AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 174.02
REGOLAMENTI DWAR L-AKKWISTI LI JSIRU 
MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
1 ta’ Awissu, 1996
L-AVVIŻ LEGALI 70 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviżi Legali 140 ta’ l-
1996, 98 ta’ l-2002 u 387 ta’ l-2003.
Titolu.
Akkwisti li jsiru mis-Servizz Pubbliku.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
"Direttur" tfisser il-Kap tad-Dipartiment tal-Kuntratti;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli għall-Finanzi;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru
responsabbli għall-finanzi;
"varjazzjonijiet ’l hinn mil-limitu tal-kondizzjonijiet ta’ l-offerti"
tfisser varjazzjoni li ma tkunx waħda msemmija fis-sejħa għal
offerti relattiva.
Kif japplikaw.
dipartimenti u taqsimiet tal-Gvern:
Iżda korporazzjonijiet pubbliċi jew korpi oħra (hawnhekk
iżjed ’il quddiem imsejħa organizzazzjonijiet pubbliċi) jistgħu,
skond il-liġi kostitwenti tagħhom jew bis-saħħa tagħha, jiġu ordnati
li jkollhom l-akkwisti tagħhom regolati b’dawn ir-Regolamenti,
jew li ċertu flejjes jistgħu jitqiegħdu għad-disposizzjoni tagħhom
mill-Gvern bil-kondizzjoni li tagħmir, ħażniet, xogħlijiet jew
servizzi li għandhom jiġu akkwistati bihom għandhom jiġu hekk
akkwistati skond dawn ir-Regolamenti.
Għan.
li għandu d-Direttur, kapijiet ta’ dipartiment u uffiċjali oħra li
jagħmlu kuntratti f’isem il-Gvern, u jekk kuntratt isir kontra d-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti, dan għandu jiġi rexxiss
fuq talba tal-Gvern.
(2) Dawn ir-Regolamenti ma jgħaddu ebda dritt lil xi offerent,
fornitur jew kuntrattur iktar minn dawk id-drittijiet li joħorġu mid-
dritt ċivili.
(3) Il-Ministru jista’ jiddelega bil-miktub, bla ħsara għal dawk
il-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li jista’ jqis li jkunu xierqa, lis-
Segretarju, lid-Direttur jew lil kull uffiċjal pubbliku (jew, biss fil-
każ ta’ korporazzjoni pubblika jew korp imsemmija fil-proviso li
hemm mar-regolament 3, uffiċjal ta’ dik il-korporazzjoni pubblika
jew ta’ dak il-korp) xi waħda mis-setgħat lilu riservati bis-saħħa ta’
dawn ir-Regolamenti.
(4) Il-Ministru jista’ jiddispensa bil-miktub minn xi waħda
mid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti u jista’ jordna li
kwalunkwe proċedura hemm stabbilita ma għandhiex isseħħ, huwa
2 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
jista’ iktar minn hekk jikkonvalida bil-miktub kull ħaġa li tkun
saret mhux skond dawn ir-Regolamenti jew xi proċedura hemm
preskritta, jew inkella jordna bil-miktub li akkwist għandu jseħħ
b’mod differenti minn dak stabbilit f’dawn ir-Regolamenti.
Direttur tal-
Kuntratti.
Emendat:
A.L. 98 ta’ l-2002.
5. (1) Ikun hemm Direttur tal-Kuntratti li jkun responsabbli
għat-tmexxija tad-Dipartiment tal-Kuntratti u ġeneralment għall-
amministrazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist kif stipulati f’dawn ir-
Regolamenti.
(2) Id-Direttur tal-Kuntratti jkollu l-funzjoni li -
(a) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt
dwar ħwejjeġ elenkati fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti u li jippubblikom skond ma
hemm fl-istess skeda;
(b) jawtorizza differenzi minn speċifikazzjonijiet u
kondizzjonijiet standard (sew jekk dawn ikunu tekniċi
jew xort’oħra) li jkunu ser jiddaħhlu fid-dokumenti ta’
l-offerti;
(ċ) jiżgura li l-kondizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-
offerti ma jkunux jagħtu vantaġġ jew żvantaġġ mhux
mistħoqq lil xi fornitur partikolari;
(d) jifli u japprova (b’xi tibdil jew mingħajr ebda tibdil)
dokumenti ta’ l-offerti, qabel ma dawn jinħarġu u jiġu
pubblikati;
(e) jiżgura li kull sejħa għal offerti tiġi reklamata
adegwatament u li jitħalla jgħaddi żmien biżżejjed
sakemm jiddaħħlu l-offerti;
(f) jippubblika fil-Gazzetta avviż dwar kull aċċettazzjoni
ta’ offerti, inklużi l-varjazzjonijiet ’l hinn mil-limitu
tal-kundizzjonijiet ta’ l-offerti, fi żmien erba’ xhur
mill-aċċettazzjoni tagħhom;
(g) jifformula, bi ftehim mal-Kumitat tal-Kuntratti
Ġenerali u skond ir-regoli stipulati fit-Tieni Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, f’dawk l-oqsma li
huwa jista’ jistabbilixxi, listi magħżulin ta’ kuntratturi
kwalifikati li jistgħu jingħatawlhom kuntratti f’dawk l-
oqsma;
(h) jistabbilixxi u jirregola l-proċedura li għandha tiġi
adottata matul il-laqgħat tal-Kumitati tal-Kuntratti u
tal-bordijiet dipartimentali, u fil-ħruġ u l-
pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal offerti, dħul ta’ offerti,
ftuħ ta’ offerti, l-eżami ta’ l-offerti u l-għoti ta’
kuntratti;
(i) jissorvelja l-ħtiġiet ta’ akkwisti li jkun irid jagħmel il-
Gvern, u, wara li jinħarġu s-sejħiet għal offerti dovuti,
jagħmel kuntratti perjodiċi kif ikun meħtieġ;
(j) jikkonsidra u japprova l-ħatra ta’ kuntratturi għal
provvisti, xogħlijiet jew servizzi għal perijodi speċifiċi
bi prezzijiet, rati u kundizzjonijiet approvati;
(k) Revokat bl-A.L. 98 ta’ l-2002;
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 3
(l) jikseb tagħrif minn dipartimenti tal-Gvern jew minn
organizzazzjonijet oħra li għalihom japplikaw dawn ir-
Regolamenti dwar l-għoti ta’ kuntratti dipartimentali,
ordnijiet ta’ varjazzjoni, penali (imposti jew maħfura)
u b’mod ġenerali hekk kif jista’ jqis li jkun meħtieġ
sabiex huwa jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu
skond dawn ir-Regolamenti;
(m) japprova, fejn ikun il-każ, kif provdut fir-Raba’ Skeda
li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti, varjazzjonijiet ’l
hinn mill-limiti tal-kundizzjonijiet ta’ l-offerti;
(n) jissorvelja l-eżekuzzjoni xierqa ta’ kuntratti minnu
mogħtija, u, bil-parir tal-Kumitat tal-Kuntratti
Ġenerali, jimponi jew jaħfer, kif jidhirlu, penali dovuti
fuq dawk il-kuntratti; u
(o) jibda kull proċediment li jista’ jkun meħtieġ għar-
rigward ta’ kuntratt mogħti minnu.
Kumitat tal-
Kuntratti Ġenerali.
6. (1) Ikun hemm Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali li jkollu l-
membri tiegħu li jinħatru mill-Prim Ministru b’dawk il-patti u
kundizzjonijiet kif jistgħu jiġu speċifikati fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
(2) Il-membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali jinħatru għal
żmien stabbilit ta’ mhux iktar minn tliet snin, u jistgħu jerġgħu jiġu
maħtura.
(3) Membru tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali jista’, matul iż-
żmien li jkun qed jokkupa l-kariga, jitneħħa mill-Prim Ministru
jekk huwa jkun sodisfatt li kien hemm każ ċar ta’ mġieba ħażina
minn dak il-membru jew li dak il-membru kien inkapaċi jwettaq il-
funzjonijiet tiegħu jew meta jkunu jeżistu ċirkostanzi bħal dawk li
kieku kienu jiskwalifikaw lil dak il-membru milli jibqa’ membru
tal-Kumitat tal-Kuntratti.
Kumitati tal-
Kuntratti Speċjali.
Emendat:
A.L. 140 ta’ l-
1996.
7. (1) Meta l-Prim Ministru jistabbilixxi li l-eżami ta’ offerti
għall-għoti ta’ xi kuntratt partikolari jkun jeħtieġ xi maestrija,
sengħa jew attributi speċjali, huwa jista’ jaħtar Kumitat tal-
Kuntratti Speċjali sabiex ikun jista’ jingħata dak il-kuntratt.
(2) Il-membri ta’ Kumitat tal-Kuntratti Speċjali għandhom
jinħatru għaż-żmien li matulu jdum għaddej il-proċess ta’ eżami ta’
dik is-sejħa għal offerti partikolari sakemm tinħareġ ittra ta’
aċċettazzjoni ta’ l-offerta jew id-Direttur jiddikjara li l-għoti tal-
kuntratt ma jkunx ser jitkompla jsir, f’liema każ id-Direttur
għandu, fid-dikjarazzjoni tiegħu, jgħid għaliex.
(3) Bla ħsara ta’ dak imsemmi hawn aktar qabel, id-
disposizzjonijiet tar-regolament 6 għandhom ikunu japplikaw
għall-membri ta’ Kumitat tal-Kuntratti Speċjali l-istess bħalma
dawn japplikaw għall-membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali.
Disposizzjonijiet 
dwar membri tal-
Kumitati tal-
Kuntratti.
Emendat:
A.L. 140 ta’ l-
1996.
8. (1) Id-disposizzjonijiet tal-Ħames Skeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu japplikaw għar-rigward tal-
membri tal-Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali u tal-Kumitati tal-
Kuntratti Speċjali.
(2) Il-laqgħat tal-Kumitati għandhom jissejħu miċ-Chairman li
jippresjedi dawk il-laqgħat. Tliet membri tal-Kumitat tal-Kuntratti
jagħmlu quorum f’laqgħa ta’ dak il-Kumitat.
4 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
(3) Meta jkunu qegħdin jinfetħu l-offerti, il-laqgħat tal-
Kumitati tal-Kuntratti jkunu miftuħa għall-pubbliku. Il-lista ta’
offerti riċevuti, flimkien mal-prezzijiet offruti rispettivi, għandhom
jitħabbru pubblikament mid-Direttur.
Funzjonijiet tal-
Kumitat tal-
Kuntratti.
9. Il-Kumitati tal-Kuntratti jkollhom il-funzjoni li jgħinu lid-
Direttur fl-eżekuzzjoni ta’ dmirijietu skond dawn ir-Regolamenti.
Fit-twettieq tal-funzjonijiet tagħhom, il-Kumitati tal-Kuntratti
għandhom jiġu regolati bid-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
Regolamenti b’mod ġenerali u b’mod partikolari bid-
disposizzjonijiet tas-Sitt Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Kuntratti pubbliċi. 10. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ dawn ir-
Regolamenti, l-akkwist ta’ kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet u servizzi
mill-Gvern jew minn kull korp ieħor li dawn ir-Regolamenti
japplikaw għalih, għandu jsir permezz ta’ kuntratt wara li ssir sejħa
għal offerti skond dawn ir-Regolamenti.
Proċedura għall-
akkwist.
11. Ħlief meta l-Ministru jordna xort’ohra, il-proċedura għall-
akkwist ta’ kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi tkun hekk
kif ġej:
(a) (i) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li
jiswew mhux iżjed minn ħames mitt lira jistgħu
jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifsu jew wara
li jkunu nkisbu l-kwotazzjonijiet jew direttament
mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-kap tad-
dipartiment wara li jqis xi jkun l-ammont
involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist
u r-restrizzjonijiet ta’ l-għażla u disponibbiltà ;
(ii) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li
jiswew iżjed minn ħames mitt lira iżda mhux
iżjed minn elf lira jistgħu jiġu akkwistati mid-
dipartiment nnifsu wara li jkunu nkisbu l-
kwotazzjonijiet;
(iii) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li
jiswew fuq elf lira iżda mhux iżjed minn elfejn u
ħames mitt lira jistgħu jiġu akkwistati mid-
dipartiment nnifsu wara li ssir sejħa għal offerti,
jew wara li jkunu nkisbu l-kwotazzjonijiet, jew
mis-suq liberu wara li jitqies xi jkun l-ammont
involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist
u r-restrizzjonijiet ta’ l-għażla u disponibbiltà ,
hekk kif jista’ jiġi approvat mill-Ministru
responsabbli għal dak id-dipartiment, jew mis-
Segretarju Parlamen-tari, mis-Segretarju
Permanenti jew mill-kap tad-dipartiment hekk
kif jista’ jiġi delegat minn dak il-Ministru;
(iv) ix-xiri ta’ l-istess materjal jew ta’ materjal li
jkun jixxibah ħafna miegħu fi kwantitajiet
differenti skond ma hemm fis-sub-paragrafi (i),
(ii) jew (iii) matul perijodu ta’ sitt xhur
m’għandux ikun jeċċedi valur totali ta’ għaxart
elef lira;
(b) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 5
iżjed minn elfejn u ħames mitt lira iżda mhux iżjed
minn għoxrin elf lira għandu jiġi akkwistat wara sejħa
għal offerti li ssir mid-dipartiment innifsu. Dawk l-
offerti għandhom jinfetħu minn tliet uffiċjali anzjani
tad-dipartiment:
Iżda l-Ministru jista’ jippermetti, b’ordni bil-
miktub, li jkun hemm limiti ogħla minn għoxrin elf lira
fil-każ ta’ xi dipartimenti partikolari u jista’
jawtorizza, kif u meta huwa jqis li jkun hekk xieraq, it-
twaqqif ta’ Kumitati għall-Akkwisti skond kif hemm
provdut fis-Seba’ Skeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti:
Iżda wkoll il-Ministru jista’ jippermetti li jkun
hemm varjazzjoni, penali u maħfra, għar-rigward ta’
dawk il-kuntratti li jiġu approvati mill-Ministru li
taħtu tkun taqa’ r-responsabbiltà  għal dak id-
dipartiment, li jista’ jiddelega l-awtorità  tiegħu lis-
Segretarju Parlamentari, lis-Segretarju Permanenti,
jew lill-kap tad-dipartiment:
Iżda wkoll il-kap tad-dipartiment għandu
jippubblika fil-Gazzetta tal-Gvern kull għotja ta’ dawk
il-kuntratti, inklużi varjazzjonijiet ’l hinn mil-limitu
tal-kundizzjonijiet ta’ l-offerti, fi żmien erba’ xhur
wara li jkunu ngħataw; 
(ċ) kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li jiswew
iżjed mil-limiti stipulati jew stabbiliti skond il-
paragrafu (b) għandhom jiġu akkwistati wara sejħa
pubblika għal offerti li tinhareġ mid-Direttur.
Oġġetti li jkunu 
komuni għal 
diversi 
dipartimenti.
12. (1) Kull tagħmir, ħażna, xogħlijiet jew servizzi li d-
Direttur jista’ minn żmien għal żmien isemmi bħala li huma
komuni għal diversi dipartimenti, jistgħu jiġu akkwistati mid-
Direttur permezz ta’ kuntratti perjodiċi minnu mogħtija wara li
tkun saret sejħa pubblika għal offerti.
(2) Id-Direttur għandu kull tant żmien javża lill-kapijiet tad-
dipartiment bil-prezzijiet u kundizzjonijiet li jkunu japplikaw, u l-
proċedura li jkollha tiġi segwita, fl-akkwist ta’ kull tagħmir, ħażna,
xogħlijiet jew servizzi bħal dawk.
(3) Il-kapijiet tad-dipartiment għandhom jiksbu kull tagħmir,
ħażna, xogħlijiet jew servizzi bħal dawk direttament mingħand il-
kuntrattur skond dawk il-kundizzjonijiet u proċeduri avżati mid-
Direttur skond is-subregolament (2).
Pakketti separati 
f’offerta.
13. Meta skond sejħa għal offerti xi offerta tkun tikkonsisti
f’pakketti separati, għandhom jiġu segwiti l-proċeduri stipulati fit-
Tmien Skeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
Setgħat tad-
Direttur.
Kap.249.
14. (1) Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta’ l-Att
dwar l-Interpretazzjoni, u għal kull ordni jew direttiva mogħtija
mill-Ministru - 
(a) id-Direttur jista’, fid-diskrezzjoni tiegħu, jaċċetta jew
jirrifjuta r-rakkomandazzjonijiet tal-maġġoranza tal-
membri tal-Kumitat tal-Kuntratti dwar l-aċċettazzjoni
6 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
jew ir-rifjut ta’ offerta;
(b) meta -
(i) id-Direttur ma jaqbilx ma’ rakkomandazzjoni
tal-maġġoranza tal-membri ta’ Kumitat tal-
Kuntratti; jew
(ii) rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Kuntratti tkun
differenti minn dik li tintgħamel mid-
dipartiment jew minn korp ieħor li għalih
għandu jsir l-akkwist,
id-Direttur jista’ jirreferi l-kwistjoni sabiex
jiddeċidiha l-Ministru:
Iżda d-Direttur għandu dejjem jirreferi kwistjoni li
huwa ma jaqbilx dwarha mal-maġġoranza tal-membri
ta’ Kumitat tal-Kuntratti Speċjali sabiex jiddeċidiha l-
Ministru;
(ċ) id-Direttur jista’ jirreferi, skond ma jaħsibha hu, kull
kwistjoni sabiex jiddeċidiha l-Ministru.
(2) Kull kwistjoni li tiġi hekk riferita sabiex jiddeċidiha l-
Ministru għandha tiġi hekk riferita bil-miktub u d-deċiżjoni tal-
Ministru għandha bl-istess mod titwassal bil-miktub.
Bord ta’ l-Appelli 
dwar il-Kuntratti 
Pubbliċi.
Miżjud:
A.L. 98 ta’ l-2002.
15. (1) Ikun hemm Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti
Pubbliċi li jkollu l-President u l-membri tiegħu maħtura mill-Prim
Ministru skond dawk il-pattijiet u l-kondizzjonijiet li jistgħu jiġu
speċifikati fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
(2) Ikun id-dover tal-Bord li jisma’ u jaqta’ l-ilmenti li jsiru
minn offerenti aggravati skond ma hemm fit-Tielet Skeda.
(3) Fl-esekuzzjoni tad-doveri tagħhom il-President u l-membri
tal-Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi għandhom ikunu
ġeneralment regolati bid-disposizzjonijiet tad-Disa’ Skeda, b’dan li
l-President tal-Bord imsemmi ikollu s-setgħa jistabbilixxi x’ikunu
l-proċeduri għas-smigħ ta’ dawk l-ilmenti li ma jkunx xort’oħra
provdut dwarhom f’dik l-Iskeda.
Rapport annwali.
Emendat:
A.L. 140 ta’ l-
1996;
A.L. 98 ta’ l-2002.
16. (1) Id-Direttur għandu mhux aktar tard minn sitt xhur
wara tmiem kull sena finanzjarja, jagħmel u jibgħat lill-Ministru
rapport li jkun ġeneralment jittratta dwar il-funzjonament tal-
Kumitat tal-Kuntratti Ġenerali u l-Bord ta’ l-Appelli dwar il-
Kuntratti Pubbliċi matul is-sena finanzjarja li jkun qed isir ir-
rapport dwarha.  Ir-rapport għandu jkun jinkludi rapport fil-qosor
dwar xi irregolaritajiet li jistgħu jsiru jafu bihom jew li jinkixfu u r-
rakkomandazzjonijiet li jsiru dwarhom, kif ukoll id-dettalji ta’ kull
ilment li jsir u r-riżultati ta’ kull investigazzjoni li ssir mill-
Kumitat u mill-Bord.
(2) Il-Ministru għandu jara li titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra
tad-Deputati kopja ta’ kull rapport li jsir fi żmien tletin jum jew,
jekk il-Kamra ma tiltqax f’dak il-perijodu, meta l-Kamra terġa’
tiltaqa’ l-ewwel darba.
17. (Mħolli barra taħt l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Reviżjoni tal-
Liġijiet Statutarji).
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 7
Tħassir u riserva.
Miżjud:
A.L. 387 ta’ l-
2003.
18. (1) Bla ħsara għas-subregolamenti (2), (3) u (4), dawn ir-
regolamenti għandhom itemmu milli jibqgħu fis-seħħ u għandhom
jiġu mħassra b’effett mill-1 ta’ Mejju, 2004.
(2) Mill-1 ta’ Jannar, 2004 dawn ir-regolamenti ma għandhomx
jibqgħu japplikaw ħlief għal:
(a) dik il-proċedura ta’ akkwisti li setgħet inbdiet taħt
dawn ir-regolamenti; u
(b) dawk l-akkwisti skond ma jiġu dikjarati bl-awtorità
bil-miktub tal-Ministru u li huma regolati taħt dawn ir-
regolamenti,
u dawk l-akkwisti għandhom jibqgħu jiġu hekk regolati sakemm
jiġu finalizzati l-proċeduri kollha li jkollhom x’jaqsmu magħhom.
(3) Id-disposizzjonijiet tas-subregolament (2) ma għandhomx
ikunu japplikaw għal ebda proċedura ta’ akkwist mibdija fl-1 ta’
Mejju 2004 jew wara dik id-data.
(4) Id-dispozizzjonijiet tas-subregolamenti (2) u (3) ma
għandhom ikunu japplikaw għal ebda akkwist iffinanzjat għal
kollox jew f’parti minnu minn istrumenti finanzjarji ta’ l-Unjoni
Ewropea.
8 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 5(2)(a))
Kundizzjonijiet Ġenerali tal-Kuntratti
1. Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti għandhom ikunu jittrattaw dwar:
i. Speċifikazzjonijiet tal-kuntrattur għal kategoriji differenti ta’ kuntratti;
ii. Ix-xorta u l-għamla ta’ garanziji meħtieġa mill-Gvern.
iii. Kif ser jiġu trattati taxxi lokali;
iv. Kif ser jiġu trattati flus barranin;
v. Ir-rata li għandha tintuża fil-kalkolu ta’ discounted  cash flow
calculations;
vi. Proċedura dwar kif isir il-ħlas;
vii. Retention amounts li għandhom jinżammu u l-mod kif dawn għandhom
jitħallsu;
viii. Arranġamenti dwar kif jista’ jsir arbitraġġ;
ix. Ix-xorta ta’ penali li għandhom jiġu imposti talli ma jitħarisx kuntratt u
l-proċedura kif dawn għandhom jiġu imposti;
x. Is-sorveljar sew tat-twettiq, progress u eżekuzzjoni ta’ kuntratti;
xi. Proċeduri ta’ subappaltar;
xii. Proċedura dwar ordnijiet ta’ varjazzjoni; u
xiii. Proċeduri dwar kif tiġi assigurata l-kwalità .
2. Dawn il-kundizzjonijiet standard u kull emenda li ssir fihom għandhom jiġu
pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ma jibdew iseħħu.
3. Għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta matul l-ewwel xahar ta’ kull sena
verżjoni sħiħa aġġornata ta’ dawk il-kundizzjonijiet standard.
Kategoriji ta’ Kuntratturi
1. Il-proċedura biex isiru kategoriji ta’ kuntratturi għandha tiġi regolata kif ġej:
a. Id-Direttur jippubblika l-kriterji li bihom għandu jinqasam f’kategoriji
kull qasam;
b. Id-Diretur jista’, wara li ssirlu applikazzjoni, jinkludi jew iqiegħed
f’kategorija ogħla fornituri u kuntratturi wara li jiżgura ruħu li huma
jkunu konformi mal-kriterji pubblikati;
ċ. Id-Direttur jista’ jneħħi jew iqiegħed f’kategorija iktar baxxa fornitur u
kuntrattur jew wara li ssirlu applikazzjoni, jew wara li d-Direttur isir jaf
b’fatti li jkunu jindikaw li għandha tittieħed dik l-azzjoni, jew bħala
penali għal ksur tal-kundizzjonijiet ta’ xi kuntratt li jkun qabel ingħata
lill-fornitur jew lill-kuntrattur:
Emendata:
A.L. 140 ta’ l-1996. IT-TIENI SKEDA(Regolament 5(2)(g))
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 9
Iżda fil-każ ta’ tħollija barra jew tneħħija jew tqegħid f’kategorija
iktar baxxa, b’mod li ma jsegwix applikazzjoni li tkun saret, il-fornitur
u l-kuntrattur involuti għandhom jiġu mgħarrfa bl-azzjoni li tkun
maħsuba li tittieħed u għandhom jingħataw ġimgħatejn li matulhom
ikunu jistgħu jissottomettu r-raġunijiet tagħhom kontra dak l-għemil.
Id-deċiżjoni tad-Direttur tkun waħda finali.
2. Il-kategoriji ta’ kuntratturi u fornituri u kull emenda li ssir fihom għandhom
jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern qabel ma jibdew iseħħu.
3. Għandha tiġi pubblikata fil-Gazzetta matul l-ewwel xahar ta’ kull sena
verżjoni sħiħa aġġornata tal-kategoriji ta’ kuntratturi u fornituri.
Proċedura dwar l-ilmenti
Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-għemil u deċiżjoni ta’ l-ilmenti, u l-
kundizzjonijiet li taħthom jistgħu isiru dawk l-ilmenti jkunu dawn li ġejjin:
1. Id-deċiżjoni tad-Direttur f’kull stadju tal-proċess ta’ eżami għandha
tkun pubblikata fid-dipartiment tiegħu, qabel ma jingħata l-kuntratt jew
qabel ma wieħed jgħaddi għall-istadju li jmiss skond il-każ.
2. Kull offerent li jħoss ruhu aggravat b’xi deċiżjoni jista’, fi żmien tliet
ijiem mill-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, jippreżenta avviż ta’
oġġezzjoni. Dak l-avviż ta’ oġġezzjoni jkun biss validu jekk ikun
imsieħeb minn depożitu ta’ 1% tal-valur estimattiv ta’ l-offerta. Id-
depożitu jingħata biss lura jekk dik l-oġġezzjoni tiġi deċiża
favorevolment:
Iżda f’ebda każ ma għandu d-depożitu jkun inqas minn Lm100 jew
iżjed minn Lm25,000.
3. Id-Direttur għandu jagħmel pubbliku l-avviż ta’ oġġezzjoni fid-
dipartiment tiegħu l-għada li jkun ġie preżentat dak l-avviż.
4. Fi żmien tliet ijiem mill-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ oġġezzjoni, kull
offerent ieħor li kien imdaħħal f’dik is-sejħa għal offerti jista’ jirreġistra
l-interess tiegħu f’dawk il-proċedimenti. Ir-reġistrazzjoni ta’ dak l-
interess tkun biss valida jekk din tkun imsieħba b’depożitu li jkun daqs
id-depożitu mħallas skond il-paragrafu 2. Dan id-depożitu jingħata biss
lura jekk l-offerta fl-aħħar tingħata lil dak l-offerent li jkun ippreżenta
reġistrazzjoni ta’ interess. Dak l-offerent li kien indikat fid-deċiżjoni
mogħtija wara l-eżami tad-Direttur bħala l-offerent li lilu kellha
tingħata l-offerta, għandu jitqies li jkun irreġistra interess iżda ma jkun
hemm bżonn ta’ ebda depożitu minnu.
5. L-ismijiet ta’ dawk l-offerenti li jirreġistraw interess għandhom
jintgħamlu pubbliċi mid-Direttur fid-dipartiment tiegħu fl-ewwel jum li
jiġi wara l-iskadenza msemmija fil-paragrafu 4 ta’ din l-Iskeda.
6. (a) Fi żmien tliet ijiem tax-xogħol wara li tiġi pubblikata l-lista ta’
offerenti li jkunu irreġistraw interess, l-offerent li jkun ippreżenta
l-avviż ta’ oġġezzjoni għandu jibgħat lid-Direttur ittra ta’
IT-TIELET SKEDA Emendata:A.L. 98 ta’ l-2002.
(Regolament 5(2)(k))
10 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
oġġezzjoni spjegattiva li fiha jfisser xi jkunu sewwasew il-kapi
ta’ l-oġġezzjoni tiegħu.
(b) L-ittra ta’ oġġezzjoni u kull dokument ieħor mehmuż magħha
għandhom jingħataw f’għadd ta’ kopji li jkun daqsinsew l-għadd
ta’ offerenti li jkollhom interess reġistrat b’żieda ta’ tliet kopji
oħra.
(ċ) L-ittra ta’ oġġezzjoni tintgħamel pubblika fid-Dipartiment tal-
Kuntratti u tiġi ċirkolata ma’ l-offerenti kollha li jkollhom
interess reġistrat.
7. (a) Fi żmien ħamest ijiem minn meta tiġi pubblikata l-ittra ta’
oġġezzjoni, offerent li jkun irreġistra interess jista’ jibgħat
risposta spjegattiva għal dik l-ittra ta’ oġġezzjoni.
(b) Ir-risposta u kull dokument ieħor mehmuż magħha għandhom jiġu
preżentati f’għadd ta’ kopji li jkun daqsinsew l-għadd ta’
offerenti li jkollhom interess reġistrat b’żieda ta’ tliet kopji oħra.
(ċ) Ir-risposta tintgħamel pubblika fid-Dipartiment tal-Kuntratti u
tiġi ċirkolata ma’ l-offerenti kollha li jkollhom interess reġistrat u
ma’ l-offerenti kollha li jkunu ppreżentaw oġġezzjoni.
8. Fi żmien ħamest ijiem mill-pubblikazzjoni tar-risposti, id-Direttur
għandu jipprepara rapport li jagħmel analiżi ta’ l-ittra ta’ l-oġġezzjoni u
tar-risposti għaliha. Dan ir-rapport għandu jiġi ċirkolat lill-offerenti li
jkunu għamlu oġġezzjoni u li jkunu rreġistraw interess.
9. Id-Direttur għandu jibgħat kopja tar-rapport ta’ l-analisi kif ukoll tad-
dokumenti kollha li jkollhom x’jaqsmu mal-każ lill-President tal-Bord li wara dan
għandu jgħaddi biex jagħmel dak li hemm stipulat fid-Disa’ Skeda.
10. Id-Direttur għandu jippubblika kopja tad-deċiżjoni finali tal-Bord ta’ l-
Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi fuq in-notice board tad-dipartiment tiegħu.  Kopji
tad-deċiżjoni għandhom jintbagħtu lid-dipartiment jew lill-awtorità  governattiva
oħra involuta kif ukoll lill-offerent li jkun qed jagħmel l-ilment u lil kull offerent li
jista’ jkollu interess dirett fil-kwistjoni jew li seta’ wera li kellu xi interess.
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 5(2)(m))
Ordnijiet ta’ Varjazzjoni
1. F’kull każ meta tenħtieġ approvazzjoni għal ordnijiet ta’ varjazzjoni, din
għandha tinkiseb mid-Direttur qabel ma ssir xi rabta bejn id-dipartiment jew
organizzazzjoni pubblika u l-kuntrattur.
2. Meta tintalab dik l-approvazzjoni, id-dipartiment jew organizzazzjoni
pubblika għandhom jippreżentaw dokument li fih jispeċifikaw ir-raġuni u l-kawża
ta’ dik il-varjazzjoni, l-effett fuq in-nefqa totali ta’ l-offerta u kull effett fuq in-nefqa
rikorrenti li tirriżulta.
3. Fl-għoti jew fir-rifjut ta’ talba bħal dik għal varjazzjoni, id-Direttur għandu
jispeċifika xi tkun l-opinjoni tiegħu dwar jekk dik il-varjazzjoni setgħetx ġiet evitata
u l-proċedura li għandha tiġi segwita fil-ġejjieni mid-dipartiment jew mill-
organizzazzjoni pubblika sabiex tiġi evitata rikorrenza.
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 11
4. Id-Direttur għandu jżomm dokumentazzjoni sħiħa ta’ talbiet għal
varjazzjoni inkluż isem il-kuntrattur involut u dettalji ta’ dawk id-dokumenti
speċifikati fil-paragrafi 2 u 3.
IL-ĦAMES SKEDA
(Regolament 8)
Membri tal-Kumitati tal-Kuntratti
(a) Il-Kumitati jintgħamlu mid-Direttur tal-Kuntratti, li ex  officio jkun iċ-
Chairman tal-Kumitati, u minn erba’ sa għaxar membri li skond il-Prim Ministru
jkollhom il-kwalifiki jew esperjenza meħtieġa.
(b) Il-Prim Ministru għandu jaħtar ukoll persuni minn fost il-persunal fid-
Dipartiment tal-Kuntratti sabiex jagħmluha ta’ segretarji tal-Kumitati hekk kif jista’
jiġi ordnat mid-Direttur. Is-segretarji m’għandhomx ikunu membri tal-Kumitati u ma
jistgħux ikollhom vot fihom.
(ċ) Meta ċ-Chairman ikun assenti jew ma jistax iwettaq dmirijietu, jew meta l-
kariga ta’ Chairman tkun vakanti, il-Ministru jista’ jaħtar lil xi uffiċjal minn fost l-
aktar uffiċjali anzjani fid-Dipartiment tal-Kuntratti sabiex dan jagħmilha ta’
Chairman tal-Kumitati, u jwettaq is-setgħat u l-funzjonijiet kollha taċ-Chairman.
(d) Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew tibqa’ membru ta’ Kumitat
jekk-
(i) tkun membru tal-Kamra tad-Deputati; jew
(ii) ikollha xi interess finanzjarju jew ieħor li x’aktarx jippreġudika t-
twettiq tal-funzjonijiet tagħha bħala membru tal-Kumitati tal-Kuntratti.
(e) Membru tal-Kumitat jista’ jirriżenja mill-kariga tiegħu billi jibgħat ittra lill-
Prim Ministru.
(f) Membru ta’ xi Kumitat li jkollu xi interess dirett jew indirett f’xi kuntratt li
jkun qed jiġi trattat mill-Kumitat għandu jiżvela x-xorta ta’ l-interess tiegħu fl-
ewwel laqgħa tal-Kumitat wara li huwa jkun sar jaf b’dawk il-fatti relevanti; dak li
jiġi żvelat għandu jiġi reġistrat fil-minuti ta’ dik il-laqgħa tal-Kumitat u dak il-
membru li jkollu dak l-interess kif imsemmi għandu jirtira minn kull laqgħa li
matulha jiġi diskuss dak il-kuntratt.
IS-SITT SKEDA
(Regolament 9)
Funzjonijiet tal-Kumitat tal-Kuntratti
Kumitat tal-Kuntratti għandu:
1. jagħti parir fuq kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ kuntratti pubbliċi, kif
ukoll fuq l-akkwist pubbliku ta’ kull materjal, xogħlijiet u servizzi jew b’inizjattiva
tiegħu stess jew dwar kwistjonijiet speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet
tiegħu u li jistgħu minn żmien għal żmien jiġu lilu riferiti għall-parir tiegħu;
12 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
2. jivvaluta dawk l-offerti li jiġu preżentati kif ukoll dawk ir-rapporti u
rakkomandazzjonijiet dwarhom li jsiru mid-dipartimenti u organizzazzjonijiet
pubbliċi rispettivi u jagħmel rakkomandazzjonijiet definittivi dwar l-għoti ta’ offerti
b’mod li jiżguraw li jinkiseb l-aħjar valur għall-flus bl-inqas nefqa possibbli. F’dan
ir-rigward, għandha tingħata kull konsiderazzjoni dovuta -
i. lin-nefqa finali inkluża kull nefqa ta’ finanzjament li trid tinħareġ mill-
Gvern jew mill-organizzazzjoni pubblika, u
ii. l-impatt ta’ kull offerta fuq in-nefqa rikorrenti tal-Gvern jew ta’ l-
organizzazzjoni pubblika;
3. jirrapporta kull irregolarità  li jista’ jiġi mgħarraf biha jew li jista’ jintebah
biha fil-proċess ta’ dħul ta’ offerti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dan lill-
Ministru li taħtu tkun taqa’ r-responsabbiltà  għal dak id-dipartiment jew
organizzazzjoni pubblika;
4. jittratta dwar dawk l-affarijiet li, skond il-kuntratt, għandhom jiġu riferiti
lill-Kumitat tal-Kuntratti, u jisma’ u jiddeċiedi dwar tilwimiet bejn dipartimenti jew
organizzazzjoni-jiet pubbliċi, skond il-każ, u kuntratturi, li jitnisslu minn kuntratti
pubbliċi; u
5. jinvestiga formalment ilmenti li jkollhom x’jaqsmu ma’ kuntratti pubbliċi u
akkwisti u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwarhom:
F’dawn il-każi, ċ-Chairman tal-Kumitat tal-Kuntratti jkollu s-setgħa li
jsejjaħ xhieda (li jistgħu jintalbu jikkonfermaw ix-xiehda tagħhom quddiem
Kummissjunarju b’setgħa li jagħti Ġurament) u li jqabbad membri li ma jkunux
f’dak il-Kumitat sabiex jassistuh fl-investigazzjonijiet tiegħu.
IS-SEBA’ SKEDA
(Regolament 11(b))
Kumitati għall-Akkwisti
1. Il-Ministru jista’ jawtorizza t-twaqqif ta’ Kumitati, li jissejħu Kumitati
għall-Akkwisti, għar-rigward ta’ offerti dipartimentali li l-valur estimattiv tagħhom
ikun ta’ aktar minn Lm20,000.
2. Kull Kumitat għall-Akkwisti jintgħamel mill-kap tad-dipartiment jew, fin-
nuqqas tiegħu, uffiċjal li jinħatar mill-Ministru minn fost l-aktar uffiċjali anzjani fid-
dipartiment li jkun se jagħmel l-akkwist, u dan l-uffiċjal ikun ex officio Chairman
tal-Kumitat, u minn mhux inqas minn erba’ membri li jinħatru mill-Ministru, li ebda
wieħed minnhom ma għandu jkun qed iwettaq dmirijietu fid-dipartiment li jkun ser
jagħmel l-akkwist jew ikun membru tal-persunal tiegħu.
3. Id-disposizzjonijiet tar-regolamenti 6, 8(2), (3) u (4) u 14 u tal-Ħames u Sitt
Skedi li jinsabu ma’ dawn ir-Regolamenti għandhom ikunu japplikaw mutatis
mutandis għat-twaqqif u għall-funzjonijiet ta’ kull Kumitat għall-Akkwisti, iċ-
Chairman tiegħu u l-membri tiegħu.
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 13
Pakketti separati fl-offerti
Id-Direttur tal-Kuntratti għandu, dwar kull offerta b’valur estimattiv ta’ iżjed
minn Lm250,000 jew, fid-diskrezzjoni tiegħu, dwar offerti ta’ valur inqas -
1. jordna li waħda mill-kundizzjonijiet għall-offerti tkun li l-offerti jkunu biss
jikkwalifikaw biex jiġu kunsidrati jekk dawn jinkludu f’pakketti separati:
i. Garanziji meħtieġa mill-offerta, debitament esegwiti;
Kull tagħrif u ċertifikazzjoni xierqa dwar l-offerent; u
Patti dwar il-konsenja u l-eżekuzzjoni.
ii. Speċifikazzjonijiet tekniċi.
iii. Konsiderazzjonijiet finanzjarji inkluż il-prezz għall-iskedar ta’ fattura
dwar kwantità , arranġamenti kif ikun se jsir il-finanzjament u patti dwar
il-ħlas.
2. Fil-proċess ta’ l-eżami ta’ l-offerta, il-pakketti għall-offerti kollha
għandhom jinfetħu fil-pubbliku u fl-ordni fuq indikata. Meta, f’xi stadju, offerent
jonqos milli jħares l-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-offerta, il-pakketti li jifdal fl-offerta
tiegħu għandhom jintwarrbu mingħajr anqas biss ma jinfetħu.
3. Offerta li tiġi mwarrba għandha tingħata pubbliċità  fid-Dipartiment tal-
Kuntratti u l-offerent għandu jiġi mgħarraf fi żmien jumejn tax-xogħol minn meta
ssir dik il-pubbliċità .
4. Talba għall-eżami mill-ġdid mill-offerent involut trid tasal għand id-Direttur
fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni u talba trid
tkun imsieħba b’depożitu ta’ 0.5% tal-valur estimattiv ta’ l-offerta, liema depożitu
jingħata lura biss jekk id-Direttur tal-Kuntratti jiddeċiedi favur l-offerent:
Iżda f’ebda każ id-depożitu m’għandu jkun anqas minn Lm250 jew iżjed
minn Lm25,000.
5. Il-Kumitat tal-Kuntratti li jkun għamel l-eżami ta’ dik l-offerta fl-ewwel lok
għandu jerġa’ jeżamina s-sitwazzjoni mill-ġdid qabel ma jinbeda l-istadju li jkun
imiss ta’ l-eżami.
Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi
1. Il-Bord ta’ l-Appelli dwar il-Kuntratti Pubbliċi jkun magħmul minn
President u minn żewġ membri li jiġu maħtura mill-Prim Ministru għal perjodu minn
sena sa tliet snin.  Membru jista’, madankollu, jirriżenja mill-kariga tiegħu billi
jibgħat ittra lill-Prim Ministru.
2. Il-Prim Ministru jista’ jaħtar lil xi sostitut biex jagħmilha ta’ President u lil
membri sostituti tal-Bord, f’liema każ il-membri għandhom jaqdu dmirijiethom
IT-TMIEN SKEDA Emendata:A.L. 140 ta’ l-1996.
(Regolament 13)
ID-DISA’ SKEDA Emendata:A.L. 98 ta’ l-2002.
(Regolament 15)
14 L.S.174.02 ħ AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU
skond dak it-tqassim tad-doveri, inkluż dak kollu li jkun jipprovdi dwar l-inkapaċità
ta' membri fil-qadi ta’ dmirijiethom u ċirkostanzi oħra, hekk kif jista’ jiġi stabbilit
mill-Prim Ministru.
3. Membru tal-Bord ma jistax jitneħħa matul il-perjodu kopert bil-ħatra tiegħu
ħlief għal imġieba ħażina bil-provi jew l-inkapaċità  li jwettaq dmirijietu.
4. Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 733 sa 739, it-tnejn inklużi, tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili, għandhom ikun japplikaw għall-President u
għall-membri l-oħra tal-Bord dwar l-ilmenti li jkunu qegħdin jiġu ttrattati mill-Bord
bl-istess mod bħalma japplikaw għal imħallfin dwar xi kawża li tinġieb quddiem il-
qorti.
5. Persuna tkun skwalifikata milli tinħatar jew milli tibqa’ membru tal-Bord
jekk tkun membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti.
6. Il-membri tal-Bord għandhom jirċievu dak il-kumpens li jista’ jiġi stabbilit
mill-Prim Ministru.
7. Il-membri tal-Bord ma jkunu personalment responsabbli għal ebda għemil
jew nuqqas tal-Bord li jsir jew jonqos milli jsir bonafidi fit-twettiq tad-doveri tal-
Bord.
8. Il-Bord għandu jiġi pprovdut mid-Direttur tal-Kuntratti b'servizzi
amministrattivi u segretarjali.
9. Il-President tal-Bord ikollu s-setgħa li jħarrek xhieda, li jagħti ġuramenti u li
jqabbad lil xi uffiċjal tal-Gvern jew espert li ma jkunx uffiċjal tal-Gvern biex jassisti
lill-Bord fl-investigazzjonijiet li jagħmel.
10. Is-seduti tal-Bord li matulhom ikun qed jiġi ttrattat l-ilment għandhom
jinżammu bil-miftuħ u sew min jagħmel l-ilment sew il-parti aggravata għandu
jkollhom id-dritt li jattendu u jkunu msieħba minn kull min iridu, sew jekk ikollu
professjoni sew jekk le, li jkunu jqisu adatt biex jiddefendi l-interessi tagħhom.
11. Il-President għandu jiżgura li matul is-smigħ pubbliku kull parti li jkollha
interess tingħata l-opportunità  li tippreżenta l-każ tagħha.
12. Membru tal-Bord li jista’ jkollu xi interess dirett jew mhux f'xi kuntratt li
jsir is-suġġett ta’ lment skond ma hemm fit-Tielet Skeda, għandu jgħarraf lid-
Direttur tal-Kuntratti bil-miktub b’dak l-interess li jkollu, f’liema każ dak il-membru
jkun prekluż minn kull parteċipazzjoni ulterjuri fis-smigħ ta’ l-ilment.
13. Il-President għandu jaħtar is-smigħ pubbliku mill-aktar fis possibbli wara li
jiġi ppubblikat ir-rapport ta’ analisi li jitħejja mid-Direttur tal-Kuntratti skond il-
paragrafu 8 tat-Tielet Skeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
14. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun waħda finali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għoti
tal-kuntratt inkwistjoni u d-Direttur tal-Kuntratti jkollu l-awtorità  li jipproċedi biex
jagħti l-kuntratt hekk kif tiġi ppubblikata d-deċiżjoni tal-Bord u din tiġi mqassma
lill-partijiet li jkollhom interess.
15. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom preferibilment jittieħdu abbażi ta’ qbil
unanimu.  Madankollu, deċiżjonijiet maġġoritarji jkunu finali u vinkolanti ukoll
għar-rigward ta’ l-għoti tal-kuntratt.
16. Id-deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jiġu ppreżentati mill-President lid-
Direttur tal-Kuntratti bil-miktub fi żmien mhux aktar tard minn  għaxart ijiem tax-
xogħol wara li tkun saret is-seduta pubblika. Jekk il-Bord ma jkunx kapaċi, għal
raġunijiet validi, jlaħħaq ma’ dan it-terminu, d-Direttur tal-Kuntratti għandu jtawwal
il-perjodu inkwistjoni jekk tali estensjoni tkun ġustifikament titqies bħala waħda
meħtieġa miċ-ċirkostanzi tal-każ.
AKKWISTI LI JSIRU MIS-SERVIZZ PUBBLIKU ġ L.S.174.02 15
17. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Bord għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub
u għandu jkun fihom il-fatti u r-raġunijiet kollha li fuqhom tkun imsejsa d-deċiżjoni
finali tal-Bord.  Id-deċiżjonijiet kollha għandhom jiġu konklużi
b’rakkomandazzjonijiet definittivi li jkunu vinkolanti fuq id-Direttur tal-Kuntratti.ż
18. Offerent li jkun qed jagħmel ilment u li ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni
finali tal-Bord għandu jkollu d-drittijiet kollha legali li jirreferi l-kwistjoni quddiem
Qorti tal-Ġustizzja u li jikseb dak ir-rimedju jew kumpens li jqis li jkun lilu dovut
bħala riżultat tad-deċiżjoni li jista' ma jkunx jaqbel magħha.  Tali rikors minn
offerent quddiem Qorti tal-Ġustizzja ma għandux iżomm lid-Direttur tal-Kuntratti
milli jimplimenta d-deċiżjoni finali tal-Bord.
