FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 174.01
REGOLAMENTI DWAR IL-FINANZI ĠENERALI
19 ta’ Lulju, 1966
L-AVVIŻ LEGALI 40 ta’ l-1966, kif emendat bl-Avviżi Legali 12 ta’ l-
1970, 24 ta’ l-1971, 6 u 61 ta’ l-1972, 81 u 83 ta’ l-1973, 95 u 121 ta’ l-
1975, 34 u 82 ta’ l-1979, 1 ta’ l-1980, 70 ta’ l-1981, 41 ta’ l-1982, 55 ta’ l-
1983, 30 ta’ l-1985, 19 ta’ l-1989, 70 ta’ l-1996, 254 ta’ l-1998, 83 u 173
ta’ l-1999, u 27 ta’ l-2000.
Titolu.
Finanzi Ġenerali.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 6 ta’ l-1972;
A.L. 41 ta’ l-1982;
A.L. 55 ta’ l-1983.
Kap. 174.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il-darba r-rabta tal-kliem ma
teħtieġx xort’oħra -
"l-Att" tfisser l-Att dwar l-Amministrazzjoni Finanzjarja u l-
Verifika;
"bank awtorizzat" tfisser kull bank li għal dak iż-żmien ikun
inkarigat bit-tiżmim ta’ flejjes pubbliċi kif imfisser fl-Att;
"kontijiet taħt il-linja" tfisser dawk il-fondi speċjali u kontijiet,
depożiti u avvanzi li l-ammonti riċevuti u l-ħlasijiet relattivament
għalihom ma humiex akkreditati jew addebitati lill-Fond
Konsolidat;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju tal-Ministeru responsabbli
għall-Finanzi;
"uffiċjal ta’ kontijiet", "sena finanzjarja","Ministru", "flejjes
pubbliċi" u "dħul" għandhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom bl-
artikolu 2 ta’ l-Att.
A. UFFIĊJALI TA’ KONTIJIET
Accountant 
General.
3. L-Accountant General ikun l-uffiċjal prinċipali ta’
kontijiet tal-Gvern u bla ħsara għal dawn ir-regolamenti u għal
dawk l-istruzzjonijiet li jistgħu, bl-awtorità  tal-Ministru, jiġu
maħruġa mis-Segretarju, l-operazzjonijiet tal-kontijiet tal-Gvern
huma taħt it-tmexxija ġenerali u sorveljanza tiegħu. Iżda jkun id-
dmir ta’ l-uffiċjali kollha ta’ kontijiet li jiżguraw li dawn ir-
regolamenti jiġu mħarsa kif imiss.
Dmirijiet ta’ l-
Accountant 
General.
4. Ikun id-dmir ta’ l-Accountant General fil-kariga tiegħu ta’
uffiċjal prinċipali ta’ kontijiet:
(i) li jara li jiġi mwaqqaf f’kull dipartiment il-
metodu xieraq ta’ kontijiet u li jiżgura li jiġu
maħruġa istruzzjonijiet skond hekk;
(ii) li jeżerċita sorveljanza fuq id-dħul ta’ flejjes
pubbliċi u safejn ikun possibbli li jiżgura l-ġbir
puntwali tagħhom;
(iii) li jagħti kont minnufih, taħt il-kapi u sottokapi
xierqa tal-flejjes kollha, sew tad-dħul sew tal-
flejjes oħra mdaħħla, imħallsa fit-Teżor jew li
jkun ġie mogħti kont tagħhom lilu;
2 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
(iv) li jiżgura li jsir provvediment xieraq għat-
tiżmim fiż-żgur tal-flejjes pubbliċi, bolli, biljetti
tat-taxxa tad-divertiment, titoli u dokumenti
kollha ta’ valur;
(v) li jeżerċita sorveljanza fuq l-uffiċjali kollha tad-
dipartiment tiegħu inkarigati mill-ammonti
riċevuti jew minfuqa ta’ flejjes pubbliċi, u fuq l-
uffiċjali ta’ kontijiet, u li jieħu prekawzjonijiet,
billi jżomm verifika effiċjenti, magħduda
spezzjonijiet għal għarrieda, kontra l-ġrajja ta’
frodi, approprjazzjoni indebita jew traskuraġni;
(vi) li jissorvelja n-nefqa u l-ħlasijiet l-oħra tal-
Gvern; li jieħu ħsieb li ma jsir ebda ħlas li ma
jkunx hemm dwaru awtorità  xierqa, espressa jew
imsemmija fil-voucher li jirriferixxi għalih; u,
fil-każ ta’ xi stravaganza apparenti jew ta’ xi
difett apparenti fil-provvediment għal addebitar
minħabba li jkun spiċċa jew li ma jkunx hemm
vot, li jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern bil-miktub
dwar hekk; 
(vii) li jaddebita minnufih fil-kontijiet tiegħu taħt il-
kapi u l-partiti xierqa l-ħlasijiet kollha tal-
Gvern, sew nefqiet sew ħlasijiet oħra;
(viii) li jagħti l-kontijiet għal verifika u li jipprepara l-
prospetti u rendikontijiet finanzjarji.
Irregolaritajiet 
f’kontijiet pubbliċi.
5. L-Accountant General għandu jirrapporta lill-Gvern kull
irregolarità  sostanzjali li jkollha x’taqsam mal-kontijiet pubbliċi li
tinġieb għak-konjizzjoni tiegħu.
Responsabbilà  ta’ 
l-uffiċjali ta’ 
kontijiet.
6. (1) L-uffiċjali kollha ta’ kontijiet ikunu responsabbli
personalment għall-qadi xieraq tad-dmirijiet finanzjarji tad-
dipartimenti jew uffiċjali tagħhom, għall-ġbir u kustodja xierqa tal-
flejjes pubbliċi kollha li għandhom jiġu mdaħħla minnhom u għall-
eżattezza tal-kontijiet mogħtija minnhom jew bl-awtorità  tagħhom.
(2) Ebda uffiċjal ma jiġi meħlus minn xi sehem tar-
responsabbiltà  tiegħu jekk jiddelega s-subordinati tiegħu fil-qadi
tad-dmirijiet li missu għamel huwa stess.
(3) Ir-responsabbiltà  ta’ l-Awditur Ġenerali li jivverifika u
jirrapporta xi nuqqasijiet dwar kontijiet jew finanzi pubbliċi ma
teħles lil ebda uffiċjal mir-responsabbiltà  tiegħu milli jħares, jew
jiżgura t-tħaris, ta’ istruzzjonijiet fl-iskop ta’ l-awtorità  tiegħu
stess.
B. L-ESTIMI
Segretarju. 7. Is-Segretarju jkun il-konsultur prinċipali finanzjarju tal-
Gvern u jkun responsabbli għall-preparazzjom ta’ l-estimi annwali
tad-dħul u nefqa.
Sottomissjoni ta’ 
estimi minn 
Kapijiet tad-
Dipartimenti.
8. L-estimi ta’ dħul u l-estimi ta’ nefqa ta’ kull dipartiment
għandhom jiġu preparati mill-kap tad-dipartiment relattiv u
mibgħuta permezz tal-Ministru responsahbli għad-dipartiment
tiegħu lis-Segretarju flimkien ma’ kull tagħrif li jista’ jkun
meħtieġ.
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 3
Diviżjoni u 
suddiviżjoni ta’ 
estimi.
9. L-estimi għandhom jiġu diviżi f’dawk il-kapi u sottokapi u
partiti kif il-Ministru jista’ jordna. Għandhom juru kontra kull
partita ta’ dħul u nefqa l-ammont stmat għas-sena finanzjarja
sussegwenti, l-ammont ta’ l-estimi approvati tas-sena finanzjarja
korrenti u n-nefqa attwali ta’ l-aħħar sena finanzjarja li tkun
għalqet.
Nefqa provduta 
b’liġi speċjali.
10. (1) Meta n-nefqa ta’ dipartiment tkun provduta parti
b’voti annwali u parti b’liġi speċjali, l-ammont provdut bil-liġi
għandu jiġi muri kif jixraq sabiex l-estimi juru taħt kull kap kull
partita li tkun mistennija li tokkorri fil-kors ta’ ħlas matul is-sena
ta’ l-estimi, magħduda mhux biss dawk li jkunu sottomessi lill-
Kamra tad-Deputati għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni iżda
ukoll dawk li, billi jkunu ġà  provduti, jkunu inklużi fl-estimi għall-
informazzjoni biss.
(2) Il-liġi li tawtorizza n-nefqa provduta għandha tiġi
msemmija f’kull każ.
Estratti ta’ dħul u 
ta’ nefqa.
11. L-estimi ta’ dħul u l-estimi ta’ nefqa għandu jkollhom
qabilhom estratti li juru t-totali tal-kapijiet kollha fl-estimi. L-
estratti għandhom juru f’kolonni separati:
(a) id-dħul u n-nefqa attwali ta’ l-aħħar sena finanzjarja li
tkun għalqet;
(b) l-estimi approvati għas-sena finanzjarja korrenti;
(ċ) l-estimi riveduti għas-sena finanzjarja korrenti; u
(d) id-dħul u n-nefqa stmati għas-sena finanzjarja li taħbat
wara.
L-estimi ta’ dħul 
għandhom jinkludu 
d-dħul gross.
12. L-estimi ta’ dħul għandhom jinkludu d-dħul gross tal-
Gvern, ħlief ħlas lura ta’ avvanzi, rikavati minn self approprjat
b’liġi għal xogħlijiet speċjali, ammonti riċevuti minn bejgħ ta’
impieg ta’ flejjes, depożiti u rimessi. Għandhom jinkludu d-
drittijiet, ammonti dovuti, multi u kirjiet li għandhom jitħallsu fit-
Teżor.
Kapi ta’ dħul.
B’mod ġenerali, jaqa’ taħt erba’ gruppi:
(i) dazji, taxxi, liċenzi, drittijiet u ammonti oħra
riċevuti bħal dawn;
(ii) ammonti riċevuti għal, jew b’għajnuna ta’,
servizzi speċifiċi tal-Gvern;
(iii) ammonti riċevuti akkont ta’ impriżi ta’ xorta
kummerċjali; u
(iv) dħul minn proprjetà  tal-Gvern bħalma hija art,
djar u impiegi ta’ flejjes.
Suddiviżjoni ta’ 
kapi ta’ dħul.
14. Dawn il-gruppi jistgħu jiġu suddiviżi f’diversi kapi. Iżda
ebda kap ma għandu jikkomprendi partiti li jkunu taħt gruppi
differenti u d-dħul miksub minn tassazzjoni għandu jintgħaraf
faċilment minn dħul mhux hekk miksub.
L-estimi ta’ nefqa 
għandhom ikunu 
eżatti kemm jista’ 
jkun possibbli.
15. L-estimi ta’ nefqa għandhom jiġu hekk formulati li juru
kemm jista’ jkun possibbli l-ammonti li jkunu mistennija li jintefqu
attwalment matul is-sena finanzjarja. Kull kap ta’ nefqa għandu
jinkludi, kemm jista’ jkun possibbli, il-partiti kollha li jirriferixxu -
4 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
għal dak is-servizz partikolari sabiex juru b’mod ċar il-kost totali
stmat ta’ dak is-servizz matul is-sena finanzjarja.
L-estimi 
dipartimentali ma 
għandhomx 
jinkludu 
provvedimenti 
mhux awtorizzati.
16. Kull kap ta’ dipartiment għandu jiżgura li s-servizzi kollha
li jistgħu jkunu raġonevolment previsti jkunu inklużi fl-estimi
dipartimentali tiegħu u li ebda provvediment mhux awtorizzat ma
jkun imdaħħal fih.
Suddiviżjoni ta’ 
estimi ta’ nefqa.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1983.
17. L-estimi ta’ nefqa ghandhom jiġu suddiviżi taħt l-
intestaturi "salarji personali", "spejjeż għat-tħaddim u għall-
manutenzjoni" u "nefqa speċjali".
Salarji personali.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1983.
18. (1) Taħt "salarji personali" għandhom jidhru s-salarji
basiċi ta’ uffiċjali pubbliċi, l-allowances kollha bħal dawk
personali, għal xogħol, divertiment, kariga bħala aġent,
espatrjazzjoni u allowances għal dar, allowances minflok post ta’
residenza, fuel u dawl, allowances għal ħwejjeġ imħallsa bi flus
kontanti, drittijiet, perċentaġġi jew kummissjonijiet, u
kontribuzzjonijiet tas-sigurtà  nazzjonali li jitħallsu mill-Gvern
bħala prinċipal.
(2) Allowances għal traġitt u trasport li jiġu mogħtija
minħabba spiża fis-servizz pubbliku ma għandhomx jiġu inklużi
bħala partiti ta’ salarji personali.
(3) Is-salarji pensjonabbli għandhom ikunu distinti minn dawk
mhux pensjonabbli b’asterisk jew b’marka oħra.
Is-salarji 
ghandhom ikunu 
inklużi.
19. (1) Meta uffiċjal jirċievi salarji taħt aktar minn kap
wieħed il-fatt għandu jkun muri bi cross references jew b’nota
spjegattiva fl-aħħar tal-paġna.
(2) Kull pensjoni jew allowance ta’ kumpens, jew salarji oħra
dwar servizz pubbliku, magħdud il-provvediment ta’ residenza
uffiċjali, għandha tiġi murija wkoll.
Spejjeż għat-
tħaddim u għall-
manutenzjoni.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1983.
20. Taħt "spejjeż għat-tħaddim u għall-manutenzjoni"
għandhom jiġu inklużi s-servizzi kollha ta’ xorta rikorrenti li ma
jkunux salarji personali li jistgħu jkunu mqassma kif imiss lid-
dipartiment partikolari.
Nefqa speċjali. 21. Taħt "nefqa speċjali" għandhom ikunu inklużi partiti ta’
xorta mhux rikorrenti.
Spejjeż inċidentali.
Emendat:
A.L. 55 ta’ l-1983.
22. (1) Is-salarji personali totali ta’ kull dipartiment
għandhom jifformaw sottokap wieħed u partiti żgħar taħt "spejjeż
għat-tħaddim u għall-manutenzjoni" mhux ta’ karattru distint
jistgħu jiġu aggruppati taħt sottokap ta’ "spejjeż inċidentali". Il-
partiti mhux hekk aggruppati għandhom jidhru bħala sottokapi
separati.
(2) Ma għandu jsir ebda provvediment għal "nefqa mhux
prevista".
Kap mixxellanji. 23. Ebda partita ta’ dħul jew nefqa ma għandha tiġi inkluża
taħt il-kap "mixxellanji" li tista’ titqiegħed kif imiss taħt xi kap
ieħor, u, jekk ikun meħtieġ, sottokapi ġodda għandhom jiġu
miftuħa għal kull partita tali.
Kapi u sottokapi 
ġodda.
24. Kapi jew sottokapi ġodda għandhom jiġu miftuħa għal
partiti ta’ ammonti riċevuti jew minfuqa li ma jaqgħux kif imiss
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 5
taħt xi waħda minn dawk li ġà  jidhru fl-estimi.
Proposti għal 
xogħlijiet jew 
servizzi ġodda jew 
persunal 
addizzjonali.
25. Il-proposti kollha għal xogħlijiet jew servizzi ġodda jew
persunal addizzjonali li jkun meħtieġ li jsir provvediment għalihom
fl-estimi għandhom jiġu mibgħuta qabel l-estimi mill-kapijiet tad-
dipartiment lis-Segretarju permezz tal-Ministru responsabbli għad-
dipartiment tagħhom.
Tagħrif sħiħ u 
estimu eżatt 
għandhom imorru 
mal-proposti.
26. (1) Ebda proposta ma għandha tiġi mressqa mingħajr it-
tagħrif sħiħ dwar l-aspetti finanzjarji tagħha u l-estimu eżatt kemm
jista’ jkun tal-fondi li aktarx ikunu meħtieġa.
Provvediment ta’ 
fondi b’eċċess ta’ 
l-estimu.
(2) Il-provvediment ta’ fondi b’eċċess ta’ dawk stmati jistgħu
jiġu miċħuda kemm-il-darba ma jkunx jista’ jiġi muri illi r-
raġunijiet ta’ l-eċċess ma setgħax ikun jaf bihom jew jiġu
kontrollati mid-dipartiment u illi ma kien hemm ebda traskuraġni
fil-preparazzjoni ta’ l-estimi oriġinali.
Għandu jkun 
hemm 
spjegazzjonijet 
flimkien ma’ l-
estimi.
27. L-estimi għandu jkollhom magħhom spjegazzjonijiet dwar
kull partita ta’ xorta mhux solita li jkun hemm fihom u ta’ kull
differenza importanti taħt kull partita bejn in-nefqa proposta jew
id-dħul antiċipat u l-estimi approvati għas-sena ta’ qabel, kif murija
fil-kolonni paralleli.
Nefqa ta’ kapital.
għandhom jiġu magħmula skond dawk l-istruzzjonijiet li jistgħu
jiġu maħruġa minn żmien għal żmien mill-Ministru.
Prospett ta’ l-attiv 
u l-passiv u 
prospett dwar il-
posizzjoni 
finanzjarja stmata.
29. L-estimi għandu jkollhom magħhom prospett ta’ l-attiv u
tal-passiv tal-Gvern fl-egħluq ta’ l-aħħar sena finanzjarja
kompletata, u prospett li juri l-posizzjoni finanzjarja stmata tal-
Gvern fil-bidu tas-sena finanzjarja li għaliha l-estimi jirriferixxu.
Estimi riveduti ta’ 
nefqa.
30. (1) Is-Segretarju jista’ kif u meta meħtieġ matul is-sena
finanzjarja jitlob lill-kapijiet tad-dipartimenti biex jissottomettu
previżjonijiet dwar in-nefqa totali stmata li għandha tiġi addebitata
matul is-sena finanzjarja taħt il-kapi ta’ nefqa taħt il-kontroll
tagħhom.
(2) Dawn il-previżjonijiet għandhom juru għal kull sotto-kap
ta’ l-estimi l-ammont nrovdut, in-nefqa antiċipata, u kull
varjazzjoni mill-ammont provdut, flimkien ma’ spjegazzjoni dwar
dawk il-varjazzjonijiet b’riferenza għall kull awtorizzazzjoni li
setgħet inkisbet għalihom.
Eċċessi.
ma jikkostitwix fih innifsu xi awtorizzazzjoni biex isir.
(2) Dik l-awtorizzazzjoni għandha f’kull każ tiġi mitluba
separatament u għandhom jingħataw raġunijiet xierqa li
jiġġustifikaw in-nefqa b’eċċess.
Estimi riveduti ta’ 
dħul.
32. Il-previżjonijiet ta’ dħul, fuq l-istess linji ta’ dawk tan-
nefqa, jistgħu jiġu mitluba mis-Segretarju kif u meta meħtieġa
matul il-kors tas-sena finanzjarja.
Ċ. RIĊEVUTI
Reġistrazzjonijiet 
ta’ riċevuti fil-
kontijiet.
33. Ir-reġistrazzjonijiet kollha tar-riċevuti fil-kontijiet
għandhom jiġu dokumentati fil-formula preskritta minn jew skond
xi liġi jew regolament. 
6 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
Riċevuti u kotba 
tar-riċevuti.
Emendat:
A.L. 34 ta’ l-1979;
A.L. 27 ta’ l-2000.
34. (1) Ħlief fejn ikun provdut xort’oħra u f’każijiet meta ma
jkunux meħtieġa riċevuti (bħalma hu bejgħ ta’ bolli) jew il-
Ministru jkun ordna xort’oħra, l-uffiċjali ta’ kontijiet għandhom
jagħtu riċevuti minn kotba ta’ formuli li jkollhom numri
konsekuttivi stampati, għal kull somma mħallsa lilhom.
(2) Il-provvista u l-kustodja tar-riċevuti għandha ssir kif jiġi
ornat mill-Accountant General.
(3) Il-formuli tar-riċevuti mħassra għandhom jiġu mehmuża
mad-duplikati tagħhom.
Liċenzi u permessi. 35. Il-liċenzi u l-permessi kollha li jsir ħlas għalihom
għandhom jiġu maħruġa minn counterfoil books stampati b’numri
konsekuttivi.
Rimessa lil bank 
awtorizzat jew lit-
Teżor.
Sostitwit:
A.L. 24 ta’ l-1971.
36. Kemm-il darba ma jkunx awtorizzat mis-Segretarju, kull
uffiċjal ta’ kontijiet, ħlief l-Accountant General, għandu jħallas
kull jum f’bank awtorizzat jew fit-Teżor kull somma ta’ tletin lira
jew somma akbar li tiġi f’idu u kull meta l-ammont totali tal-ġbir
f’idu jilħaq tletin lira għandu hekk jitħallas fl-istess ġurnata:
Iżda l-ġbir kollu, żgħir kemm ikun żgħir l-ammont, għandu
jitħallas f’bank awtorizzat jew fit-Teżor kull nhar ta’ Ġimgħa u kull
l-aħħar ġurnata tax-xogħol ta’ kull xahar.
Skedi jew estratti 
tad-dħul.
37. Il-ħlasijiet fit-Teżor minn kolletturi ta’ dħul għandhom
ikunu ġustifikati f’kull każ b’dawk l-iskedi jew estratti dettaljati kif
jista’ jordna l-Accountant General.
Meta uffiċjal li ma 
jkunx kollettur 
regolari ta’ dħul 
jirċievi flejjes 
pubbliċi.
38. Kull meta uffiċjal pubbliku, li ma jkunx kollettur regolari
ta’ dħul, jirċievi flejjes pubbliċi, huwa għandu jħallashom lill-
Accountant General jew lill-uffiċjal ta’ kontijiet tad-dipartiment
tiegħu mingħajr dewmien, u għandu jikseb riċevuta għall-ammont
hekk imħallas.
Għoti ta’ kont ta’ 
dħul lit-Teżor.
39. Fil-każijiet kollha l-ammonti totali riċevuti għandhom
jitħallsu fit-Teżor jew jingħata kont tagħhom lit-Teżor. 
Użu ta’ flejjes 
pubbliċi.
40. Bejn il-ħin li jiġu irċevuti u l-ħin tal-ħlas f’bank awtorizzat
jew fit-Teżor, jew lil uffiċjal ta’ kontijiet, ma ghandu jsir ebda użu
mill-flejjes pubbliċi b’mod ikun li jkun; u anqas ma għandu ebda
uffiċjal javvanza jew jislef xi somma li dwarha jkun responsabbli
lejn il-Gvern.
Telf ta’ dħul 
minħabba 
traskuraġni jew 
ħtija ta’ uffiċjal.
41. Jekk f’xi żmien id-dħul pubbliku jsofri telf minħabba t-
traskuraġni jew ħtija ta’ xi uffiċjal, huwa jkun responsabbli għar-
rifużjoni ta’ l-ammont.
Ħlasijiet b’cheque. 42. (1) Jistgħu jiġu aċċettati cheques bi ħlas għal ammonti
dovuti bla ħsara għad-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) cheques maħruġa f’isem persuni jew istituzzjonijiet
barra minn Malta jistgħu jiġu aċċettati biss bl-awtorità
preċedenti tal-kap tad-dipartiment;
(b) ebda cheque ta’ data posterjuri ma għandu jiġi
aċċettat;
(ċ) cheques mogħtija bi ħlas ta’ dazji tad-dwana,
importazzjoni, esportazzjoni jew dazji tas-sisa ma
għandhomx jiġu aċċettati kemm-il darba ma jkunux
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 7
dikjarati "aċċettati għall-ħlas" mill-bank li fuqu jkunu
maħruġa jew kemm-il darba ma jkunux għal ammonti
li jkunu żgurati b’garanzija ta’ bank.
(2) L-uffiċjali ta’ kontijiet għandhom jibgħatu kull jum lill-
bank awtorizzat indikat għal dan l-iskop mill-Accountant General
kull cheque riċevut minnhom matul il-kors tal-ġurnata.
(3) Dawn iċ-cheques, jekk maħruġa fuq il-bank awtorizzat li
fih jiġu mħallsa, għandhom ikunu ġirati "Ikkredita lill-Kont
Pubbliku", jew, jekk maħruġa fuq xi bank ieħor, għandhom ikunu
hekk ġirati b’mod li jkunu jistgħu jitħallsu, għak-kreditu tal-Kont
Pubbliku, lill-bank awtorizzat li lilu jkunu mibgħuta.
Prospett minn 
uffiċjali ta’ 
kontijiet dwar id-
dħul miġbur.
43. (1) L-uffiċjali kollha ta’ kontijiet għandhom jibgħatu lill-
Accountant General kull nhar ta’ Ġimgħa u fl-aħħar ġurnata tax-
xogħol ta’ kull xahar, kif ukoll f’dawk il-ġranet li l-Accountant
General jista’ jitlob, prospett flimkien mar-riċevuti tal-bank li juri
d-dħul totali miġbur matul il-perijodu li jiġi wara l-aħħar prospett
tal-ġimgħa u l-klasslfikazzjoni ta’ dak id-dħul taħt il-kapi u l-partiti
xierqa.
(2) Meta ma jkun inġabar ebda dħul għandu jiġi mibgħut
rendikont "Nil" lill-Accountant General.
Flejjes imdaħħla 
b’depożitu jew bi 
trust.
44. Prospett fil-ġimgħa tal-flejjes imdaħħla b’depożitu jew bi
trust għandu wkoll jiġi mibgħut lill-Accountant General. 
Spjegazzjoni għal 
nuqqas li 
jintbagħat prospett 
tal-ġimgħa.
45. Meta ma jiġi mibgħut ebda prospett tal-ġimgħa lill-
Accountant General fil-ġranet xierqa fil-ħin biex jiġi inkluż fil-
cash account, għandha tingħata spjegazzjoni soddisfaċenti mill-kap
tad-dipartiment fejn jagħti r-raġuni għal dak in-nuqqas.
Id-dħul ma 
għandux jitħalla 
jaqa’ f’arretrat.
46. (1) L-Accountant General għandu jirrapporta lill-Ministru
kull nuqqas min-naħa ta’ uffiċjal ta’ kontijiet milli jirċievi u jagħti
kont kif imiss dwar xi somma mdaħħla minnu.
(2) L-Accountant General għandu jirrapporta wkoll lill-
Ministru kull każ li dwaru jista’ jkollu raġuni jaħseb li d-dħul
qiegħed jaqa’ f’arretrat bla bżonn.
(3) Il-kapijiet tad-dipartimenti għandhom bl-istess mod
jirrapportaw f’ċirkostanzi simili lill-Accountant General u jibgħatu
kopja tar-rapport lill-Awditur Ġenerali.
Ġbir ta’ ħlasijiet 
żejda.
Għoti ta’ kont.
47. L-ammonti riċevuti ta’ flejjes pubbliċi permezz ta’ ġbir ta’
ħlasijiet żejda għandu jingħata kont tagħhom kif ġej, jiġifieri: 
(a) ammonti riċevuti dwar ħlasijiet żejda mill-Fond
Konsolidat għandhom jiġu akkreditati -
(i) lis-sottokap ta’ Dħul f’dawk il-każijiet meta
sotto-kap ad hoc ikun muri fl-estimi;
(ii) f’każijiet oħra:
(1) lill-kap u sottokap ta’ nefqa li fih il-ħlas
żejjed kien addebitat, jekk magħmul min-
nefqa ordinarja u miġbura matul l-istess sena
finanzjarja tal-ħlas żejjed;
(2) lid-Dħul taħt il-kap ta’ ammonti riċevuti
mixxellanji jekk magħmula minn nefqa
8 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
ordinarja f’xi sena finanzjarja qabel dik ta’
dak il-ġbir;
(3) b’dak il-mod kif l-Accountant General
jordna, jekk magħmula min-nefqa kapitali
f’xi sena finanzjarja.
(2) Ammonti riċevuti dwar ħlasijiet żejda minn xi Fond jew
minn xi kont taħt il-linja magħmula f’xi sena finanzjarja għandhom
ikunu akkreditati lill-Fond relattiv jew lill-kont taħt il-linja skond
il-każ.
Rifużjonijiet ta’ 
dħul.
48. Ħlief fil-każ ta’ ħlas lura ta’ dazji tad-dwana u ta’ dazji tas-
sisa, rimborżi ta’ dazju mħallas żejjed u rimborżi ta’ taxxi miġbura
skond il-liġijiet dwar it-taxxa tas-suċċessjoni u donazzjoni u dwar
it-taxxa fuq l-income, u ħlief meta l-Ministru jordna xort’oħra, ir-
rifużjonijiet kollha ta’ dħul jeħtieġu l-approvazzjoni preċedenti tas-
Segretarju qabel ma jsir il-ħlas.
Rendikontijiet 
dwar arretrati ta’ 
dħul u ta’ 
pretensjonijiet 
abbandunati.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1980.
49. (1) L-uffiċjali kollha inkarigati mis-sorveljanza tal-ġbir
ta’ dħul jew flejjes oħra dovuti lill-Gvern għandhom jagħtu lill-
Accountant General biex jiġu mibgħuta lill-Awditur Ġenerali
rendikontijiet annwali in duplikat li juru l-istat ta’ l-arretrati fil-
ġbir ta’ dawk is-somom, flimkien mar-raġunijiet għan-nuqqas ta’
ġbir.
(2) Ir-rendikontijiet dwar arretrati ta’ dħul jew pretensjonijiet
abbandunati għandhom jiġu sottomessi kemm jista’ jkun malajr u
f’kull każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena u
għandhom jinkludu l-ammonti kollha li għandhom jinġabru sal-31
ta’ Diċembru, iżda li jkunu baqgħu ma tħallsux sa l-aħħar ta’
Jannar ta’ wara.
(3) Fil-każ li ma jkunx hemm arretrati bħal dawn għandu jiġi
mibgħut rendikont "Nil".
D. ĦLASIJIET
Ħlasijiet ta’ flejjes 
pubbliċi.
Emendat:
A.L. 81 ta’ l-1973;
A.L. 41 ta’ l-1982.
50. (1) Il-ħlasijiet kollha ta’ flejjes pubbliċi, kemm dawk
miżmuma f’Malta kemm dawk ta’ barra mmn Malta, għandhom
isiru bl-awtorità  tal-Ministru mill-Accountant General, li huwa l-
uniku uffiċjal awtorizzat li jirtira kontijiet pubbliċi jew kontijiet
oħra miftuħa bis-saħħa ta’ l-artikolu 15 ta’ l-Att.
(2) Il-ħlasijiet fir-Renju Unit għandhom isiru permezz ta’ l-
Aġenti tal-Kuruna għall-Gvernijiet u Amministrazzjonijiet ’il
hemm mill-Ibħra għal dak iż-żmien jew permezz ta’ intermedjarju
ieħor kif il-Ministru jista’ jaħtar.
(3) Il-ħlasijiet f’kull pajjiż ieħor għandhom isiru permezz ta’ l-
Aġenti tal-Kuruna jew permezz ta’ xi bank jew aġenzija oħra kif l-
Accountant General jista’ jqis xieraq f’dak iż-żmien.
(4) L-ordnijiet għal ħlasijiet minn kontijiet imsemmija fis-
subregolament (1) għandhom ikunu ffirmati mill-Accountant
General; jew għan-nom tiegħu mill-Assistent Accountant General,
jew minn xi uffiċjal ieħor li jaħdem fit-Teżor ta’ grad mhux anqas
minn uffiċjai amministrattiv li l-Accountant General jista’
jiddelega għal hekk:
Iżda, fil-każ tal-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’ Malta,
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 9
ħlasijiet bi draft għandhom ikunu iffirmati minn uffiċjal mhux taħt
il-grad ta’ assistent amministrattiv u minn uffiċjal ieħor mhux taħt
il-grad ta’ uffiċjal eżekuttiv, kemm-il darba dawk l-uffiċjali
jingħataw delega bil-miktub mingħand l-Accountant General bħala
uffiċjali xierqa għal dak l-għan.
(5) Dawn l-ordnijiet għandhom ukoll f’kull każ ikunu iffirmati
mill-uffiċjal li għal dak iż-żmien ikun qed jagħmilha ta’ kaxxier
jew assistent kaxxier fit-Teżor.
(6) L-ordnijiet għal ħlas minn kontijiet miżmuma għand l-
Aġenti tal-Kuruna jew għand dik il-persuna jew persuni oħra li
jistgħu jkunu maħtura kif intqal qabel għandhom ikunu ffirmati
mill-Accountant General, l-Assistent Accountant General jew minn
xi uffiċjal amministrattiv li jkun qed jaħdem fit-Teżor li l-
Accountant General jista’ jiddelega biex jiffirma dawk l-ordnijiet
għan-nom tiegħu.
Warrant ta’ nefqa.
preparat mis-Segretarju.
Ħlas b’vouchers.
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1982.
52. (1) Kull talba għall-ħlas ta’ flejjes pubbliċi għandha
titqiegħed f’voucher f’dik il-forma li l-Accountant General jista’
jordna, u għandha tiġi addebitata kontra l-kap u sottokap jew kont
xieraq u attestata mill-kap tad-dipartiment interessat jew minn xi
uffiċjal ieħor mhux taħt il-grad ta’ assistent amministrattiv li dak
il-kap tad-dipartiment jista’ jiddelega biex jiffirma għan-nom
tiegħu u li l-accountant general ikun għaraf bħala l-uffiċjal xieraq
għal hekk.
(2) Il-vouchers kollha għandu jkollhom partikolaritajiet sħaħ
ta’ kull servizz, bħal dati, numri, kwantitajiet, distanzi u rati,
sabiex ikunu jistgħu jiġu verifikati mingħajr riferenza għal ebda
dokument ieħor, u għandu jkollhom magħhom il-fatturi, sub-
vouchers, kontijiet, ċertifikati relattivi u kull dokumenti oħra
ġustifikattivi.
(3) Mal-firmar ta’ voucher, l-uffiċjal in kwistjoni għandu
jiċċertifika l-eżattezza ta’ kull dettal fil-voucher. Huwa jinżamm
responsabbli illi s-servizzi speċikati jkunu saru kif imiss, illi l-
prezzijiet imħallsa huma jew skond l-kuntratt jew skond rati
approvati, jew ġusti u raġonevoli skond ir-rati lokali korrenti, li
tkun mkisbet awtorità  kif ikkwotata, illi l-għadd u l-kalkoli jkunu
ġew verifikati u huma korretti skond l-aritmetika, illi l-persuni
msemmija fil-vouchers huma dawk intitolati li jirċievu l-ħlas, illi l-
ħażniet mixtrija ġew meħuda kif imiss, illi l-kap u sottokap ta’ l-
estimi kwotati jifilħu l-ħlas, u li l-oġġetti jew servizzi speċifikati
ġew mixtrija jew mogħtija skond ir-regolamenti korrenti.
(4) Meta jiġu mogħtija provvisti jew jiġi magħmul xogħol bi
ftehim jew b’kuntratt, għandu jiġi mwaħħal mal-voucher ċertifikat
illi l-ħlasijiet huma skond il-pattijiet tal-kuntratt jew tal-ftehim, li,
dwar provvisti, l-oġġetti ġew riċevuti, u, fil-każ ta’ xogħol, li x-
xogħol sar kif imiss.
(5) Fil-każ ta’ ħlas akkont ma għandux jintalab aktar mill-
prezz tax-xogħol attestat li jkun sar.
(6) Meta jsir tnaqqis mill-ammont li għandu jitħallas fuq
10 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
kuntratt dwar penalità  jew multa għandha titħallas is-somma netta
biss.
Ħlasijiet mhux 
awtorizzati.
53. Fil-każ li jsir ħlas mhux awtorizzat minħabba ċertifikat
mhux korrett fuq voucher, l-uffiċjal li jkun iffirma ċ-ċertifikat
għandu jinżamm responsabbli u l-ammont jista’ jintalab b’rifużjoni
minn għandu.
Ħlasijiet minn 
dipartiment f’isem 
dipartiment ieħor.
54. (1) Ħlasijiet magħmula minn dipartiment wieħed f’isem
dipartiment ieħor, għandhom jiġu mitluba kemm jista’ jkun malajr
minn dak ta’ l-ewwel lil dan ta’ l-aħħar. 
(2) Dawn it-talbiet għandu jkollhom magħhom il-vouchers
oriġinali.
Kif għandhom isiru 
l-ħlasijiet.
Emendat:
A.L. 12 ta’ l-1970;
A.L. 95 ta’ l-1975.
55. (1) Ħlief meta jkun awtorizzat xort’oħra, il-ħlasijiet kollha
għandhom isiru permezz tat-Teżor.
(2) Jekk l-Accountant General ma jidhirlux xieraq li jagħmel
xi arranġamenti oħra, il-vouchers għal-ħlas permezz tat-Teżor
għandhom jiġu preżentati kompleti fl-aspetti kollha u flimkien ma’
estratt iffirmat fit-Teżor sa l-20 ta’ kull xahar.
(3) Ħlasijiet sa ħmistax-il lira jistgħu jsiru direttament mid-
dipartimenti.
(4) Fil-każ ta’ dipartimenti li jkunu awtorizzati skond l-
artikolu 13 ta’ l-Att li jżommu kont tal-bank f’isimhom proprju, il-
ħlasijiet ’il fuq minn ħmistax-iol lira għandhom isiru bi draft fuq
dak il-kont. Dan id-draft għandu jiġi ffirmat mil-kap tad-
dipartiment interessat jew minn uffiċjal mhux taħt il-grad ta’
uffiċjal amministrattiv, delegat għal hekk minnu u minn uffiċjal
ieħor mhux taħt il-grad ta uffiċjal esekuttiv, salv li dawn iż-żewġ
uffiċjali jkunu magħrufa mill-Accountant General bħala uffiċjali
xierqa għal dak l-iskop.
(5) Il-Ministru jista’ jeżenta kull ambaxxata, uffiċċju konsulari
jew uffiċċju ieħor ta Malta li jkun barra minn Malta milli jħares id-
disposizzjoni ta’ l-aħħar subregolament ta’ qabel dan, jekk ikun
sodisfatt li ċ-ċirkostanzi tal-post fejn l-ambaxxata, uffiċċju
konsulari jew uffiċċju ieħor ikun qiegħed ikunu hekk illi dak it-
tħaris huwa diffiċli ħafna jew impossibbli.
(6) Dan ir-regolament ma għandux japplika għall-ħlas ta’ pagi
u salarji.
Paylists u 
vouchers.
56. (1) Fil-każ ta’ salarji u pagi mħallsa fuq bażi fix-xahar jew
kull ħmistax-il ġurnata, il-paylists jew il-vouchers relattivi
għandhom jiġu preparati mit-Teżor minn tagħrif mogħti minn
dipartimenti skond l-istruzzjonijiet maħruġa mill-Accountant
General.
(2) Il-ħlasijiet attwali għandhom isiru mid-dipartimenti.
(3) L-Accountant General ikun responsabbli għall-korrettezza
ta’ l-għadd tas-salarji skond ir-rati u r-regolamentl approvati, għat-
tnaqqis xieraq mis-salarji akkont ta’ kontribuzzjonijiet jew obbligi
oħra u għandu jiċċertifika kull paylist jew voucher skond hekk.
(4) Il-kap tad-dipartiment interessat ikun responsabbli għall-
korrettezza tat-tagħrif kollu li jista’ jkun mitlub jagħti lill-
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 11
Accountamt General għall-iskop ta’ l-għadd tas-salarji u għaż-
żidiet u tnaqqis kollu. Huwa għandu jiċċertifika fuq il-paylist jew
voucher li s-salarji, pagi, żidiet u allowances għall-perjodu
msemmi fih huma dovuti għal servizzi mogħtija mill-persuni
msemmija, li hemm fondi disponibbli u li l-ġrajja ta’ l-ispiża hija
korretta.
Ħlasijiet bi flus 
kontanti.
57. (1) Sabiex jagħmlu ħlasijiet bi flus kontanti l-uffiċjali ta’
kontijiet għandhom jiġbdu mit-Teżor permezz ta’ skeda li għandha
tiġi preżentata fit-Teżor mill-anqas tliet ijiem utili qabel il-ġurnata
li fiha jkunu meħtieġa l-flus. Din l-iskeda għandu jkollha magħha
estratt tal-vouchers in duplikat u l-vouchers relattivi. L-iskeda, l-
estratt u l-vouchers għandhom ikunu ffirmati kif jmiss u kompletati
fl-aspetti kollha.
(2) L-iskeda u kopja waħda ta’ l-estratt għandhom jinżammu
fit-Teżor u l-vouchers u kopja ta’ l-estratt għandhom jiġu mibgħuta
lura lid-dipartiment interessat flimkien mad-draft għall-ammont
mitlub.
(3) Il-proċedura mfissra fis-subregolamenti (1) u (2) għandha
ssir ukoll mill-uffiċjali ta’ kontijiet awtorizzati biex iżommu
kontijiet ta’ bank separati u fil-każ ta’ ħlasijiet sa ħmistax-il lira
magħmula direttament mid-dipartimenti.
Ħlasijiet bi drafts.
tagħhom bi draft, in-numru tad-draft għandu jitniżżel dejjem fuq il-
voucher relattiv u meta d-drafts jiġu mibgħuta lura mħallsa mill-
bank għandhom jitwaħħlu mal-vouchers relattivi.
(2) Dawn il-vouchers bid-drafts imwaħħla għandhom jiġu
mibgħuta lura lit-Teżor kemm jista’ jkun malajr wara li d-drafts
mħallsa jiġu mibgħuta lura mill-bank, iżda f"kull każ mhux aktar
tard minn tliet xhur wara d-data li fiha l-flus ikunu ġew irtirati mit-
Teżor.
Drafts mhux 
preżentati.
Emendat:
A.L. 173 ta’ l-
1999.
59. (1) Meta drafts jibqgħu mhux preżentati wara li jgħaddu
sitt xhur, id-dipartiment interessat għandu jirrimetti l-ammont
relattiv lill-Kont Pubbliku għaf-favur ta’ Kont ta’ Depożitu Ieħor
"Drafts Mhux Imħallsa" u l-vouchers relattivi b’nota xierqa
għandhom jiġu mibgħuta lura lit-Teżor flimkien ma’ dawk li
dwarhom ikunu tħallsu d-drafts. Kopja ta’ l-estratt relattiv għandha
tintbgħat ukoll mal-vouchers.
(2) Drafts mhux preżentati prodotti għat-tiġdid għandhom jiġu
mħassra u mibgħuta mid-dipartiment lit-Teżor flimkien ma’
voucher ġdid għal ħlas mill-Kont ta’ Depożitu Ieħor "Drafts Mhux
Imħallsa".
Vouchers imħallsa 
u mhux imħallsa.
Rimessa ta’ 
ammonti mhux 
imħallsa lil bank 
awtorizzat.
60. (1) Il-vouchers imħallsa minn dipartimenti b’kontanti
minn flejjes miġbuda mit-Teżor bi skeda għandhom jiġu mibgħuta
lura lit-Teżor bir-riċevuti u bollati kif imiss u flimkien ma’ kopja
ta’ l-estratt relattiv mhux aktar tard mill-15 tax-xahar li jaħbat wara
dak li fih il-flus ikunu ġew irtirati.
(2) Kull ammonti li jibqgħu fl-idejn dwar vouchers mhux
imħallsa għandhom jiġu mibgħuta minnufih lil bank awtorizzat
għal kreditu tal-kont pubbliku u għandu jingħata kont tagħhom lit-
Teżor bħala rimessa ordinarja.
12 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
(3) Il-vouchers mhux imħallsa għandhom jiġu mibgħuta lit-
Teżor b’nota xierqa. Vouchers ġodda għandhom wara dan jiġu
mibgħuta ma’ l-iskeda ta’ wara.
Preparazzjoni u 
preżentar ta’ 
vouchers.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1980.
61. (1) Fl-aħħar ta’ kull xahar, l-uffiċjali ta’ kontijiet
għandhom, kemm jista’ jkun possibbli, jitolbu lill-fornituri ta’
servizzi u ħażniet awtorizzati biex jibgħatu t-talbiet tagħhom
għeluq l-ewwel għaxart ijiem tax-xahar li jaħbat wara.
(2) Il-vouchers li għandhom jitħallsu fit-Teżor għandhom jiġu
preparati fil-formula preskritta, ġustifikati b’sub-vouchers, meta
jkun meħtieġ, u għandu jkollhom partikolaritajiet sħaħ. Dawn il-
vouchers ċertifikati kif imiss mill-uffiċjali ta’ kontijiet għandhom
jiġu mibgħuta lit-Teżor b’estratt għeluq l-ewwel għoxrin ġurnata
sussegwenti għax-xahar li għalih jirriferixxu.
(3) Fl-aħħar xahar ta’ kull sena finanzjarja, il-vouchers kollha
għal provvisti magħmula sal-15 ta’ Diċembru għandhom jiġu
preżentati għall-ħlas fit-Teżor mhux aktar tard mill-20 ta’ dak ix-
xahar.
Garanziji qabel il-
ħlas.
62. Qabel ma jiġi awtorizzat xi ħlas, l-Accountant General
għandu jissodisfa ruħu illi l-ġrajja ta’ l-ispiża hija korretta, illi l-
ħlas ma jgibx eccess fuq il-provvediment awtorizzat għas-servizz,
illi jkun ġie mogħti tagħrif xieraq fuq il-voucher dwar ix-xorta tas-
servizzi mogħtija jew tal-provvisti konsenjati, u illi ċ-ċertifikat ġie
ffirmat mill-uffiċjal xieraq.
Tiżmim ta’ 
ħlasijiet.
63. Jekk jidher lill-Accountant General li xi voucher ta’ ħlas
ikun imniżżel għal servizz mhux inkluż fl-estimi jew li jkun
b’eċċess ta’ provvediment awtorizzat għas-servizz, jew jekk ikun
b’xi mod ineżatt jew żbaljat, għandu jżomm il-ħlas u jibgħat lura l-
voucher lid-dipartiment interessat.
Vouchers separati 
għal sottokapi 
separati.
64. Vouchers separati għandhom, kemm jista’ jkun possibbli,
jiġu wżati għal sottokapi separati u għall-ħlas ta’ servizzi
differenti, b’mod speċjali f’każijiet meta kull servizz ikun ġie
awtorizzat separatament.
Rimborżi ta’ 
spejjeż lil uffiċjali 
pubbliċi.
65. (1) Kull meta uffiċjali pubbliċi jippreżentaw talbiet għal
rimborż ta’ spejjeż magħmula minnhom għal servizz pubbliku,
għandhom jiġu prodotti sub-vouchers fil-forma ta’ riċevuti attwali.
(2) Meta ma jkunux jistgħu jinkisbu sub-vouchers l-uffiċjal
għandu jiċċertifika illi l-ispejjeż ikunu saru biss għas-servizz
pubbliku u attwalment imħallsa minnu.
Min jitħallas. 66. (1) Il-ħlasijiet għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jsiru biss
lill-persuni msemmija fil-vouchers jew lir-rappreżentanti tagħhom
awtorizzati kif imiss.
(2) Meta min jitħallas ma jkunx jista’ jiffirma r-riċevuta huwa
għandu minflok jagħmel il-marka tiegħu quddiem persuna, li ma
jkunx l-uffiċjal li jħallas, li jkun xhud ta’ l-identità  ta’ min jitħallas
u l-ħlas magħmul lilu u f’dak is-sens għandu jiffirma r-riċevuta.
(3) Meta ħlas isir lill-persuni li ma jkunux dawk imsemmija
fil-vouchers jew paylists, l-awtorità  li bis-saħħa tagħha jkun jista’
jsir il-ħlas lilhom għandga tiġi reġistrata fid-dipartiment u innotata
fuq il-vouchers.
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 13
Ħlas ta’ pagi.
Sostitwit:
A.L. 95 ta’ l-1975.
Emendat:
A.L. 121 ta’ l-
1975.
67. (1) Bla ħsara għal kif hu provdut xort’oħra, il-ħlas tas-
salarji u pagi għandu jsir bi draft maħruġ f’isem l-impjegat li
għalih huwa intitolat.
(2) Meta l-ħlas isir bil-ġimgħa jew kull ħmistax-il ġurnata, id-
draft għandu jkollu d-data ta’ nhar il-Ġimgħa tal-ġimgba li fiha l-
ħlas għandu jsir, u meta l-ħlas isir bix-xahar, id-draft għandu jkollu
d-data ta’ l-aħħar Ġimgħa tax-xahar; iżda, f’kull każ, jekk dik il-
Ġimgħa li fiha għandu jsir il-ħlas kif intqal qabel tkun vaganza
pubblika, id-draft għandu jkollu d-data ta’ l-aħħar jum tax-xogħol
li jiġi qabel; ukoll id-draft jista’ f’kull każ jinħareġ u jiġi konsenjat
qabel id-data li jkun hemm fuqu.
(3) Id-drafts għandhom ikunu ffirmati minn uffiċjal mhux
anqas mill-grad ta’ uffiċjal esekuttiv awtorizzat għal dan il-għan
mill-Kap tad-Dipartiment u magħruf mill-Accountant General
bħala uffiċjal xieraq għall-għan imsemmi aktar ’il fuq.
(4) Is-salarji u l-pagi jistgħu jitħallsu wkoll b’dak il-mod u taħt
dawk il-kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jawtorizza bil-miktub, u
dik l-awtorità  tista’ tingħata għal każi speċjali jew għal raġunijiet
speċjali, jew għal klassijiet ta’ każi, u tista’ tingħata wkoll b’mod
ġenerali.
(5) F’dan ir-regolament xejn ma għandu jiftiehem li jolqot l-
osservanza ta’ xi sentenza, digriet jew ordni ta’ xi qorti, dwar il-
ħlas ta’ xi pagi jew salarji.
E. KLASSIFIKAZZJONI U KONTROLL
In-nefqa għandha 
tkun limitata għall-
estimi approvati.
68. Meta l-estimi annwali jkunu finalment approvati u l-flejjes
provduti fihom ikunu approprjati b’liġi, in-nefqa tas-sena
finanzjarja għandha titqies li tkun definitivament limitata u
rranġata.
L-estimi approvati 
jifformaw il-bażi 
tal-kontijiet tas-
sena finanzjarja.
69. L-estimi approvati għandhom jifformaw il-bażi tal-
kontijiet tas-sena finanzjarja li għaliha jirreferixxu u l-
klassifikazzjoni u s-suddiviżjoni tal-kontijiet ta’ dħul u nefqa
għandhom jaqblu mad-dettalji ta’ l-estimi.
Eċċessi antiċipati.
josservaw il-progress tan-nefqa matul il-kors ta’ sena finanzjarja u
li jirraportaw minnufih, permezz tal-Ministru responsabbli għad-
dipartiment tagħhom, lill-Ministru kull meta jidhrilhom illi l-
provvediment votat sejjer ikun insuffiċjenti biex jitħallsu l-ħtiġiet
essenzjali ta’ servizzi approvati sa l-aħħar tas-sena finanzjarja.
(2) Ir-rapport għandu jkollu r-raġunijiet kollha dwar l-eċċess
antiċipat kif ukoll iċ-ċirkostanzi validi li jagħmlu meħtieġ xi
provvediment addizzjonali.
Restrizzjonijiet 
dwar nefqa.
71. Ħlief bl-awtorità  speċifika tal-Ministru ebda uffiċjal ta’
kontijiet ma jista jagħmel xi xiri, kuntratt, ftehim jew arranġament
li jolqot nefqa minn kap -
(i) b’eċċess tas-somma provduta fis-sottokap
xieraq; u
(ii) dwar xi servizz mhux inkluż fl-estimi.
Nefqa riservata.
għaliha fl-estimi, ma ssirx mingħajr l-approvazzjoni tiegħu
14 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
speċifika jew ġenerali.
Għoti ta’ kont dwar 
nefqa.
73. (1) Nefqa li tiġi addebitata kif imiss fl-estimi ta’ sena
finanzjarja għandu kemm jista’ jkun jingħata kont tagħha matul dik
is-sena.
(2) Il-ħlas għal servizzi jew provvisti miksuba matul sena
finanzjarja ma għandux jiġi differit jew jitħalla għal xi sena
sussegwenti sabiex jiġi evitat eċċess fuq il-provvediment approvat
għas-servizz.
Ħlas bħala drittijiet 
arretrati.
74. (1) Kull talba li tibqa’ inevitabilment mhux imħallsa fl-
aħħar ta’ sena finanzjarja ma għandhiex titħallas mill-voti tas-sena
sussegwenti kemm-il darba ma tkunx inkisbet awtorità  mis-
Segretarju biex tiġi mħallsa bħala dejn arretrat fil-kontijiet tas-sena
finanzjarja li għaliha tirriferixxi.
(2) L-awtorità  għal ħlas bħala dejn arretrat għandha tiġi
msemmija fuq il-vouchers qabel ma jiġu mgboddija għal ħlas.
 Ma għandu jsir 
ebda ħlas qabel ma 
jsir dovut u ma 
għandu jinżamm 
ebda bilanċ mhuc 
minfuq f’riserva.
Emendat:
A.L. 254 ta’ l-
1998.
75. Sakemm ma jiġix xort’oħra awtorizzat bil-miktub mill-
Ministru, ebda ħlas ma għandu jsir għal xi servizz jew provvista
qabel ma jsir dovut biex jiġi utilizzat kull bilanċ eżistenti qabel l-
aħħar tas-sena finanzjarja u l-anqas ma jista’ jinġibed xi bilanċ
mhux minfuq ta’ provvediment eżistenti sabiex jiġu miżmuma flus
f’riserva biex jitħallsu djun imminenti jew biex jiġu mgħoddija
għal kont ta’ depożitu jew għal suspense account:
Iżda l-Ministru jista’ iktar minn hekk jawtorizza bil-miktub
li fondi li jkunu ġew approprjati f’xi sena finanzjarja għal xi skop
għandhom jitqiegħdu f’ kont separat minn fejn dawk il-fondi jkunu
jistgħu jinħarġu, wara tmiem dik is-sena finanzjarja li għaliha
jkunu ġew approprjati dawk il-fondi, għall-iskopijiet li għalihom
dawk il-fondi jkunu ġew oriġinarjament approprjati; iżda kull
ammont żejjed li jibqa’ f’dan il-kont għandu, ma’ l-għeluq ta’ dak
il-kont, jiġi trasferit għall-Fond Konsolidat.
Għoti ta’ kont dwar 
bejgħ u xiri ta’ 
titoli.
76. (1) Fl-għoti ta’ kont dwar il-bejgħ jew xiri ta’ titoli l-prezz
tax-xiri jew tal-bejgħ tagħhom għandu jidħol taħt "impiegi ta’ flus"
jew "impiegi ta’ flus imdaħħla" taħt il-linja, jiġifieri, wara u
divrenzjat mir-reġistrazzjonijiet relattivi għad-dħul u għan-nefqa
addebitata lid-dħul.
(2) Kull qligħ jew telf fuq bejgħ kif paragunat mal-valur li bih
it-titoli mibjugħa jidhru fil-kontijiet għandu jiġi akkreditat jew
addebitat skond il-każ lill-kont xieraq li għalih jappartjenu t-titoli,
kemm-il darba ma jkunx provdut xort’oħra b’xi liġi.
Valutazzjoni ta’ 
titoli f’egħluq ta’ 
sena finanzjarja.
Emendat:
A.L. 83 ta’ l-1973.
77. (1) Ma’ l-egħluq ta’ kull sena finanzjarja kull wieħed mit-
titoli miżmuma f’kont pubbliku jew f’xi kont ieħor għandu jiġi
valutat bil-prezz medju korrenti tas-suq f’Londra fl-aħħar ġurnata
tax-xogħol tas-sena finanzjarja, u l-valur mogħti lil kull titolu fil-
kontijiet għandu jiġi hekk aġġustat sabiex jikkorrispondi ma’ dak
il-prezz.
(2) L-ammont li bih il-valur ġdid ikun iżjed jew ikun anqas
mill-valur qadim għandu jiġi akkreditat jew addebitat lill-kont
xieraq li għalih jappartjenu t-titoli, kemm-il darba ma jkunx
provdut xorta oħra b’xi liġi:
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 15
Iżda t-titoli miżmuma mill-Bank ta’ Tifdil tal-Gvern ta’
Malta għandhom jiġu ikkontjati bil-prezz li bih ikunu nxtraw jew
bil-prezz medju tas-suq skond liema minnhom ikun l-anqas.
Trasferiment ta’ 
titoli minn fond 
għal ieħor.
78. Meta titoli jkunu trasferiti minn fond għal ieħor, għandhom
ikunu hekk trasferiti bil-prezz medju korrenti tas-suq f’Londra fid-
data tat-trasferiment.
Nefqa għal servizzi 
ta’ xorta 
konfidenzjali.
79. Kull nefqa meħtieġa għal servizzi ta’ xorta konfidenzjali, li
l-iskop u l-partikolaritajiet tagħhom ma jistgħux isiru pubbliċi,
għandha tkun ġustifikata fil-kontijiet b’ċertifikat ta’ ħlas mill-
uffiċjal tal-kontijiet in kwistjoni u b’dikjarazzjoni mill-Ministru li
ssodisfa ruħu illi l-flus ġew minfuqa kif imiss.
Tħassir ta’ telf ta’ 
flejjes pubbliċi.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1980;
A.L. 30 ta’ l-1985.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
80. L-awtorità  għat-tħassir ta’ xi telf ta’ flejjes pubbliċi
għandha tingħata mis-Segretarju jew minn dawk l-uffiċjali l-oħra
maħtura mill-Ministru:
Iżda:
(i) fejn l-ammont f’xi każ wieħed ma jkunx iżjed
minn elfejn u ħames mitt lira, it-tħassir jista’
jkun awtorizzat ukoll mis-Segretarju Permanenti
responsabbli għad-dipartiment konċernat;
(ii) fejn l-ammont f’xi każ wieħed ma jkunx iżjed
minn ħames mitt lira, it-tħassir jista’ jkun
awtorizzat ukoll mill-Kap tad-Dipartiment
konċernat:
Iżda wkoll, f’kull każ, ir-rakkomandazzjonijiet għat-tħassir
għandhom jgħidu x’rimedji jkunu ttieħdu sabiex ikunu evitati
rikorrenzi simili fil-ġejjieni. Il-Kapijiet tad-Dipartiment għandhom
ikunu responsabbli biex jiżguraw li ebda ammont ta’ flus dovuti
lill-Gvern ma jiġi preskritt bil-liġi.
Kontijiet ta’ 
impriża 
amministrata minn 
dipartiment.
81. Meta xi dipartiment jamministra xi impriża pubblika jew
industrjali l-ammonti riċevuti u mħallsa għandu, ħlief meta ma
jkunx provdut espressament xort’oħra, jingħata kont tagħhom lill-
Accountant General u jiġu inklużi fil-kontijiet tiegħu tax-xahar u
tas-sena.
Cash book u kotba 
sussidjarji.
82. (1) Kull uffiċjal ta’ kontijiet li fil-kors tad-dmirijiet tiegħu
jkun responsabbli għad-dħul, kustodja u ħlas ta’ fondi pubbliċi
għandu jżomm cash book li fih għandu jitniżżel minnufih l-
ammonti riċevuti u mħallsa kollha.
(2) Il-cash books kollha għandhom jiġu bilanċjati kull jum u
verifikati mal-flus kontanti li jkun hemm fil-kexxun tal-flus.
(3) B’żieda għal cash book għandhom jinżammu wkoll il-
kotba li ġejjin:
(a) ktieb tad-dħul li fih jiġi mniżżel u klassifikat id-dħul
kollu miġbur taħt partiti differenti ta’ dħul. Il-ktieb
tad-dħul għandu juri wkoll id-data u l-ammonti tar-
rimessi lit-Teżor;
(b) ktieb ta’ nefqa jew charge book, li fih jiġu mniżżlin
individwalment il-ħlasijiet kollha magħmula. Dawn il-
ħlasijiet għandhom jiġu mniżżla taħt is-sottokap ta’
nefqa relattiv kif approvat fl-Estimi Generali. Il-kotba
16 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
ta’ nefqa għandhom jinżammu b’dak il-mod li juri ċar
taħt kull sottokap:
(i) l-ammont totali ta’ nefqa awtorizzata għas-
servizz matul is-sena;
(ii) l-ammont ta’ nefqa magħmula;
(iii) il-bilanċ li jibqa’ disponibbli għal nefqa f’data
partikolari;
(ċ) il-ktieb tal-kont ta’ depożitu, li fih għandhom jiġu
reġistrati l-ammonti kollha rċevuti u mħallsa ta’ flejjes
miżmuma permezz ta’ depożitu awtorizzat mit-Teżor li
għandu jinżamm għal skop speċifiku;
(d) id-dipartimenti li jkollhom kont f’bank għandhom fl-
aħħar ta’ kull xahar jagħmlu prospett biex iqabblu l-
bilanċ tal-kont tal-bank kif jidher mill-kotba tad-
dipartiment mal-bilanċ tar-reżokont tal-bank. Kopja
tal-prospett għandha tiġi mibgħuta lit-Teżor biex
tintbagħat lill-Awditur Ġenerali. Dan il-prospett
għandu jkollu miegħu meta jkun possibbli ir-reżokont
tal-bank u meta dan ma jkunx prattikabbli ċ-ċertifikat
tal-bank li juri bilanc  ta’ l-eghluq tax-xahar.
Għeluq ta’ kontijiet 
minn uffiċjal ta’ 
kontijiet.
83. (1) Kemm jista jkun malajr wara li jagħlaq kull xahar l-
Accountant General għandu jibgħat  lill-uffiċjali tal-kontijiet
prospetti dwar id-dħul u l-ħruġ kif ukoll prospetti dwar l-ammonti
riċevuti u dwar il-ħlasijiet kollha taħt il-linja. L-uffiċjali tal-
kontijiet ikunu responsabbli qabel ma jghalqu l-kontijiet tad-
diparartiment tagħhom dwar kull xahar, li jaraw li l-figuri fil-kotba
tagħhom jikkorrispondu realment ma’ dawk ta’ l-imsemmija
prospetti u fil-każ ta’ dipartimenti li jkollhom kont f’bank li
jiżguraw illi l-bilanċ fil-cash book tagħhom jaqbel jew jiġi mqabbel
mal-prospett dwar il-kont tal-bank.
(2) Uffiċjali tal-kontijiet għandhom fi żmien ġimgħa
jiċċertifikaw lit-Teżor l-eżattezza jew le ta’ dawk il-prospetti.
F. FLUS AKKONT
Ħlasijiet minn flus 
akkont.
84. L-uffiċjali ta’ kontijiet li għalihom jiġu maħruġa flus
akkont skond l-artikolu 31 ta’ l-Att ma għandhomx jagħmlu
ħlasijiet akkont minn dawk il-flus akkont għal servizzi ħlief għal
dawk imsemmija fil-warrant relattiv.
Għoti ta’ kont ta’ 
flus akkont.
85. Ghandu jinżamm kont separat għal kull flus akkont, li fih
għandu jiġi mniżżel f’ordni ta’ dati, l-ammonti kollha ricevuti u
mħallsa.
(2) Il-kont għandu jiġi bilanċjat fil-ġurnata li fiha l-flus akkont
għandu jingħata kont tagħhom lit-Teżor.
Għoti ta’ kont lit-
Teżor ta’ flus 
akkont.
86. Il-flejjes kollha miġbuda bħala flus akkont għandu jingħata
kont tagħhom lit-Teżor fil jew qabel l-aħħar tax-xahar li fih ikunu
maħruġa kemm-il darba l-kondizzjonijiet tal-warrant ma jeħtieġux
xort’oħra.
Ġ. Avvanzi Speċjali
Għoti ta’ kont ta’ 
avvanzi.
87. Kull meta xi ħlasijiet kif hemm provdut għalihom fl-
artikolu 35 ta’ l-Att isiru kontra rimborżi, għandu jinfetaħ kont
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 17
separat li fih għandhom jiġu addebitati l-ispejjeż kollha li
għandhom jitħallsu mill-kont u li fih għandhom jiġu akkreditati r-
rimborżi kollha.
Skadenza ta’ 
awtorità  taħt 
warrant.
88. L-awtorità  ghall-ħruġ ta’ fondi espressa bil-warrant taht il-
firma tal-Ministru għandha tiskadi fl-aħħar tas-sena finanzjarja li
għaliha tirreferixxi.
Ammont 
awtorizzat 
b’warrant ma 
għandux jiġi 
eċċedut.
89. In-nefqa li tiġi addebitata lil xi wieħed mill-kontijiet
imsemmija fir-regolament 87 ma għandha fl-ebda każ tkun iżjed
mill-ammont awtorizzat b’warrant u jkun id-dmir ta’ l-uffiċjali ta’
kontijiet li jaraw li dawn il-kontijiet jiġu mħallsa lura kemm jista’
jkun possibbli malajr bil-mod speċifikat fil-warrant.
Bilanċar ta’ 
kontijiet ta’ 
avvanz.
90. Dawn il-kontijiet għandhom jiġu bilanċjati fl-aħħar ta’ kull
sena finanzjarja u meta kont ma jkunnx imħallas lura għal kollox sa
dik id-data l-bilanċ tad-debitu għandu jitniżżel fis-sena finanzjarja
ta’ wara.
Ħ. KUSTODJA TA’ FLEJJES PUBBLIĊI
Ismijiet ta’ ċerti 
uffiċjali għandhom 
jingħataw lill-
Accountant 
General u lill-
Awditur Ġenerali.
91. Il-kapijiet tad-dipartiment għandhom jinformaw lill-
Accountant General u lill-Awditur Ġenerali dwar l-ismijiet ta’ l-
uffiċjali kollha inkarigati mid-dħul u mill-kustodja ta’ flejjes
pubbliċi kif ukoll dwar l-uffiċjali kollha inkarigati mill-kontroll
tal-kontijiet u tan-nefqa tad-dipartiment.
Ċertifikazzjoni ta’ 
flus miġbura.
Emendat:
A.L. 41 ta’ l-1982.
92. Il-prospetti jew rendikontijiet kollha li jiċċertifikaw l-
eżattezza tal-ġbir ta’ dħul jew flejjes pubbliċi oħra għandhom ikunu
ffirmati mill-kap tad-dipartiment interessat jew minn xi uffiċjal
ieħor mhux taħt il-grad ta’ assistent amministrattiv li l-kap tad-
dipartiment jista’ jiddelega biex jiffirma għan-nom tiegħu u l-
Accountant General ikun għaraf bħala l-uffiċjal xieraq għal hekk.
Ebda flejjes 
pubbliċi f’kontijiet 
privati.
93. Il-flejjes pubbliċi ma għandhom f’ebda każ jitqiegħdu
f’kont privat  f’xi bank. 
Strong rooms u 
kaxxaforti għall-
kustodja ta’ flejjes 
pubbliċi.
94. (1) Għandhom jiġu provduti strong rooms jew kaxxiforti
għall-kustodja ta’ flejjes pubbliċi fl-uffiċċji kollha fejn ikun
meħtieġ li jinżammu flejjes pubbliċi għal-lejl.
(2) L-istrong rooms għandu jkollhom żewġ serraturi differenti
jew iżjed, li ċ-ċwievet tagħhom għandhom jinżammu minn uffiċjali
differenti.
Flus fl-idejn.
f’bank jew li jużaw strong rooms għandhom iżommu fil-kura
immedjata tagħhom dawk is-somom ta’ flus biss li jistgħu jkunu
meħtieġa biex jitħallsu ħtiġiet korrenti b’kontanti.
Disponiment ta’ 
flus kontanti 
riċevuti.
96. (1) Il-flus kontanti kollha riċevuti minn uffċjali pubbliċi
għandhom jiġu depożitati kemm jista’ jkun malajr fil-kaxxaforti
jew fl-istrong room provduta għal hekk, jew jiġu mħallsa f’bank
awtorizzat. L-uffiċjal in kwistjoni jinżamm responsabbli
personalment għal kull telf li jiġri b’negliġenza dwar hekk.
(2) Ebda uffiċjal ma għandu jżomm jew jippermetti li
jinżammu f’xi kaxxaforti jew strong room tal-Gvern taħt il-kura
tiegħu ebda flus ħlief flejjes pubbliċi jew dawk li bis-saħħa tal-
kariga tiegħu huwa għandu jirċievi u jagħti kont tagħhom; l-anqas
ma jistgħu jiġu inklużi flejjes privati f’xi kont tal-Gvern f’bank.
18 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
Stock ta’ bolli 
għandu jinżamm 
f’kaxxaforti jew fi 
strong room.
97. L-istock prinċipali tal-bolli, sew tal-pustaġġ sew tar-
revenue, għandu jinżamm fil-kaxxaforti jew strong room stabbilita
għal dak l-iskop.
Bordijiet ta’ 
Spezzjon.
98. Il-Bordijiet ta’ Spezzjon, li jinżammu wara għeluq ix-
xogħol fl-aħħar ġurnata tax-xogħol ta’ kull sena finanzjarja, jew
qabel il-bidu tax-xogħol fl-ewwel ġurnata tas-sena finanzjarja
ġdida, għandhom jiġu maħtura mill-Prim Ministru biex jeżaminaw
il-flus kontanti tat-Teżor, il-bilanċi fil-bank, u l-bolli.
Telf ta’ flus 
kontanti u ammonti 
b’eċċess.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
99. (1) Kull nuqqas ta’ flus li jiġi mikxuf għandu jagħmel
tajjeb għalih minnufih l-uffiċjal konċernat.
(2) L-ammonti kollha misjuba b’eċċess għandhom jitqegħdu
temporanjament f’Kont għal Depożiti Oħra għal żmien tliet xhur
sakemm issir il-verifika tal-kontijiet, u wara dan, jekk ma jinstab l-
ebda żball li jkun jiġġustifika ħlas lura, dawk l-ammonti għandhom
jitqegħdu fil-Fond Konsolidat.
Record dettaljat ta’ 
diskrepanzi ta’ 
flus.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
100. Ghandu jinżamm fid-dipartiment record dettaljat ta’
diskrepanzi ta’ flus matul kull sena finanzjarja.
Stħarriġ, ħlas lura, 
tħassir ta’ 
diskrepanzi ta’ 
flus.
Emendat:
A.L. 1 ta’ l-1980;
A.L. 30 ta’ l-1985.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
101. (1) Kull diskrepanza ta’ flus għandha tkun mistharrġa
mill-Kap tad-Dipartiment konċernat fi żmien xahar minn meta tiġri.
(2) Hlief f’każ ta’ negliġenza, jistgħu jiġu awtorizzati għal
ħlas lura jew tħassir mill-Kap tad-Dipartiment ammonti sa mitt lira.
Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità  għal ħlas lura jew tħassir
għandha tingħata mis-Segretarju Permanenti responsabbli għad-
dipartiment konċernat:
Iżda, f’kull każ, ir-rakkomandazzjonijiet għandhom
jindikaw iċ-ċirkostanzi li jkunu wasslu għat-telf tal-flus u liema
rimedju, skond il-ħtieġa, jkun ittieħed, biex ikunu evitati rikorrenzi
simili.
Dikjarazzjonijiet 
dettaljati dwar telf 
ta’ flus.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
102. (1) Il-Kapijiet tad-Dipartiment għandhom jgħaddu lis-
Segretarju Permanenti tagħhom dikjarazzjonijiet ta’ kull sitt xhur li
jelenkaw, taħt kull kategorija, l-każijiet tat-tħassir dipartimentali
ta’ telf ta’ flus, b’dan li jispeċifikaw fid-dikjarazzjoni x’rimedji
jkunu ttieħdu.
(2) Il-Kapijiet tad-Dipartiment għandhom jgħaddu lis-
Segretarju Permanenti tagħhom, lill-Accountant General u lill-
Awditur Ġenerali, dikjarazzjoni ta’ kull sena dwar it-telf kollu ta’
flus li jkun ġara minħabba f’serq, frodi, jew negliġenza, u ta’ kull
tħassir dipartimentali li jkun ġie awtorizzat matul dik is-sena
finanzjarja. 
Ktieb ta’ l-istock 
ta’ bolli.
103. L-uffiċjali li jkunu meħtieġa jżommu stock ta’ bolli
għandhom iżommu ktieb ta’ stock li jkollu n-numru u l-valur tal-
bolli ta’ kull denominazzjoni riċevuti u maħruġa flimkien mad-data
ta’ kull transazzjoni.
J. ĦAŻNIET
Awtorità  biex 
jinżammu stocks 
ta’ ħażniet mhux 
allokati.
104. (1) L-awtorità  tal-Ministru għandha tintalab minn kull
dipartiment li jista’ jeħtieġ li jżomm stock ta’ ħażniet mhux
allokati.
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 19
(2) Dawn il-ħażniet għandhom ikunu limitati għal provvisti ta’
xorta ġenerali meħtieġa għal xogħlijiet u servizzi ordinarji li jsiru
matul il-kors ta’ sena finanzjarja.
(3) Il-prezz ta’ dawn il-ħażniet għandu jiġi addebitat lil
suspense account li jiġi akkreditat bil-valur tal-ħażniet minnufih li
dawn jiġu maħruġa għal xogħljiet jew servizzi.
Ħażniet ta’ valur 
mogħtija lil 
Kapijiet ta’ 
Dipartimenti.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
105. (1) Kapijiet ta’ Dipartiment li jirċievu ħwejjeġ ta’ valur
b’donazzjoni fil-kapaċità  uffiċjali tagħhom għandhom jiddikjaraw
dawk id-donazzjonijiet f’rapport li jagħmlu lis-Segretarju
Permanenti tagħhom.
(2) Kull donazzjoni bħal dik għandha tiġi dejjem addebitata
fil-ledger tal-ħażniet jew fil-lista ta’ l-inventarju skond il-każ.
Stocktaking minn 
dipartimenti u 
nuqqasijiet li jiġu 
rappurtati.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
106. (1) Kapijiet ta’ Dipartiment għandhom jissodisfaw
ruħhom billi kull tant żmien isir stocktaking, u matul l-ewwel xahar
tas-sena finanzjarja f’kull każ, dwar li l-bilanċi ta’ ħażniet
akkreditati jkunu tabilħaqq jeżistu, u għandhom jgħaddu rapport
lis-Segretarju Permanenti tagħhom dwar kull verifika materjali li
ssir dwar ħażniet, fejn tissemma d-data ta’ meta saret il-verifika, il-
ħażniet verifikati u r-riżultati miksuba. Dak ir-rapport għandu jiġi
kkupjat lill-Awditur Ġenerali.
(2) Diskrepanzi bejn il-bilanċi fil-kotba u l-ħażniet attwali li
jirriżultaw minn stocktaking bħal dak għandhom jiġu rrappurtati
minnufih mill-Kap tad-Dipartiment lis-Segretarju Permanenti
tiegħu.
Verifika ta’ ħażniet 
mill-Uffiċċju 
Nazzjonali tal- 
Verifika.
107. Il-ħażniet kollha tal-Gvern, ħlief dawk li għalihom ikun
hemm regoli speċjali mill-Gvern, għandhom ikunu wkoll verifikati
kompletament għall-anqas darba fis-sena minn wieħed mill-
verifikaturi ta’ ħażniet addett ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-
Verifika. Verifikaturi ta’ ħażniet għandhom jirrapportaw il-
konklużjoni tagħhom lill-Ministru permezz ta’ l-Awditur Ġenerali.
Kundanna ta’ 
ħażniet bħala mhux 
servibbli u tħassir 
relattiv.
Sostitwit:
A.L. 24 ta’ l-1971.
Emendat:
A.L. 30 ta’ l-1985.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
108. (1) Il-kundanna ta’ ħażniet jew oggetti oħra bħala mhux
servibbli u t-tħassir tagħhom għandhom ikunu awtorizzati mis-
Segretarju Permanenti responsabbli għad-dipartiment konċernat
skond rapport ta’ Bord ta’ Spezzjon, liema bord ma jkunx jinkludi
impjegati tad-dipartiment konċernat.
(2) Meta, fid-diskrezzjoni tal-Kap tad-Dipartiment, l-oġġetti in
kwistjoni jkunu ta’ valur oriġinali żgħir, huwa jista’ jitlob l-
awtorità  tas-Segretarju Permanenti tiegħu biex jiddispensa mill-
ħtieġa ta’ Bord.
Reġistrazzjoni ta’ 
riċezzjoni u 
tneħħija ta’ 
ħażniet.
109. (1) Kull uffiċjal li jkollu taħt il-kura tiegħu xi ħażniet
għandu jżomm reġistrazzjoni tar-riċezzjoni u tneħħija jew konsum
tagħhom f’forma aċċettabbli mill-Awditur Ġenerali. 
(2) Id-dipartimenti awtorizzati Ii jżommu stock ta’ ħażniet
mhux allokati għandhom iżommu reġistrazzjoni tal-kwantità  u tal-
valur ta’ dawk il-ħażniet.
Tneħħija ta’ 
ħażniet b’offerti.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
110. Ħlief meta l-Ministru jordna mod ieħor, oggetti ta’ ħażniet
żejda għandhom jitneħħew mid-Direttur tal-Kuntratti wara li dan
ikun ħareġ sejħa pubblika għall-offerti:
Iżda -
20 L.S.174.01 ħ FINANZI ĠENERALI
(i) oġġetti b’valur stmat li ma jaqbiżx l-għoxrin elf
lira jistgħu wkoll jitneħħew dipartimentalment
hekk kif jista’ jiġi approvat mis-Segretarju
Permanenti responsabbli għad-dipartiment
konċernat wara sejħa pubblika għall-offerti
maħruġa permezz tad-Direttur tal-Kuntratti;
(ii) oġġetti b’valur stmat li ma jaqbiżx l-elfejn u
ħames mitt lira jistgħu wkoll jitneħħew
dipartimentalment fid-diskrezzjoni tas-
Segretarju Permanenti responsabbli għad-
dipartiment konċernat wara li jkunu inġabru
mhux anqas minn ħames kwotazzjonijiet mis-
suq liberu;
(iii) oġġetti b’valur stmat li ma jaqbiżx ħames mitt
lira jistgħu wkoll jitneħhew dipartimentalment
fid-diskrezzjoni tal-Kap tad-dipartiment
konċernat:
Iżda wkoll, f’kull każ, ebda uffiċjal pubbliku m’għandu
jitħalla jikkwota jew jitfa’ offerti biex jakkwista oġġetti bħal dawk
sew direttament sew mhux direttament.
Donazzjonijiet lil 
istituti u organiz-
zazzjonijiet.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
111. Oġġetti ta’ ħażniet jew ta’ inventarju mhux meħtieġa għall-
għanijiet tal-Gvern jistgħu jingħataw b’donazzjoni lil
istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet, b’dan li tingħata riċevuta
formali, wara rakkomandazzjonijiet għal dak l-għan mill-Kap tad-
Dipartiment u kif awtorizzat mis-Segretarju Permanenti konċernat:
Iżda l-Kapijiet ta’ Dipartiment għandhom, fi tmiem kull
sena finanzjarja, iressqu quddiem is-Segretarju permezz tas-
Segretarju Permanenti tagħhom, lista ta’ donazzjonijiet bħal dawk
fejn turi l-benefiċjarji u fejn tikkonferma li r-reġistri tal-ħażniet u
ta’ l-inventarji tagħhom ikunu ġew aġġornati skond hekk.
Self lil dipartimenti 
oħra.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
112.  Ħlief bl-awtorità  tas-Segretarju Permanenti konċernat,
oġġetti ta’ ħażniet m’għandhomx jinħarġu b’self minn Kap ta’
Dipartiment ħlief lil dipartiment ieħor tal-Gvern jew lil xi
organizzazzjoni tal-Gvern.
Tħassir ta’ telf ta’ 
ħażniet.
Emendat:
A.L. 24 ta’ l-1971;
A.L. 82 ta’ l-1979;
A.L. 30 ta’ l-1985.
Sostitwit:
A.L. 83 ta’ l-1999.
113. (1) Każijiet ta’ telf jew nuqqas ta’ ħażniet għandhom
ikunu investigati minn Bord ta’ Spezzjon li jkun imwaqqaf mis-
Segretarju Permanenti responsabbli għad-dipartiment konċernat.
Dak il-Bord, li m’għandux jinkludi xi impjegat ta’ dak id-
dipartment li jkun responsabbli għall-ħażniet, għandu jagħmel
rapport ta’ dak li jsib u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet relattivi
lis-Segretarju Permanenti, li jkun awtorizzat li jaġixxi skond dawk
ir-rakkomandazzjonijiet.
(2) Is-Segretarju Permanenti jista’ jiddispensa milli jkun
hemm Bord ta’ Spezzjon fid-diskrezzjoni tiegħu meta l-Kap tad-
Dipartiment konċernat jiċċertifika li prima facie ma jkun hemm
ebda indikazzjoni ta’ xi frodi jew negliġenza, u li l-valur ta’ xi
oġġett wieħed partikolari ma jkunx ta’ aktar minn mitejn lira.
(3) F’kull każ, l-awtorità  għat-tħassir tat-telf jew nuqqas ta’
ħażniet tkun vestita fis-Segretarju:
Iżda -
FINANZI ĠENERALI ġ L.S.174.01 21
(i) ħażniet b’valur stmat li ma jkunx aktar minn
ħamest elef lira jistgħu wkoll jitħassru bl-
awtorità  tas-Segretarju Permanenti responsabbli
għad-dipartiment konċernat;
(ii) ħażniet b’valur stmat li ma jkunx aktar minn
ħames mitt lira jistgħu wkoll jitħassru bl-
awtorità  tal-Kap tad-Dipartiment konċernat.
