APPLIKAZZJONI TAT-TAQSIMA III TA’ L-ATT DWAR 
L-IMMUNITAJIET U L-PRIVILEĠĠI DIPLOMATIĊI ġ L.S.191.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 191.01
ORDNI DWAR L-APPLIKAZZJONI 
TAT-TAQSIMA III TA’ L-ATT DWAR 
L-IMMUNITAJIET U L-PRIVILEĠĠI DIPLOMATIĊI
25 ta’ Ottubru, 1966
L-AVVIŻ LEGALI 67 ta’ l-1966.
Titolu.
Taqsima III ta’ l-Att dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi
Diplomatiċi.
Lista ta’ 
organizzazzjoni-
jiet.
2. L-organizzazzjonijiet murija fl-Iskeda (hawnhekk iżjed ’il
quddiem imsejħa "l-organizzazzjonijiet") huma organizzazzjonijiet
li Malta jew l-Gvern tagħha u stat wieħed ieħor jew iżjed jew il-
gvern jew il-gvernijiet tagħhom huma membri.
Immunitajiet, 
privileġġi u 
personalità  
ġuridika.
Kap. 191.
3. L-organizzazzjonijiet għandhom igawdu l-immunitajiet u l-
privileġġi murija fit-Taqsima I tat-Tieni Skeda li tinsab ma’ l-Att
dwar l-Immunitajiet u l-Privileġġi Diplomatiċi u għandu jkollhom
l-kapaċitajiet legali ta’ persuna ġuridika.
SKEDA
Artikolu 2
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti
L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol
Il-Kumitat Inter-Governamentali għall-Emigrazzjoni Ewropea
L-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ikel u l-
Agrikoltura
L-Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika u Kulturali tan-
Nazzjonijiet Uniti
L-Organizzazzjoni Mondjali dwar is-Saħħa
L-Organizzazzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali
L-Union dwar it-Telekomunikazzjonijiet Internazzjonali
L-Union Postali Universali
Il-Kunsill ta’ l-Ewropa
L-Organizzazzjoni Konsultattiva Marittima Inter-
Governamentali
Il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ
Is-Segretarjat tal-Commonwealth.
