PERIJODI PERMESSI GĦAL DUĦĦAN SEWDIENI ġ L.S.200.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 200.01
REGOLAMENTI DWAR PERIJODI PERMESSI 
GĦAL DUĦĦAN SEWDIENI
15 ta’ April, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 28 ta’ l-1969.
Titolu.
Perijodi Permessi għal Duħħan Sewdieni.
Tifsir.
Kap. 200.
2. Il-kliem u l-frażijiet użati f’dawn ir-Regolamenti għandu
jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att dwar l-Arja Pura,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att".
Perijodu permess 
ta’ ħruġ ta’ duħħan 
sewdieni.
3. (1) Il-ħruġ ta’ duħħan sewdieni minn xi ċumnija (li ma
tkunx ċumnija ta’ bastiment) għal mhux iktar minn għaxar minuti
b’kollox f’xi perijodu ta’ tmien siegħat, jew, jekk ikun hemm titjir
ta’ nugrufun matul dak il-perijodu, għal mhux iktar minn erbatax-il
minuta b’kollox f’dak il-perijodu, ma għandux jittieħed kont tiegħu
għall-finijiet ta’ l-artikolu 3 ta’ l-Att.
(2) L-imsemmija perijodi ta’ għaxar minuti u erbatax-il minuta
għandhom jiżdiedu -
(a) fil-każ ta’ ċumnija li sservi żewġt ifran, għal tmintax-il
minuta u ħamsa u għoxrin minuta rispettivament;
(b) fil-każ ta’ ċumnija li sservi tliet ifran, għal erbgħa u
għoxrin minuta u erbgħa u tletin minuta
rispettivament; u
(ċ) fil-każ ta’ ċumnija li sservi erbat ifran jew iżjed, għal
disgħa u għoxrin minuta u wieħed u erbgħin minuta
rispettivarnent.
(3) Ebda ħaġa fis-subregolamenti ta’ qabel ma tawtorizza -
(a) il-ħruġ kontinwu ta’ duħħan sewdieni, li jkun kawżat
xort’oħra milli minn titjir ta’ nugrufun, għal perijodu
ta’ iktar minn erba’ minuti, jew
(b) il-ħruġ ta’ duħħan iswed għal iktar minn żewġ minuti
b’kollox f’xi perijodu ta’ tletin minuta.
(4) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, meta kaldarun wieħed
jew unit wieħed ta’ mpjant industrjali jkun imqabbad minn iktar
minn forn wieħed li jarmi fl-istess ċumnija, dawk il-fran kollha
għandhom jitqiesu bħala forn wieħed.
(5) F’dan ir-regolament, "duħħan iswed" tfisser duħħan li, jekk
ikun paragunat bil-mod xieraq ma’ chart tat-tip magħruf fid-data
tal-ħruġ b’liġi ta’ l-Att bħala r-Ringelmann Chart, ikun jidher
sewdieni daqs jew iktar sewdieni mill-gradazzjoni 4 taċ-Chart.
