
qamħ sfuż jew dik il-merkanzija sfuża oħra għandhom jitqiesu daqslikieku kienu
maniġġati fis-silo tal-Gvern u għandhom jitħallsu d-drittijiet xierqa speċifikati f’din
it-Taqsima ta’ din l-Iskeda.
8.  Id-dritt ta’ 2ċ5 għal kull tunnellata metrika għandu jitqies li jinkludi r-
rimunerazzjoni kollha għax-xogħol kollu li jista’ jkun meħtieġ għall-operazzjoni
sħiħa ta’ tagħbija jew ħatt.
TAQSIMA IV
Minn Tinda jew Munzell għat-Trasport
Il-ħaddiema tal-port imqabbdin biex jimmaniġġaw, minn tinda jew munzell fuq
moll għall-apert għall-mezz ta’ trasport, il-merkanzija speċifikata fil-Kolonna 1 ta’
din it-Tariffa għandhom jitħallsu d-drittijiet murija fil-Kolonna 2 jew fil-Kolonna 3
tagħha skond it-tip ta’ xogħol magħmul:
Nota:
Id-drittijiet ta’ hawn fuq jinkludu r-rimunerazzjoni kollha dovuta għal kull
stivar li jkun meħtieġ.
6. Il-ħaddiema tal-port imqabbdin fil-maniġġ ta’ merkanzija sfuża biex jaqdu
x-xogħlijiet speċifikati fil-KoIonna 1 ta’ din in-nota għandhom jitħallsu d-drittijiet
murija fil-Kolonna 2 tagħha: -
Kolonna 1 Kolonna 2
Rata kull tunnellata
(a) Tqegħid fi xkejjer u rbit ................... 17ċ
(b) Tmigħ bil-pompa tal-ġbid fuq il-gverta
jew fuq barkun ............................................ 17ċ
(ċ) Tmigħ bid-delu:
(i) Qmuħ barra minn qamħ ........... 27ċ
(ii) Qamħ ...................................... 16ċ
Kolonna 1 Kolonna 2 Kolonna 3
Xorta ta’ Merkanzija Ġarr minn tinda 
jew munzell fuq 
moll għall-apert, 
tagħbija u stivar 
fuq trakk
Jirċievi f’tarf it-
trakk u jistiva fuq 
trakkijiet
Laħam tal-friża
kull tunnellata ........................................... 51ċ -
26 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
TAQSIMA V
Karrozzi Akkompanjati għal/minn fuq Vapur tal-Passiġġieri
1.  Għandu jitħallas lil ħaddiema tal-port dritt ta’ Lml.25ċ kull unità  dwar -
(i)  karrozzi akkompanjati; jew
(ii) caravans, bagalji, karrelli, dgħajjes jew kaxxi taż-żwiemel vojta
rmunkati minn karrozzi akkompanjati; jew
(iii) dgħajjes jew rafts li jintefħu mgħobbija fuq karrozzi akkompanjati;
li ma jkollhomx polza ta’ kargu:
Kemm-il darba l-karrozzi akkompanjati u kull waħda mill-partiti (ii) u (iii)
speċifikati hawn fuq jinsaqu għal fuq jew minn fuq vapur u ma jkunux jinħtieġu
maniġġ bejn il-gverti.
2.  Għandu jitħallas lil ħaddiema tal-port dritt ta’ Lm5 kull unità  dwar coaches
għat-turisti:
Kemm-il darba l-coaches għat-turisti jinsaqu għal fuq jew minn vapur u ma
jkunux jinħtieġu maniġġ bejn il-gverti.
TAQSIMA VI
Mixxellanji
1.  Kull ħaddiem tal-port imqabbad bħala winchman, extra driver, heavy plant
driver jew extra signalman għal xi operazzjoni waħda, għandu jitħallas dritt ta’ Lm3
fis-siegħa, suġġett għall-perijodu minimu ta’ 4 sigħat.
Ċereali, inklużi nuħħala, smida, u skalora u melħ,
fi xkejjer
kull tunnellata ........................................... 40ċ 21ċ
Ikel ippressat fi xkejjer
kull tunnellata ........................................... 63ċ 21ċ
Zokkor fi xkejjer
kull tunnellata ........................................... 40ċ 22ċ
Injam
kull tunnellata ........................................... 44ċ -
Ċilindri L.P. Gas
kull ċilindru .............................................. 5ċ -
Żerriegħa tal-Patata
kull xkora .................................................. 4ċ -
Qatran u asfalt f’tankijiet
kull tunnellata ........................................... 29ċ -
Kull sustanzi fi xkejjer jew f’tankijiet għal użu fl-
industrija taż-żejt ...............................................
33ċ 22ċ
Nota:
Id-dritt muri fil-Kolonna 2 dwar il-partita "Ikel ippressat fi xkejjer" għandu
jinġabar irrispettivament mill-piż medju, jew il-piż, ta’ xkejjer individwali, u
jinkludi r-rimunerazzjoni kollha dovuta għall-maniġġ ta’ xkejjer għal skopijiet ta’
wżin.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 27
2.  Il-ħaddiema tal-port imqabbdin biex jagħmlu dan ix-xogħol tal-port li ġej
f’arei magħluqa tal-port, għar-rigward tal-maniġġ ta’ merkanzija miġbura f’unità
waħda, jiġifieri:
(a) l-ippakkjar u l-ħatt ta’ containers;
(b) it-tagħbija u l-ħatt ta’ karrelli;
(ċ) il-ħatt ta’ tagħbijiet oħra f’unità  waħda fuq il-moll jew f’maħżen jew
fuq art ta’ stivar;
(d) l-issortjar ta’ merkanzija hekk maniġġata skond il-marki tal-polza ta’
kargu prinċipali u l-istivar ta’ dik il-merkanzija fuq il-moll jew
f’maħżen; u
(e) il-konsolidazzjoni ta’ tagħbijiet f’unità  waħda biex jitgħabbew abbord
bastiment;
għandhom jitħallsu -
(1) meta mqabbdin filgħodu, dritt ta’ Lm3 kull ħaddiem kull ġurnata jew
parti minnha, kemm-il darba ma jitolbux biex jiġu u jiġu rilaxxati minn
xogħol tal-port qabel nofs in-nhar, f’liema każ huma jitħallsu dritt ta’
Lm1.50 għan-nofs ta’ nhar jew parti minnu li jtemm f’nofs in-nhar;
(2) meta mqabbdin biex jaħdmu bejn is-1.00p.m. u l-5.00p.m., dritt ta’
Lm1.50 kull ħaddiem għan-nofs ta’ nhar jew parti minnu.
28 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 27)
Metodi kif tiġi kalkolata t-Tariffa ta’ Drittijiet
li jiħallsu lil Ħaddiema tal-Port
TABELLA
1.  Għall-finijiet ta’ dan l-ordni "qmuħ" tinkludi kull qamħ,
ross, ross fil-fosdqa, agumi (jiġifieri piżelli, ful u żrieragħ oħra ta’
pjanti leguminużi), żrieragħ, ġewż jew qlub tal-ġewż, u kull taħlita
jew għaqda jew fdalijiet tagħhom.
Tifsir ta’ 
qmuħ.
2.1  Meta dritt muri fit-Tielet Skeda jitħallas bit-tunnellata,
għandu jiġi kalkolat bil-piż ta’ tunnellata ta’ 1,000 kili jew bil-kejl
ta’ tunnellata ta’ 40 pied kubu, liema jkun l-akbar.
Metodi kif 
jiġu 
kkalkolati t-
tariffi.
2.2  Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2.1 ta’ hawn fuq ma
għandhomx japplikaw dwar il-merkanzila speċifikata fil-Kolonna 1
tat-Tabella li taħbat minnufih hawn taħt fil-paragrafu 3, li
relattivament għaliha d-drittijiet murija fit-Tielet Skeda għandhom
jiġu kalkolati kif speċifikat fil-Kolonna 2 tat-Tabella msemmija.
3.  It-Tabella msemmija fil-paragrafu 2.2 hawn fuq hija din li
ġejja:
Tabella.
Kolonna 1 Kolonna 2
3.1.1  Dqiq, qamħ, zokkor, ġewż tal-karożo, injam briar,
basal, u faħam tal-ħaġra u faħam tal-kokk, fl-ixkejjer
fuq bażi ta’ piż
3.1.2 merkanzija sfuża fuq bażi ta’ piż
3.1.3  laħam tal-friża fuq bażi ta’ piż
3.1.4  inbid fi btieti fuq bażi ta’ piż
3.1.5  katusi tal-fuħħar, mniekeb u fittings fuq bażi ta’ piż
3.1.6. skart tal-metall sfuż fuq bażi ta’ piż
3.1.7  skart ta’ l-aluminju sfuż, ippakkjat jew f’kollijiet  fuq bażi ta’ piż
3.2 Karawett fi xkejjer .............................................. bi tliet darbiet il-piż
3.3 Tankijiet vojta li jesgħu 40 gallun jew fuqhom kull tank
3.4  Siġġijiet f’kollijiet jew sfużi kull siġġu
3.5  Willows, qasab u oġġetti simili f’kollijiet ............ kull koll
3.6 Tagħmir mobbli mhux ippakkjat konsenjat lil jew
imbarkat mill-Gvern ta’ Malta ..................... meta l-kejl jeċċedi l-
piż b’iżjed minn 
ħames darbiet b’ħames 
darbiet il-piż
3.7 Merkanzija fi xkejjer li tkun mxarrba waqt il-
maniġġ ............................................................................ b’rata doppja
3.8  Kadavri ............................................................... b’rata doppja tal-
merkanzija ġenerali
3.9 karrozzi akkompanjati u coaches għat-turisti ....... kull karrozza jew 
coach għat-turisti
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 29
3.10  patata fi xkejjer, kaxex jew pakkjar simili ............ b’darba u nofs il-piż 
bit-tunnellaġġ ta’ 
1,000 kilo kull 
tunnellata
3.11  Containers li jintwew jew jiżżarmaw li jitgħabbew
jew jinħattu mdaħħlin wieħed ġo l-ieħor ........ skond il-piż.
Tankijiet. 4.  It-tunnellaġġ għall-kejl ta’ tankijiet għandu jiġi kalkolat billi
jiġi moltiplikat il-kwadru tad-dijametru tal-bażi tat-tank bl-għoli tat-
tank.
Skart ta’ metall. 5.  L-iskart tal-metall f’tankijiet jew f’balal, barra minn
aluminju f’balal jew f’kollijiet, għandu jitqies bħala merkanzija
ġenerali għall-finijiet tat-Tielet Skeda.
Ħġieġ - sfuż 
miksur. 6.1   It-tariffa għat-tagħbija ta’ ħġieġ miksur konsenjat sfuż fuqil-moll għandha tkun id-doppju tat-tariffa normali għall-merkanzija
oħra sfuża.
6.2  It-tariffa għat-tagħbija ta’ ħġieġ konsenjat f’tankijiet miftuħa
tkun it-tariffa normali għall-merkanzija oħra sfuża.
Differenza 
f’tunnellaġġ. 7.1  Id-drittijiet li jitħallsu għall-maniġġ ta’ melħ għandhom jiġukalkolati fuq il-bażi murija fil-polza ta’ kargu, iżda jekk il-piż attwali
żbarkat jeċċedi l-piż muri fil-polza ta’ kargu, id-drittijiet jiġu
kalkolati fuq it-tunnellaġġ attwali żbarkat.
7.2  Id-drittijiet relattivament għal qamħ sfuż mhux żbarkat fis-
silo tal-Gvern jitħallsu fuq it-tunnellaġġ muri fuq il-polza ta’ kargu;
kull differenza bejn it-tunnellaġġ u t-tunellaġġ attwali żbarkat
għandha titħallas mill-prinċipal, jew jekk iżjed minn wieħed mill-
prinċipali fi proporzjon ta’ l-allokazzjoni tagħhom, u jekk qamħ ikun
maħtut kollu jew f’parti bl-ispalla, dik id-differenza titħallas bir-rati
tax-xogħol bl-ispalla.
Munizzjon. 8.1  Il-munizzjon kollu għandu, sabiex jiġu stabbiliti d-drittijiet
li jitħallsu relattivament għalih, jitqies bħala esplożivi jekk il-
prinċipal -
8.1.1 ma jinformax lill-Awtorità , qabel ma jibda x-xogħol, li l-
merkanzija in kwistjoni hija ħielsa minn esplożivi; u
8.1.2  ma jappoġġax dik id-dikjarazzjoni b’dokumenti.
Merkanzija 
żbarkata bin-
nieqes.
9.  Meta xi merkanzija tkun imbarkata bin-nieqes jew tkun
mitlufa in transit u tkun attestata kif imiss fid-dokumenti tal-
bastiment, ma jsir ebda ħlas lill-ħaddiema tal-port; merkanzija oħra
żbarkata bin-nieqes isir ħlas dwarha skond il-polza ta’ kargu tal-
bastiment, iżda ma għandux jerġa’ jsir ħlas dwarha lill-ħaddiema tal-
port jekk eventwalment tiġi mmaniġġata.
Applikabbiltà  ta’ 
din l-Iskeda. 10. Sabiex jiġu kalkolati d-drittijiet dwar merkanzija miġburaf’unità  waħda speċifikati fit-Tieni Skeda, għandhom japplikaw id-
disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda:
Iżda t-tunnellaġġ ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda li
fuqu jiġu kalkolati d-drittijiet għandu jkun it-tunnellaġġ attwali tal-
merkanzija li titgħabba jew tinħatt jew tittressaq minn naħa għal oħra
barra mit-tagħmir użat biex jifforma tagħbijiet f’unità  waħda jew
biex jiġbed, jimbotta, iġorr jew xort’oħra jressaq dik il-merkanzija:
Iżda wkoll li fil-każ ta’ karrelli u containers, id-drittijiet
għandhom jiġu kalkolati skond it-tunnellaġġ fiss li ġej:
30 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Containers 20 pied 23 tunnellata
Containers 40 pied 45 tunnellata
Karrelli 20 pied 25 tunnellata
Karrelli 40 pied 45 tunnellata
Karrelli Supercube 40/43 pied 58 tunnellata
Containers refriġerati li jkun fihom laħam tal-friża, ħut tal-friża u by products
iffriżati tagħhom:
Containers/Karrelli 20 pied 18 tunnellata
Containers/Karrelli 40 pied 26 tunnellata
11.1  Għall-finijiet tar-regolament 38(a) u (b), prinċipali ta’
ħaddiema tax-xatt għandhom iħallsu lill-Awtorita:
Ħlasijiet li 
għandhom isiru 
minn prinċipali 
ta’ ħaddiema 
tax-xatt.
11.1.1 id-drittijiet speċifikati fit-Tieni Skeda li tinsab ma’ dawn
ir-Regolamenti; u
11.1.2 l-imposta speċifikata fit-Tmien Skeda li tinsab ma’ dawn
ir-Regolamenti.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 31
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 28)
Metodu ta’ ħlas lil Ħaddiema tal-Port
Il-ħlas ta’ żieda għall-għoli fil-ħajja jew ta’ bonus jew ta’ kull żieda oħra fil-pagi
ta’ ħaddiema tal-port flimkien mad-drittijiet relattivi lilhom dovuti bis-saħħa tat-
Tielet Skeda għandhom isiru bil-mod li ġej -
(a) żieda għall-għoli fil-ħajja jew bonus jew kull żieda oħra fil-pagi
għandha titħallas lill-ħaddiema tal-port fil-15-il jum ta’ kull xahar;
(b) kull qligħ dovut lil ħaddiema tal-port għax-xahar ta’ qabel għandu
jitqassam indaqs, wara li jkun sar it-tnaqqis meħtieġ kollu, fost il-
ħaddiema tal-port fil-15 u fl-aħħar jum tax-xahar:
Iżda jekk dak il-15-il jum jew dak l-aħħar jum tax-xahar jaħbat is-Sibt, il-Ħadd
jew festa nazzjonali jew btala pubblika, il-ħlas għandu jsir jew fil-jum ta’ qabel jew
fil-jum ta’ wara li jkun l-eqreb tal-15-il jum jew ta’ l-aħħar jum tax-xahar.
32 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Ħinijiet tal-Port, Leave, Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi u Allowances
1.  Il-ħinijiet tax-xogħol tal-port ikunu ta’ 24 siegħa għal sebat ijiem fil-
ġimgħa.
2.  Ix-xogħol tal-port għandu jkun organizzat kif ġej:
(a) Fuq bażi ta’ ġurnata:
Mit-8.00a.m. sal-5.00p.m. inkluż break ta’ siegħa bejn nofs in-nhar u s-
1.00p.m.; jew
(b)  Fuq bażi ta’ shift ta’ erba’ u għoxrin siegħa:
Shift ta’ bi nhar mit-8.00a.m. sa l-4.00p.m.
Shift ta’ filgħaxija mill-4.00p.m. sa nofs il-lejl
Shift ta’ bil-lejl minn nofs il-lejl sat-8.00a.m.; jew
(ċ) Fuq bażi ta’ shift ta’ erbatax-il siegħa:
Shift ta’ bi nhar mit-8.00a.m. sat-3.00p.m.
Shift ta’ filgħaxija mit-3.00p.m. sa l-10.00p.m.
Iżda x-xogħol tax-shift fuq bażi ta’ 24 siegħa jista’ jibda jew fit-8.00a.m.,
jew fl-4.00p.m. jew f’nofs il-lejl.
Iżda wkoll li x-xogħol tal-port jista’ jsir ukoll fuq il-bażi ta’ kwalunkwe
żewġ shifts konsekuttivi ta’ tmien sigħat il-wieħed jew fuq shift singolu ta’ tmien
jew seba’ sigħat.
3. Kull ħaddiem tal-port attwalment imħaddem matul shift ta’ bil-lejl jew fil-
Ħdud jew festi nazzjonali jew btajjel pubbliċi għandu, b’żieda mad-drittijiet
speċifikati fit-Tielet Skeda, jitħallas dawn id-drittijiet li ġejjin:
Dwar xogħol magħmul:
(a) Fuq shift ta’ bil-lejl mit-Tnejn sas-Sibt: .................... Lm5 kull ħaddiem
(b) Fil-Ħdud, festi nazzjonali u btajjel pubbliċi: ............Lm10 kull ħaddiem
4.  Il-ħaddiema tal-port ma jkunux obbligati jaħdmu fil-31 ta’ Marzu, fil-
Ġimgħa l-Kbira, fl-Ewwel ta’ Mejju, wara nofsinhar ta’ l-24 ta’ Diċembru (lejliet il-
Milied), fil-Milied, wara l-ħamsa ta’ wara nofsinhar tal-31 ta’ Diċembru (Lejliet l-
Ewwel tas-Sena) u fl-Ewwel tas-Sena:
Iżda fil-ġranet imsemmija d-Direttur jista’ jawtorizza li jsir kull xogħol tal-
port, f’ċirkostanzi li jikkostitwixxu emerġenża dwar bastiment jew merkanzija, jew
għal kull xogħol tal-port li d-Direttur jista’ jawtorizza wara li jikkonsulta lill-
prinċipali u lir-rappreżentanti tal-ħaddiem tal-port:
Iżda wkoll, wara li ssirlu talba minn prinċipal sabiex jsir xogħol tal-port fil-
31 ta’ Marzu, fil-Ġimgħa l-Kbira, fl-Ewwel ta’ Mejju, wara l-ħamsa ta’ wara
nofsinhar tal-31 ta’ Diċembru (Lejliet l-Ewwel tas-Sena) u fl-Ewwel tas-Sena, id-
Direttur jista’ joffri dak ix-xogħol lill-ħaddiema tal-port b’mod volontarju.
5. Għall-finijiet ta’ din l-Iskeda, "festa nazzjonali" u "btala pubblika" ifissru
kull ġurnata li għandha tinżamm bħala vaganza skond, jew bis-saħħa ta’ xi ordni
magħmul skond, l-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubbliċi oħra.
6. (1) Il-ħaddiema tal-port jistgħu jiġu mogħtija leave ta’ assenza mill-
Emendata:
A.L. 318 ta’ l- 2002. IS-SITT SKEDA(Regolament 29)
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 33
Awtorità  għal perilodu ta’ mhux iżjed minn tletin ġurnata f’xi sena waħda u mid-
Direttur għal dak il-perijodu l-ieħor li jista’ jikkonsidra ġustifikat.
(2) Id-Direttur jista’ wkoll jagħti lill-ħaddiema tal-port leave ta’ emigrazzjoni
ta’ mhux iżjed minn tletin xahar f’xi perijodu ta’ ħames snin.
34 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Organizzazzjoni, Ordnar, Allokazzjoni u Sospensjoni/Tħassir ta’ Xogħol
1. Il-ħaddiema tal-port kollha li jidhru fuq ir-Reġistru tal-Ħaddiema tal-Port
għandhom jiffurmaw sezzjoni omoġenja waħda u għandhom, f’konformità  ma’ l-
artikolu 2 ta’ l-Ordinanza, jagħmlu xogħol tal-port li jikkonsisti jew jinvolvi:
(a) xogħlijiet fuq bastimenti u mill-istiva/gverta ta’ bastiment għall-murata
ta’ bastiment jew viċe versa, dwar kull merkanzija, inkluża merkanzija
sfuża;
(b) xogħlijiet taħt il-mattjatura ta’ bastiment inkluż l-imbragar u l-iżbragar,
stivar u ħatt fuq il-braken, fuq karrelli jew tagħmir ieħor jew fuq moll
mal-ġenb ta’ bastiment; xogħlijiet minn braken għal fuq il-moll, minn
braken jew moll għal stivar f’maħżen jew fuq moll jew fuq l-art f’post
ta’ stivar jew fuq truck jew viċe versa, inkluża l-identifikazzjoni u l-
għażla ta’ oġġetti skond il-marki ta’ mbark fil-polza ta’ kargu, l-istivar
jew il-ħatt skond dawk il-marki kif ordnat mill-prinċipal u l-provdiment
ta’ drivers għall-maniġġ ta’ tagħmir mekkaniku li ma jkunx fork lift
trucks u gruwi;
(ċ) il-maniġġ ta’ dik il-merkanzija kif preskritta fir-regolament 21;
(d) xogħol tat-tinda meta jkunu mqabbdin għal dan ix-xogħol mid-Direttur
jew il-kuntrattur tiegħu, skond il-każ, iżda huma jistgħu jkunu meħtieġa
jaħdmu fuq moll u/jew f’maħżen bi flessibiltà  sħiħa u mingħajr ma
jkunu marbuta ma’ xogħlijiet speċifiċi;
(e) il-maniġġ ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda fuq bastiment, fuq moll
jew f’maħżen, inkluż l-irbit, il-ħall, l-imbragar, l-iżbragar, l-igganċjar u
l-iżganċjar, ta’ merkanzija f’tagħbijiet f’unità  waħda minn fuq il-
bastiment għall-moll jew art ta’ stivar jew maħżen u viċe versa, iżda x-
xogħol tal-port fuq ix-xatt jiġi magħmul biss meta dan ikun
jikkostitwixxi xogħol kontinwu waqt li l-merkanzija tkun fil-kustodja
tad-Direttur jew tal-kuntrattur tiegħu, skond il-każ;
(f) it-tqegħid fi xkejjer u l-irbit;
(g) id-dmirijiet applikabbli għal winchman, driver, heavy  plant  driver, u
signalman.
2. L-ordnijiet għal xogħol għandhom isiru lill-Awtorità  fil-każijiet kollha.
3. L-ordni li fih għandhom jiġu provduti ħaddiema tal-port għall-bastimenti
għandu, ħlief kif xort’oħra provdut, ikun il-preċedenza tax-xogħol tal-bastiment,
jiġifieri l-ordni tal-wasla tal-bastiment fil-port:
Iżda jekk bastiment li jkun għadu mhux il-port ikun ordna gajjiet għal
xogħol ta’ bil-lejl, dak il-bastiment għandu jitqies li jkun wasal f’nofs in-nhar u kull
bastiment ieħor li jasal fil-port u jkun jixtieq jaħdem dak in-nhar għandu jiġi fornut
b’ħaddiema tal-port skond il-ħin tal-wasla tiegħu, hekk iżda illi bastiment li jasal
bejn il-11.00a.m. u nofs in-nhar għandu jitqies li jkun wasal fi 12.01p.m. għall-
finijiet ta’ l-iffissar tal-preċedenza tax-xogħol tiegħu.
4. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu, ordni għal ħaddiema
tal-port biex jibdew ix-xogħol tista’ ssir f’kull ħin tal-ġurnata:
Iżda:
Emendata:
A.L. 141 ta’ l-1994;
A.L. 318 ta’ l- 2002.
IS-SEBA’ SKEDA
(Regolament 30)
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 35
(1) Għal shift ta’ bil-lejl, ordni bil-miktub għandu jsir sa nofs in-nhar tal-
ġurnata ta’ qabel;
(2) Għal xogħol nhar ta’ Sibt jew f’festi nazzjonali jew fi btajjel pubbliċi
ordni bil-miktub għandu jsir sal-5.00p.m. tal-lejla ta’ qabel, waqt li għal
xogħol nhar ta’ Ħadd l-ordni għandu jsir sa nofs in-nhar tas-Sibt ta’
qabel:
Iżda wkoll:
(i) meta x-xogħol ikun meħtieġ nhar ta’ Sibt li jaħbat wara festa
nazzjonali jew btala pubblika, l-ordni għandu jsir sa nofs in-nhar
ta’ l-imsemmija festa nazzjonali jew btala pubblika, u
(ii) meta x-xogħol ikun meħtieġ f’festa nazzjonali jew btala pubblika,
li taħbat wara Ħadd jew festa nazzjonali jew btala pubblika oħra,
l-ordni għandu jsir sa nofs in-nhar tal-Ħadd jew ta’ l-imsemmija
festa nazzjonali jew btala pubblika oħra, skond il-każ.
5. (1) Meta jkun qed jagħmel ordni għal xogħol, is-sid, jew il-kaptan jew l-
aġent ta’ bastiment jew xi prinċipal ieħor tal-ħaddiema tal-port għandu jipprovdi lill-
Awtorità  b’dan it-tagħrif li ġej:
(a) il-ħin bejn wieħed u ieħor meta x-xogħol tal-port ikun dovut li jibda;
(b) il-volum u x-xorta tal-merkanzija li għandha tiġi maniġġata;
(ċ) jekk jagħżilx xogħol fuq bażi ta’ ġurnata jew fuq bażi ta’ shift ta’
erbgħa u għoxrin jew erbatax-il siegħa; jew jekk jagħżilx xogħol fuq il-
bażi ta’ żewġ shifts ta’ tmien sigħat konsekuttivi jew fuq bażi ta’ shift
singolu ta’ tmien jew seba’ sigħat;
flimkien ma’ kull tagħrif ieħor li l-Awtorità  tista’ titlob.
(2) It-tagħrif meħtieġ fis-sub-paragrafu (1) għandu jasal għand l-Awtorità  mhux
inqas minn erbgħa u għoxrin siegħa qabel il-wasla tal-bastiment fil-port:
Iżda fil-każ ta’ vjaġġi li jkunu jieħdu inqas minn erbatax-il siegħa sabiex il-
bastiment jasal Malta, dan it-tagħrif għandu jasal għand l-Awtorità  kmieni kemm
jista’ jkun iżda f’ebda każ aktar tard minn erba’ sigħat qabel id-dħul tal-bastiment
fil-port.
6. (1) Bi tweġiba għal ordnijiet magħmula mill-prinċipali, l-Awtorità  għandha
tipprovdi ħaddiema tal-port bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda:
Iżda, jekk ikun hemm il-periklu li bastiment jista’ jitlaq b’valiġġa li tkun
għal Malta jew mingħajr ma jgħabbi valiġġa għal barra,  l-Awtorità  tista’ tagħmel l-
arranġamenti raġonevoli kollha għall-ħatt jew tagħbija ta’ dik il-valiġġa, u ma jkunx
hemm għalfejn tipprovdi ħaddiema tal-port skond ir-roster.
(2) In-numru ta’ ħaddiema tal-port inklużi drivers, winchmen, u/jew signalmen,
fejn applikabbli, li għandu jiġi allokat għal biċċa xogħol u ż-żmien bejn wieħed u
ieħor meħtieġ biex jitlesta x-xogħol, għandhom jiġu stabbiliti minn żewġ
rappreżentanti ta’ l-Awtorità  u rappreżentant tal-ħaddiema tal-port flimkien. Id-
deċiżjoni li tittieħed tkun finali:
Iżda l-prinċipal ta’ ħaddiema tal-port jista’, waqt li jkun qiegħed isir ix-
xogħol, jitlob reviżjoni tad-deċiżjoni:
Iżda wkoll jekk tinqala’ kwistjoni, il-materja għandha tinġieb għall-
konsiderazzjoni tal-Bord dwar Kwistjonijiet tal-Port skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
Ordinanza, mingħajr ma jieqaf ix-xogħol, kemm-il darba ma jkunx każ ta’ periklu
36 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
evidenti.
7. L-Awtorità  għandha tipprovdi ħaddiema tal-port fl-ordni li jidhru fih fuq ir-
roster.
Il-ħaddiema tal-port kollha, li jiġu mqabbdin fuq bażi ta’ shift, għandhom
jiġu allokati għal bastiment jew biċċa xogħol partikolari fl-istess ħin u fl-ordni li fih
ikunu reġistrati fuq ir-roster.
Il-ħaddiema tal-port li jiġu mitluba jagħmlu parti minn shift għandhom jiġu
kkunsidrati daqslikieku jkunu ħadmu shift sħiħ.
8. Meta jiġu allokati ħaddiema tal-port għal bastiment jew għal biċċa xogħol
ma tkun permessa ebda żieda jew tnaqqis fin-numru ta’ ħaddiema tal-port, ħlief kif
provdut f’din l-Iskeda.
9. Meta jiġu provduti ħaddiema għal bastiment jew għal biċċa xogħol:
(a) il-ħaddiema tal-port li jiġu allokati għal xogħol tal-port fuq bażi ta’
ġurnata għandhom jiġu reġistrati mill-ġdid fuq ir-roster fl-ordni li fih
jitlesta x-xogħol fi stiva partikolari ta’ bastiment;
(b) il-ħaddiema tal-port li jiġu allokati għal xogħol tal-port fuq bażi ta’ shift
għandhom jiġu reġistrati mill-ġdid fuq ir-roster malli l-bastiment ilesti
x-xogħol fl-istess ordni li fih il-ħaddiema tal-port kienu allokati għall-
bastiment partikolari:
Iżda jekk aktar minn bastiment wieħed, stiva waħda jew shift wieħed
jitlestew fl-istess ħin, f’dak il-każ il-ħaddiema konċernati għandhom jiġu reġistrati
mill-ġdid fl-istess ordni bħal dak li fih kienu ġew allokati għax-xogħol li jkun għadu
kif tlesta:
Iżda wkoll li l-ħaddiema tal-port li jiġu allokati għal xogħol ta’ shift, iżda li
ma jkunux attendew għal xogħol tal-port f’xi ħin, għandhom jiġu reġistrati mill-ġdid
fuq ir-roster qabel dawk li jkunu attwalment ħadmu fuq dak ix-shift partikolari.
10. (1) Il-ħaddiema tal-port lesti għax-xogħol għandhom jibqgħu disponibbli
ħdejn l-uffiċċji ta’ l-Awtorità  sakemm jiġu allokati x-xogħol jew jiġu mibgħuta.
(2) Jekk ħaddiem tal-port, raġel jew mara, jonqos milli jħares il-ħtiġiet tas-
subparagrafu (1) jew jonqos milli jirraporta għax-xogħol mingħajr ebda raġuni
valida biex jiġġustifika l-assenza tiegħu jew tagħha, l-Awtorità  tista’ tagħmel tnaqqis
proporzjonat mill-qligħ ta’ dak il-ħaddiem tal-port partikolari u għandha tirraporta l-
każ lill-Bord tal-Ħaddiema tal-Port għal kull azzjoni li l-Bord jidhirlu li għandu
jieħu.
(3) Kaptan, aġent jew sid ta’ bastiment, jew importatur li jgħarraf lill-Awtorità
li jkun bi ħsiebu jagħmel ordni għal ħaddiema tal-port f’dik il-ġurnata stess għandu,
jekk ma jsirx ordni, iħallas is-somma ta’ Lm2 għal kull ħaddiem fis-siegħa jew parti
minnha dwar dawk il-ħaddiema tal-port miżmuma wara l-11.00a.m. biex jiġu
allokati skond dak l-ordni.
11. Meta l-kaptan ta’ bastiment jew l-aġent tiegħu jonqos milli jagħmel ordni
għal xogħol fl-ordni tal-preċedenza tax-xogħol tal-bastiment, dak il-bastiment
għandu minnufih jitlef il-preċedenza tax-xogħol tiegħu sa l-għada fil-għodu.
12. It-tħassir ta’ ordnijiet għandu jkun regolat mir-regoli li ġejjin:
(a) ordni għal shift ta’ bil-lejl fuq bastiment li jkun għadu mhux fil-port
jista’ jitħassar sa nofs in-nhar tal-ġurnata ta’qabel;
(b) ordni għal xogħol nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd jew f’festa nazzjonali jew
btala pubblika jista’ jitħassar sal-limitu ta’ żmien speċifikat fil-
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 37
paragrafu 4(2) ta’ din l-Iskeda għall-għemil ta’ l-ordni relattiv;
(ċ) jekk ordni għal shift ta’ bil-lejl jew għal nhar ta’ Sibt, nhar ta’ Ħadd jew
f’festa nazzjonali jew btala pubblika jitħassar wara l-limiti ta’ żmien
stabbiliti fis-subparagrafu (a) jew (b), is-sid, il-kaptan jew l-aġent tal-
bastiment in kwistjoni għandu jħallas dritt ta’ Lm2 għal kull ħaddiem
allokat għall-bastiment jew għall-biċċa tax-xogħol, flimkien ma’ kull
allowances għal shift ta’ bil-lejl, għall-Ħadd jew festa nazzjonali jew
btala pubblika, fejn applikabbli, liema ammonti jiġu mqassma ndaqs
fost il-ħaddiema tal-port; u
(d) għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu ordni jitħassar meta l-prinċipal javża
lill-Awtorità  bl-intenzjoni deċiżiva tiegħu li ma jqabbadx il-ħaddiema
tal-port ordnati.
13. (1) Ebda ħaddiem tal-port, raġel jew mara, ma għandu jfalli mix-xogħol
mingħajr ma jiġġustifika l-assenza tiegħu jew tagħha għas-sodisfazzjon ta’ l-
Awtorità .
(2) F’każ ta’ mard, il-ħaddiema tal-port għandhom jipproduċu ċertifikat mediku
maħruġ minn tabib maħtur mill-Bord tal-Ħaddiema tal-Port.
(3) Ebda ċertifikat mediku preżentat minn ħaddiem tal-port f’konnessjoni ma’ l-
assenza tiegħu minħabba f’mard jew xi ħaġa oħra konnessa max-xogħol tal-port ma
jiġi aċċettat bħala validu għall-finijiet ta’ dan l-ordni kemm-il darba dak iċ-
ċertifikat-
(a) ma jiġix maħruġ minn tabib maħtur għal dawk l-għanijiet mill-Bord tal-
Ħaddiema tal-Port;
(b) ma jispeċifikax biċ-ċar it-tul ta’ żmien li dwaru jkun sar; u
(ċ) ma jiġix preżentat lill-Awtorità  fl-istess data li fiha jiġi ffirmat jew
kmieni l-għada.
(4) Jekk ħaddiem tal-port jonqos li jħares il-ħtiġiet tas-subparagrafi (1) u (2), l-
Awtorità  għandha tirraporta l-każ lill-Bord tal-Ħaddiema tal-Port għal kull azzjoni li
l-Bord jidhirlu li għandu jieħu.
14.  In-numru ta’ ħaddiema tal-port allokati għal xogħol tal-port fid-Deep Water
Quays għandu jitqies li jinkludi mill-anqas driver wieħed għal apparat mekkaniku ta’
maniġġ barra minn fork lift trucks u gruwi.
15.  It-tixrid li jsir abbord għandu jinġabar u jiġi ppakkjat jew jitqiegħed fi
xkejjer mill-ħaddiema tal-port.
38 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
Emendata: IT-TMIEN SKEDA
A.L. 141 ta’ l-1994. 
(Regolamenti 25 u 38)
Imposta fuq Merkanzija
1. Is-sid, il-kaptan, jew l-aġent ta’ bastiment li jgħabbi jew iħott merkanzija
f’port jew kull persuna oħra li timpjega ħaddiema tal-port jew li f’isimha jkunu
impjegati ħaddiema tal-port, għandu jħallas lill-Awtorità  imposta ta’ 32ċ5 kull
tunnellata mgħobbija jew maħtuta.
2. Sabiex tiġi kalkolata l-imposta speċifikata f’din l-Iskeda għandhom
japplikaw id-disposizzjonijiet tar-Raba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
3. It-tunnellaġġ ta’ merkanzija miġbura f’unità  waħda li fuqu jiġu kalkolati d-
drittijiet għandu jkun it-tunnellaġġ attwali tal-merkanzija mgħobbija jew maħtuta
barra mit-tagħmir użat biex jifforma tagħbijiet f’unità  waħda jew jiġbed, jimbotta,
iġorr jew xort’oħra jmexxi dik il-merkanzija.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda ma għandhomx japplikaw għal:
(i) Oġġetti fabbrikati lokalment, jew prodotti agrikoli lokali, li
jitgħabbew fuq bastiment biex jiġu esportati.
(ii) Merkanzija ta’ trasbord.
(iii) Merkanzija li tinħatt u li fl-aħħar terġa’ titgħabba fuq bastiment
waqt it-tressiq minn naħa għal oħra fuq, minn jew għal fuq dak il-
bastiment.
(iv) Containers vojta.
(v) Karrelli vojta.
(vi) Vetturi għat-trasport fit-triq u bowsers  rolled  on jew rolled  off
bastiment RORO biex tiġi mgħobbija jew tinħatt merkanzija.
ĦADDIEMA TAL-PORT ġ L.S.171.02 39
ID-DISA’ SKEDA
(Regolament 39)
Pensjonijiet u Gratifikazzjonijiet
1.  Ir-rata ta’ pensjoni sħiħa għandha tkun Lm580 kull ħaddiem fis-sena.
2.  Il-ħaddiema tal-port li, matul il-perijodu ta’ ħames snin li jagħlaq fl-4 ta’
April, 1973, ikunu laħqu l-età  ta’ 63 sena jew iżjed u li ma kienux qed jirrapportaw
għax-xogħol, jew li rriżenjaw u ma ġewx sostitwiti minn binhom jew ħuhom,
għandhom, dwar il-perijodu ta’ assenza muri fil-Kolonna 1 tat-Tabella li ġejja,
jirċievu pensjoni bir-rata murija fil-Kolonna 2 tagħha:
3. Għall-fini tal-paragrafu 2 ta’ din l-Iskeda, il-perijodu ta’ assenza għandu jiġi
kalkolat kif ġej:
(a) "sena" għandha tittieħed li tfisser il-perijodu bejn l-4 ta’ April ta’ xi
sena waħda u t-3 ta’ April tas-sena li tiġi minnufih wara; u
(b) il-perijodu ta’ assenza dwar ħaddiem tal-port għandu jitqies li jkun il-
perijodu bejn l-aħħar attendenza tiegħu għax-xogħol tal-port u l-4 ta’
April, 1973:
Iżda -
(i) meta l-perijodu bejn l-aħħar attendenza u l-attendenza ta’ qabel
ikun sena jew aktar, dak il-perijodu għandu jiġi kalkolat bħala li
jkun perijodu ta’ assenza; u
(ii) meta matul il-perijodu ta’ ħames snin li jagħlaq fl-4 ta’ April,
1973, il-perijodi ta’ assenza ma kienux kontinwi, il-perijodu ta’
assenza bejn attendenza u oħra għandu jkun meqjus jekk dak il-
perijodu ta’ assenza jkun sena jew aktar.
4. Meta ħaddiem tal-port li jkun fuq leave ta’ mard ċertifikat jirċievi qligħ sħiħ
bħala membru tal-gaj regolari tiegħu, l-assenza tiegħu fuq dak il-leave ta’ mard
ċertifikat ma tkunx tgħodd bħala perijodu ta’ assenza.
5. Il-ħaddiema tal-port li, qabel l-4 ta’ April, 1973 -
(a) kellhom 63 sena jew iżjed;
(b) ma rreġistrawx għax-xogħol jew li, wara li rriżenjaw, ma ġewx
sostitwiti minn binhom jew ħuhom; u
(ċ) kienu assenti mix-xogħol għal perijodu ta’ żmien f’eċċess ta’ ħames
snin kontinwi mill-4 ta’ April, 1973,
għandhom jitħallsu gratifikazzjoni ta’ darba għal kollox ta’ Lm276, minkejja illi t-
talba tagħhom għal gratifikazzjoni tkun ġiet approvata qabel id-9 ta’ April, 1973.
6. (1) Il-ħaddiema tal-port li matul il-perijodu ta’ ħames snin li għalaq fl-4 ta’
April, 1973, kienu laħqu l-età  ta’ 61 sena jew aktar u li kienu rriżenjaw matul il-
Kolonna 1 Kolonna 2
Perijodu ta’ Assenza Rata ta’ Pensjoni
(a)  Bejn 4 u 5 snin  Lm116 kull ħaddiem fis-sena
(b) Bejn 3 u 4 snin  Lm232 kull ħaddiem fis-sena
(ċ) Bejn 2 u 3 snin Lm348 kull ħaddiem fis-sena
(d)  Bejn sena u sentejn Lm464 kull ħaddiem fis-sena
(e) Inqas minn sena Lm580 kull ħaddiem fis-sena.
40 L.S.171.02 ħ ĦADDIEMA TAL-PORT
perijodu ta’ ħames snin li għalaq f’dik id-data u ġew sostitwiti minn binhom jew
ħuhom għandhom, dwar il-perijodi ta’ assenza murija fil-Kolonna 1 tat-Tabella li
ġejja, jirċievu pensjoni bir-rati murija fil-Kolonna 2 tagħha:
(2) Il-ħaddiema tal-port li matul il-perijodu ta’ ħames snin li għalaq fl-4 ta’
April, 1973, kienu rriżenjaw meta kellhom ’il fuq minn ħamsa u erbgħin sena iżda
kienu taħt il-wieħed u sittin sena u li kienu ġew sostitwiti minn binhom jew ħuhom
għandhom jirċievu dik il-parti tal-pensjoni sħiħa li l-Ministru responsabbli għall-
portijiet jista’, fuq il-parir tal-Kumitat maħtur skond ir-regolament 32, minn żmien
għal żmien, jistabbilixxi wara li jqis il-perijodu ta’ assenza ta’ dak il-ħaddiem tal-
port:
Iżda dawk il-ħaddiema tal-port ikunu meħtieġa li jippruvaw għas-
sodisfazzjon ta’ dak il-Kumitat illi huma kienu rriżenjaw għal raġunijiet mediċi.
7. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ din l-Iskeda, ħaddiem tal-port li, meta dan
ikun ġie reġistrat fis-Sezzjoni tal-Ħaddiema ta’ Merkanzija Sfuża biss, jikkwalifika
għal pensjoni skond dawn ir-regolamenti u li, matul it-tnax-il xahar minnufih qabel
l-irtir tiegħu, ikun qala’ l-income totali tiegħu muri fil-Kolonna 1 tat-Tabella li ġejja
għandu jitħallas pensjoni bir-rata murija fil-Kolonna 2 tagħha:
Kolonna 1 Kolonna 2
Perijodu ta’ Assenza Rata ta’ Pensjoni
(a)  Bejn 4 u 5 snin Lm116 kull ħaddiem fis-sena
(b) Bejn 3 u 4 snin Lm232 kull ħaddiem fis-sena
(ċ) Bejn 2 u 3 snin Lm348 kull ħaddiem fis-sena
(d)  Bejn sena u sentejn Lm464 kull ħaddiem fis-sena
(e) Inqas minn sena Lm580 kull ħaddiem fis-sena.
Kolonna 1 Kolonna 2
Qligħ Rata ta’ Pensjoni
Bejn Lm200 u Lm400 ...................................... Lm377
Qala’ inqas minn Lm200 jew ebda income ....... Lm259.
