TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’ ġ L.S.199.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 199.01
REGOLAMENTI DWAR
IT-TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’
21 ta’ Ġunju, 1967
L-AVVIŻ LEGALI 41 ta’ l-1967, kif emendat bl-Avviżi Legali 35 ta’ l-
1972 u 139 u 200 ta’ l-2000.
Titolu.
Tiġdid ta’ Kiri ta’ Raba’.
Tifsir.
ma teħtieġx xort’oħra -
Kap. 199.
"Bord" tfisser il-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’ Raba’
mwaqqaf bl-artikolu 5 ta’ l-Att;
"raba’" tfisser l-art li relattivament għaliha jsir rikors.
Reġistratur tal-
Bord.
Kap. 12.
3. (1) lr-Reġistratur tal-Qrati Superjuri jew persuna li taġixxi
minfloku jew f’ismu skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (hawnhekk iżjed ’il quddiem
imsejjaħ "ir-Reġistratur") ikun ir-Reġistratur tal-Bord relattivament
għal kull proċeduri li jkollhom x’jaqsmu ma’ art li qegħda fil-Gżira
ta’ Malta.
(2) Ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex jew
persuna li taġixxi minfloku jew f’ismu skond l-imsemmija
disposizzjonijiet (hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "ir-
Reġistratur") ikun ir-Reġistratur tal-Bord relattivament għal kull
proċeduri li jkollhom x’jaqsmu ma’ art li qegħdha fil-Gżira ta’
Għawdex jew Kemmuna.
Rikors lill-Bord.
għall-atti ġudizzjarji, għandu jkollu dikjarazzjoni fil-qosor tal-fatti
li dwarhom għandu jiddeċidi l-Bord kif ukoll ir-raġunijiet u l-iskop
tar-rikors.
(2) Il-Bord jista’, f’kull żmien, iħalli li ssir kull korrezzjoni
fir-rikors sabiex jiftiehem aħjar.
(3) Ir-rikors jista’ jiġi preżentat mir-rikorrent jew minn wieħed
mir-rikorrenti jew mill-avukat jew prokuratur legali li jkun
iffirmah.
Notifika ta’ rikors.
meħtieġa għan-notifika tal-partijiet li jkunu qed jikkontestaw u
kopja, b’indikazzjoni fiha tad-data u l-ħin ta’ l-ewwel smigħ tar-
rikors, għandha tiġi notifikata lil kull waħda minn dawn il-partijiet
mill-anqas ħmistax-il ġurnata tax-xogħol qabel dik id-data.
Avviż lir-rikorrent 
dwar l-ewwel 
smigħ tar-rikors.
6. Id-data u l-ħin ta’ l-ewwel smigħ ta’ rikors għandhom jiġu
komunikati lir-rikorrent b’avviż notifikat lilu mill-anqas sebat
ijiem tax-xogħol qabel dik id-data.
2 L.S.199.01 ħ TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’
Drittijiet tar-
reġistru
Emendat:
A.L. 35 ta’ l-1972.
Sostitwit:
A.L. 139 of 2000.
7. Id-drittijiet tar-reġistru li għandhom jiġu intaxxati mir-
Reġistratur mal-preżentata ta’ xi att ikunu skond id-drittijiet murija
fit-Tariffa A li hemm fl-Iskeda.
Dritt ta’ l-avukat 
jew tal-prokuratur 
legali.
Emendat:
A.L. 35 ta’ l-1972.
8. (l) L-avukat jew il-prokuratur legali li jassisti jew li
jassisti u jidher f’isem waħda mill-partijiet fil-prcċeduri quddiem
il-Bord għandu jitħallas dritt li jiġi kalkolat kif ġej:
(a) meta l-proċeduri jkunu dwar rikors magħmul skond l-
artikolu 3 ta’ l-Att, dritt daqs sena kera tar-raba’ jew
tliet liri, liema jkun l-anqas ammont:
Iżda f’ebda każ ma għandu dak id-dritt ikun anqas
minn lira;
(b) meta l-proċedimenti jkunu dwar rikors magħmul skond
l-artikolu 4 jew l-artikolu 13 ta’ l-Att -
(i) dritt daqs sitt xhur kera tar-raba’ jew tliet liri,
liema ammont ikun l-akbar, dwar it-talba għall-
pussess lura, tar-raba’ li jkun, u
(ii) dritt intaxxat mir-Reġistratur skond it-Tariffa B
li hemmi fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-
Regolamenti;
(ċ) meta l-proċedimenti jkunu dwar rikors magħmul skond
l-artikolu 25 ta’ l-Att, dritt intaxxat mir-Reġistratur
skond it-Tariffa B li hemm fl-Iskeda li tinsab ma’
dawn ir-Regolamenti.
Kap. 12.
(2) B’żieda għad-dritt dovut skond is-subregolament (1),
għandu jitħallas ukoll lill-avukat jew lill-prokuratur legali għal kull
att ġudizzjarju, ħlief għar-rikors imsemmi fl-artikolu 3, 4, 13 jew
25 ta’ l-Att, preżentat għall-iskop ta’ proċeduri quddiem il-Bord,
(jew għal xi risposta għalih), u għal kull attendenza f’aċċessi
ordnati mill-Bord jew mitluba mill-klijent, id-dritt li jitħallas skond
it-Tariffa G ta’ l-Iskeda A li tinsab mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni
u Proċedura Ċivili.
Notament tal-
proċeduri.
9. Għandu jinżamm notament tal-proċeduri kollha tal-Bord u
x-xiehda kollha għandha tiġi miktuba.
Notifika ta’ l-atti 
tal-Bord.
Kap. 12.
10. In-notifika tal-mandati, ordnijiet jew atti oħra kollha tal-
Bord għandha ssir skond id-disposizzjonijiet tal-Kodiċi ta’
Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili u dawn id-disposizzjonijiet
għandhom, kemm jista’ jkun possibbli, japplikaw għall-proċeduri
quddiem il-Bord.
Spejjeż u drittijiet 
oħra.
11. Ħlief meta provdut xort’oħra, l-ispejjeż tal-proċeduri
quddiem il-Bord u d-drittijiet tar-Reġistru li jitħallsu għall-atti
preżentati in konnessjoni ma’ dawk il-proċeduri għandhom jiġu
intaxxati skond it-tariffi annessi ma’ l-imsemmi Kodiċi.
Dmirijiet u setgħat 
ta’ l-uffiċjali 
assenjati lill-Bord.
Kap. 12.
12. Ir-Reġistratur għandu jipprovdi l-persunal meħtieġ biex
isiru s-seduti u għall-esekuzzioni ta’ l-ordnijiet tal-Bord: l-uffiċjali
hekk nominati għandhom, fl-esekuzzjoni tad-dmirijiet tagħhom,
igawdu u jeżerċitaw dawk is-setgħat kollha kif mogħtija bil-Kodiċi
ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili lill-uffiċjali li jaqdu
dmirijiet simili.
TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’ ġ L.S.199.01 3
Aċċessi.
minn membru jew iżjed tiegħu.
Deċiżjonijiet tal-
Bord.
14. (1) Kull deċiżjoni tal-Bord għandha tiġi ffirmata mill-
President u kontrofirmata mir-Reġistratur.
(2) Ir-Reġistratur ikun jista’ jagħti kopji awtentakati tad-
deċiżjonijiet jew ordniiiet tal-Bord wara ħlas tad-drittijiet preskritti
relattivament għal kopji maħruġa mir-Reġistru tal-Qorti.
Miżjuda:
A.L. 35 ta’ l-1972.
SKEDA
Sostitwita:
A.L. 139 ta’ l-
2000.
Emendata:
A.L. 200 ta’ l-
2000.
TARIFFA "A"
Drittijiet tar-reġistru li jitħallsu fil-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri 
ta’ Raba’
1 Għall-preżentata ta’ kull talba ..................................... Lm 15
2 Għall-preżentata ta’ kull risposta ................................. Lm 10
3 Għall-preżentata ta’ kull rikors ta’ appell .................... Lm 30
4 Għall-preżentata ta’ risposta għal rikors ta’ appell ...... Lm 20
5 Id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ din it-
Tariffa jinkludu l-preżentata ta’ kull att ieħor tal-
proċedura u servizzi oħra (inklużi, iżda mhux limitati
għal, il-preżentata ta’ mandati għall-eżami ta’ xhieda,
l-eżami nnifsu, drittijiet għar-reġistrazzjoni,
traskrizzjonijiet u kopji, is-servizzi ta’ assistenti
ġudizzjarji, digrieti u dikjarazzjonijiet qabel id-
deċiżjoni finali, taxxi ta’ l-ispejjeż u kopji tad-
deċiżjoni) li huma meħtieġa wara li tinbeda kawża
permezz ta’ dak l-att sa u inkluża d-deċiżjoni finali,
iżda mhux magħdudin id-drittijiet dovuti għan-
notifika ta’ l-atti tal-proċedura jew drittijiet li
għandhom jitħallsu lil periti jew esperti nominati mill-
Bord, jew xi drittijiet li l-Bord jista’ jkun meħtieġ li
jħallas lil terzi persuni.
6 (1) Ebda dritt ma għandu jitħallas għall-preżentata
ta’ xi nota ta’ ammissjoni ta’ talba sakemm it-talba
tkun ammessa kompletament u mingħajr kondizzjoni
qabel ma ssir xi kontestazzjoni dwarha.
(2) Kull kontro-talba li jkun hemm f’att tal-
proċedura titqies bħala talba ġdida, u d-drittjiet
msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jitħallsu fuq
il-kontro-talba u r-risposta għaliha.
(3) Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4
għandhom ikunu wkoll dovuti mal-preżentata ta’
rikors lill-Bord biex wieħed jippreżenta nota ta’ l-
eċċezzjonijiet, tweġiba jew att ieħor tal-proċedura
ppreżentat bħala risposta għat-talba u maħsub biex
jikkontesta, sew totalment sew parzjalment, talba
magħmula.
4 L.S.199.01 ħ TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’
7 (1) Għal kull notifika ta’ att tal-proċedura inklużi l-
ispejjeż li jsiru għall-eżekuzzjoni ta’ dik in-notifika,
jkunu dovuti dawn id-drittijiet li ġejjin:
(i) dritt tar-reġistru ...................................... Lm 2.50
(ii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv li
jeżegwixxi n-notifika ............................... Lm 0.50
Iżda jekk in-notifika għandha ssir barra mill-ħinijiet
normali tax-xogħol, id-drittijiet imsemmija f’dan il-
paragrafu għandhom jiżdiedu b’100%.
(2) Minkejja kull ħaġa li hemm f’din it-Tariffa, jekk
in-notifika ta’ xi att għandha tiġi eżegwita
personalment minn uffiċjal eżekuttiv tal-Bord, f’dawk
il-każijiet fejn il-liġi tippermetti li n-notifika ssir mod
ieħor, ikunu dovuti, għal kull notifika, dawn id-
drittijiet addizzjonali li ġejjin:
(i) dritt tar-reġistru ....................................... Lm 20
(ii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv li
jeżegwixxi n-notifika ............................... Lm 3
(3) Id-drittijiet stabbiliti fis-subparagrafu (2) ma
japplikawx meta n-notifika għandha ssir personalment
minn uffiċjal eżekuttiv tal-Bord skond xi liġi, u
f’dawn il-każijiet stabbiliti fis-subparagrafu (1) ta’
dan il-paragrafu għandhom japplikaw.
8 Għal kull att ieħor tal-proċedura stabbilit fl-Att dwar
it-Tiġdid ta’ Kiri tar-Raba’, iżda li ma hemmx provdut
dritt dwaru f’din it-Tariffa ........................................... Lm 5
Iżda drittijiet għal servizzi li ma hemmx provdut
speċifikatament dwarhom f’din it-Tariffa, iżda li
hemm provdut dwarhom f’Tariffi oħra li hemm fil-
Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili,
għandhom jiġu intaxxati skond dawk it-Tariffi.
9 Għall-ftuħ tar-reġistru wara l-ħinijiet tax-xogħol tar-
reġistru:
(i) dritt tar-reġistru ....................................... Lm 50
(ii) dritt dovut lid-deputat reġistratur li
jattendi .................................................... Lm 20
(iii) dritt dovut lill-uffiċjal eżekuttiv meħtieġ
biex tiġi eżegwita n-notifika .................... Lm 15
10 (1) Il-Bord jista’, meta jagħti d-deċiżjoni tiegħu,
jordna li r-rikorrent jew l-konvenut f’kawża jħallas
somma addizzjonali lir-Reġistratur tal-Qrati li
tammonta għal mhux anqas minn Lm 100 u mhux
iżjed minn Lm 250, jekk il-Bord jidhirlu li l-att tal-
proċedura li bih inbdiet il-kawża jew l-att tal-
proċedura b’risposta kienu fiergħa jew vessatorji, jew
li xi waħda mill-partijiet tawlet il-proċeduri mingħajr
bżonn, u f’dak il-każ din is-somma ma tkunx tista’
tintalab lura mill-parti l-oħra.
Ma jkun hemm ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord.
TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’ ġ L.S.199.01 5
TARIFFA "B"
Dritt ta’ l-Avukat jew tal-Prokuratur Legali
(2) Il-Bord jista’ wkoll, fis-sentenza tiegħu, jirreferi
lill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-
Ġustizzja lill-avukat ta’ l-attur jew tal-konvenut, jekk
il-Bord jidhirlu li l-avukat kien responsabbli,
totalment jew parzjalment, għall-att tal-proċedura
fieragħ jew vessatorju, jew biex itawwal il-proċeduri.
Ma jkun hemm ebda appell mid-deċiżjoni tal-Bord. 
11 (1) Id-drittijiet kollha dovuti għandhom jitħallsu
filwaqt tal-preżentata ta’ l-att relattiv, u r-Reġistratur
ma jaċċettax għall-preżentata xi att tal-proċedura li ma
jkollux miegħu d-dritt relattiv.
(2) L-intaxxar li jsir mir-Reġistratur ta’ l-ammont ta’
drittijiet li għandu jitħallas ikun finali.
(3) Fl-intaxxar tad-drittijiet imniżżla f’din it-Tariffa
ma jittieħed ebda qies ta’ xi frazzjoni ta’ Lm 1.
12 (1) Ir-Reġistratur għandu jara li taxxa ta’ l-ispejjeż
tinżamm fl-inkartament ta’ kull kawża u għandu
jniżżel minnufih fit-taxxa l-ħlasijiet kollha magħmula
lir-Reġistratur u l-ħlasijiet kollha dovuti lill-avukati u
l-prokuraturi legali tal-partijiet, u l-partijiet, l-avukati
tagħhom u l-prokuraturi legali tagħhom ikollhom dritt
għal kopja tat-taxxa f’kull ħin.
(2) Fi żmien xahar mill-għoti tad-deċiżjoni finali, ir-
Reġistratur għandu jara li titħejja taxxa finali ta’ l-
ispejjeż.
l. Għal kull sentenza fuq l-ammont ta’ kumpens mitlub
jew mogħti (liema minnhom ikun l-akbar):
(a) dwar l-ewwel Lm200, kull Lm100 ......................  Lm5.00,0
(b) dwar kull ammont ’il fuq minn l-ewwel Lm200,
u sa Lm300 oħra, kull Lm100 ...................................... Lm3.00,0
(ċ) dwar kull ammont ’il fuq minn l-ewwel Lm500,
u sa Lm1,000 oħra, kull mija ....................................... Lm2.00,0
(d) dwar kull ammont ’il fuq minn Lm1,500, kull
Lm100 .........................................................................  Lml.00,0
2. Fil-każijiet ta’ sentenzi ta’ ħelsien mill-osservanza
tal-ġudizzju li jingħataw fuq eċċezzjonijiet li jmissu l-
mertu prinċipali tar-rikors, jiġi ntaxxat id-dritt skond il-
paragrafu 1; f’kull każ ieħor ta’ ħelsien mill-osservanza
tal-ġudizzju jiġi ntaxxat nofs dak id-dritt.
3. Ful-każ ta’ ċessjoni -
(a) wara li r-rikors ikun ġie ppreżentat, għandu
jingħata lill-avukat jew lill-prokuratur legali tar-
rikorrent it-terz tad-dritt skond il-paragrafu 1;
6 L.S.199.01 ħ TIĠDID TA’ KIRI TA’ RABA’
(b) wara li risposta għar-rikors tkun ġiet abbozzata,
għandu jingħata lill-avukat jew lill-prokuratur legali
ta’ l-intimat terz tad-dritt skond il-paragrafu 1.
4. Fil-każ ta’ transazzjoni jew ta’ ċessjoni f’kull stadju
ieħor tal-proċedimenti wara l-kontestazzjoni iżda qabel is-
smigħ tar-rikors, jew f’każ ta’ ammissjoni f’xi stadju
qabel ma jibda s-smigħ, għandu jingħata nofs id-dritt
skond il-paragrafu l.
5. Fil-każ ta’ transazzjoni jew ta’ ċessjoni jew
ammissjoni wara li jkun beda s-smigħ, għandu jingħata
żewġ terzi tad-dritt skond il-paragrafu 1.
6. Fil-każ ta’ transazzjoni jew ċessjoni jew ammissjoni
wara li r-rikors ikun ġie differit għas-sentenza, għandu
jingħata d-dritt skond il-paragrafu 1.
7. (a)Jekk ikun imqabbad iktar minn avukat wieħed jew
iktar minn prokuratur legali wieħed jew ikunu mqabbdin
avukat u prokuratur legali mill-istess parti fl-istess
proċedimenti, kull wieħed mill-imsemmija avukati u/jew
prokuraturi legali jkun intitolat għad-dritt kollu ntaxxat
skond il-paragrafi ta’ qabel ta’ din it-Tariffa:
Iżda l-parti li tirbaħ il-kap ta’ l-ispejjeż ma jkollhiex
dritt li titlob mill-parti telliefa iktar minn dritt wieħed
sħiħ.
(b) Meta fl-istess proċedimenti jkun hemm żewġ
rikorrenti jew iżjed jew żewġ intimati jew iżjed, kull
wieħed mir-rikorrenti jew mill-intimati jkollu dritt
għall-avukat jew għall-prokuratur legali tiegħu, u l-
parti kkundannata li tħallas l-ispejjeż tkun marbuta li
tħallas id-drittijiet xierqa ta’ l-avukati jew tal-
prokuraturi legali kollha tan-naħa tar-rebbieħa
sakemm ebda parti waħda ma titlob spejjeż ta’ aktar
minn patroċinatur legali wieħed.
8. Jekk avukat jew prokuratur legali jitlaq lill-klijent
jew jiġi abbandunat mill-klijent -
(a) wara li r-rikors jew ir-risposta tkun ġiet
ippreżentata, ikollu jedd għal terz tad-dritt normali;
(b) wara l-istadji ta’ hawn fuq iżda qabel ma l-
proċedimenti jkunu ġew differiti għas-sentenza, ikollu
jedd għal żewġ terzi tad-dritt nominali.
9. Id-dritt dovut lil avukat jew lil prokuratur legali li
jkun ġie mqabbad wara li l-ewwel avukat jew prokuratur
legali jkun abbanduna lil jew ikun ġie abbandunat mill-
klijent qabel ma jiġu konklużi l-proċedimenti, ikun daqs
id-differenza bejn id-dritt kollu u d-dritt intaxxat lill-
avukat jew lill-prokuratur legali ta’ qabel.
10. F’kull każ li jaqa’ taħt il-paragrafi 8 u 9 ta’ din it-
Tariffa, il-parti li tqabbad iżjed minn avukat jew
prokuratur legali wieħed, wieħed wara l-ieħor, li tkun fin-
naħa rebbieħa, ma tistax titlob lill-parti telliefa iżjed minn
dritt wieħed sħiħ.
11. L-anqas dritt li jitħallas skond din it-Tariffa lil avukat
jew lil prokuratur legali ma għandu qatt ikun inqas minn
erba’ liri.
