KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR 
IL-PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA ġ L.S.188.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 188.02
REGOLI DWAR KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR IL-
PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA
5 ta’ April, 1991
L-AVVIŻ LEGALI 40 ta’ l-1991.
Titolu.
Inkjesta dwar il-Privazzjoni ta’ Ċittadinanza Maltija.
Għamla tal-
Kumitat.
2. (1) Il-Kumitat ta’ Inkjesta, hawnhekk iżjed ’il quddiem
f’dawn ir-Regoli msejjaħ "il-Kumitat", għandu jkun magħmul
minn-
(a) chairman maħtur mill-Ministru responsabbli għal
affarijiet relattivi għal ċittadinanza Maltija minn fost
Imħallfin tal-Qrati Superjuri jew persuni li kellhom il-
kariga ta’ Imħallef tal-Qrati Superjuri;
(b) żewġ membri maħtura mill-imsemmi Ministru, li
wieħed minnhom ikun uffiċjal pubbliku, u l-membru l-
ieħor persuna li hi jew kienet kwalifikata li tinħatar
maġistrat f’Malta.
(2) Iċ-Chairman u l-membri maħtura tal-Kumitat għandhom
iżommu l-kariga għal żmien ta’ tliet snin u taħt dawk il-
kundizzjonijiet li jiġu stabbiliti fl-ittra tal-ħatra tagħhom.
(3) Iċ-Chairman u l-membri l-oħra tal-Kumitat għandhom,
f’għeluq iż-żmien tal-kariga tagħhom, ikunu eliġibbli għal ħatra
mill-ġdid.
(4) Meta jkun hemm xi vakanza fil-Kumitat il-Ministru
responsabbli għal affarijiet relattivi għal ċittadinanza Maltija
għandu, hekk kif ikun prattikabbli, jaħtar persuna oħra biex timla l-
vakanza.
(5) Membru tal-Kumitat jista’ jitneħħa mill-kariga mill-Prim
Ministru, iżda dak il-membru jista’ jitneħħa biss minħabba
inkapaċità  pruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm
jekk minħabba mard mentali jew korporali jew għal xi raġuni oħra)
jew għal imġieba ħażina.
(6) Barra minn dak li hu mod ieħor espressament provdut
b’dawn ir-Regoli, il-Kumitat jista’ jagħmel ir-regoli tiegħu stess u
xort’oħra jirregola l-proċedura tiegħu stess.
Tlaqqigħ tal-
Kumitat.
3. (1) Il-Kumitat għandu jitlaqqa’ miċ-Chairman hekk kif
ikun meħtieġ minn żmien għal żmien.
(2) Il-Kumitat għandu jmexxi inkjesta dwar kull każ riferit lilu
mill-Ministru responsabbli għall-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu
maċ-ċittadinanza Maltija wara li ssir applikazzjoni għal inkjesta
minn persuna aggravata skond il-Formula A murija fl-Iskeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regoli.
Ġurament tal-
kariga.
4. (l) Iċ-Chairman u l-membri tal-Kumitat għandhom, qabel
ma jieħdu dawk id-dmirijiet, jieħdu u jiffirmaw ġurament skond il-
2 L.S.188.02 ħ
KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR 
IL-PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA
Formula B murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regoli.
(2) Il-ġurament għandu jittieħed quddiem l-Avukat Ġenerali, u
għandu jiġi depożitat għandu.
Astensjoni minn u 
rikuża ta’ membri.
Kap. 12.
5. (1) Iċ-Chairman u kull membru tal-Kumitat jista’ jastjeni
milli joqgħod fuq il-Bord jew jista’ jiġi rikużat għal kull waħda
mir-raġunijiet imsemmija fl-artikolu 734 tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.
(2) Kull kwistjoni dwar każ ta’ astensjoni jew rikuża, u kull
kwistjoni dwar proċedura, għandha tiġi deċiża miċ-Chairman tal-
Kumitat.
Segretarju tal-
Kumitat.
6. (1) Il-Ministru responsabbli għal affarijiet relattivi għal
ċittadinanza Maltija għandu jinnomina Segretarju tal-Kumitat u
dawk l-uffiċjali l-oħra li minn żmien għal żmien ikunu meħtieġa u
għandu jistabilixxi d-dmirijiet tagħhom.
Kap. 12.
(2) Is-Segretarju tal-Kumitat ikollu, mutatis mutandis, dawk
is-setgħat u dmirijiet kollha li bil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u
Proċedura Ċivili huma mogħtija jew imposti fuq ir-Reġistratur tal-
Qrati Superjuri.
Sejħa tax-xhieda u 
għoti ta’ 
ġuramenti.
Kap. 273.
7. (1) II-Kumitat għandu, sakemm ma jkunx provdut
xort’oħra taħt dawn ir-Regoli, ikollu s-setgħa kollha li bis-saħħa ta’
l-Att dwar I-lnkjesti għandu bord maħtur taħt dak l-Att.
(2) Taħrika għall-attendenza tax-xhieda għandha tkun skond il-
Formula Ċ murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regoli, u għandha
tkun iffirmata miċ-Chairman jew Segretarju tal-Kumitat.
Post tal-laqgħat u 
Reġistru tal-
Kumitat.
8. (1) Il-Kumitat għandu jiltaqa’ f’waħda mill-Awli fil-Qrati
tal-Ġustizzja fil-Belt, Valletta.
(2) It-Taqsima tal-Expatriates u n-Nazzjonalità  ta’ l-Uffiċċju
tal-Prim Ministru jkun ir-Reġistru tal-Kumitat, u hemmhekk
għandhom jiġu depożitati u miżmuma d-dokumenti tal-Kumitat, kif
ukoll kull komunikazzjoni bil-miktub jew sottomissjoni li
għandhom jiġu preżentati lis-Segretarju tal-Kumitat.
Proċedimenti tal-
Kumitat.
9. (1) Kull avviż, mandat jew ordni maħruġ mill-Kumitat
għandu jkun iffirmat miċ-Chairman u kontrosenjat mis-Segretarju
tal-Bord.
(2) Il-Kumitat jista’, f’kull żmien, iħalli li ssir xi emenda fir-
rikors sabiex dan ikun aktar ċar.
(3) Għandu jingħata avviż tal-ġurnata u tal-ħin stabbilit għas-
smiegħ ta’ l-inkjesta lill-persuna aggravata skond il-Formula D
murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regoli.
(4) Il-persuna aggravata tista’ tkun assistita matul is-smiegħ
ta’ l-inkjesta minn avukat jew prokuratur legali.
Deċiżjonijiet mill-
Kumitat.
10. (1) Ħlief kif provdut xort’oħra f’dawn ir-Regoli, id-
deċiżjonijiet tal-Bord għandhom jittieħdu b’maġġoranza tal-voti.
(2) Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom ikunu bil-miktub u
għandhom ikunu iffirmati miċ-Chairman u mis-segretarju, u l-
oriġinal għandu jinżamm mis-Segretarju tal-Kumitat flimkien mad-
dokumenti kollha tal-proċedimenti ta’ kull inkjesta.
KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR 
IL-PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA ġ L.S.188.02 3
SKEDA
Formula A
(Regola 3)
ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA
INKJESTA DWAR ORDNI TA’ PRIVAZZJONI TA’ 
ĊITTADINANZA MALTIJA
Isem u indirizz tal-persuna aggravata:
Lis-Segretarju, 
Kumitat ta’ Inkjesta.
Il-persuna aggravata tissottometti bir-rispett:
Illi b’Avviż datat il- .............................. maħruġ mill-Ministru
responsabbli għal affarijiet relattivi għal ċittadinanza Maltija, ....
...................................................................................................
il-persuna aggravata ġiet mgħarrfa illi ........................................
...................................................................................................
Illi, fis-sottomissjoni tal-persuna aggravata, l-imsemmija
raġunijiet ma humiex validi għar-raġunijiet li ġejjin:
...................................................................................................
.......................................................................................................
............................................................................................
Għaldaqstant il-persuna aggravata titlob illi l-imsemmi Avviż
jiġi revokat.
.........................................
Firma tal-persuna aggravata.
Ippreżentata minn ...................... fil- ...........................
....................................
Firma tas-Segretarju 
tal-Kumitat ta’ Inkjesta.
4 L.S.188.02 ħ
KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR 
IL-PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA
Formula B
(Regola 4)
ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA
FORMA TA’ ĠURAMENT LI JITTIEĦED MIĊ-CHAIRMAN JEW 
MEMBRU TA’ KUMITAT TA’ INKJESTA
Jiena ......................................................... li nħtart Chairman/
Membru tal-Kumitat ta’ Inkjesta biex ninvestiga Avviżi ta’
Ordnijiet ta’ Privazzjoni ta’ Ċittadinanza Maltija, għall-perijodu
minn ............................... sa .........................., naħlef/niddikjara
solennement li jiena bil-fedeltà  kollha u imparzjalment, u mill-
aħjar li nista’ naqdi d-dmir u x-xogħol li jmissni bis-saħħa ta’ l-
imsemmija ħatra.
Hekk Alla jgħini.
............................
Chairman/Membru
KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR 
IL-PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA ġ L.S.188.02 5
Formula Ċ
(Regola 7)
ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA 
TAĦRIK TA’ XHIEDA
Lil ................................................................. (isem il-persuna
mħarrka u fejn toqgħod)
Inti hawnhekk tinsab imħarrek biex tidher quddiem .................
fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt Valletta, fi ....................................
(data u ħin) u li tixhed dwar .................................... (il-kwistjoni
ta’ l-inkjesta).
Iffirmat minni llum ............................. ta’ ....................
............................
Firma taċ-Chairman
6 L.S.188.02 ħ
KUMITAT TA’ INKJESTA DWAR 
IL-PRIVAZZJONI TA’ ĊITTADINANZA MALTIJA
Formula D
(Regola 9)
ATT DWAR IĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA
AVVIŻ TAL-ĠURNATA U L-ĦIN GĦAS-SMIEGĦ MILL-
KUMITAT TA’ INKJESTA
Lil: ................................................
......................................................
Il-Kumitat ta’ Inkjesta se jisma’ nhar il- ..................................
il- ................................................. fi ....................... il-każ li sar
minn ....................................... dwar ..........................................
(il-kwistjoni ta’l-inkjesta).
Data ...............................
..........................
Chairman
tal-Kumitat ta’ Inkjesta
..........................
Segretarju
tal-Kumitat ta’ Inkjesta
