PERIJODI PERMESSI GĦAL DUĦĦAN MINN BASTIMENTI ġ L.S.200.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 200.02
REGOLAMENTI DWAR PERIJODI PERMESSI 
GĦAL DUĦĦAN MINN BASTIMENTI
15 ta’ April, 1969
L-AVVIŻ LEGALI 30 ta’ l-1969, kif emendat bl-Avviż Legali 32 ta’ l-
1969.
Titolu.
Perijodi Permessi għal Duħħan minn Bastimenti.
Tifsir.
Kap. 200.
2. Il-kliem u l-frażijiet użati f’dawn ir-Regolamenti għandu
jkollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att dwar l-Arja Pura,
hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "l-Att".
Perijodu permess 
ta’ ħruġ ta’ duħħan 
sewdieni.
3. (1) Il-ħruġ ta’ duħħan sewdieni minn ċumnija ta’ bastiment
għal mhux iktar mill-perijodu speċifikat fit-tieni kolonna ta’ l-
Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti relattivament għall-klassi
tal-każ speċifikat fl-ewwel kolonna ta’ l-imsemmija Skeda ma
għandux jittieħed kont tiegħu għall-finijiet ta’ l-artikolu 3 ta' l-Att:
Iżda -
(a) il-ħruġ kontinwu ta’ duħħan sewdieni, li jkun kawżat
xort’oħra milli minn titjir ta’ nugrufun ta’ kaldarun tat-
tubu ta’ l-ilma (water tube boiler) ma għandux idum
iktar minn erba’ minuti; u
(b) f’ebda każ ma għandu duħħan iswed joħroġ għal iktar
minn żewġ minuti fit-total f’perijodu ta’ tletin minuta:
Iżda wkoll mingħajr il-permess ta’ l-uffiċjal awtorizzat,
ebda nugrufun ma għandu jittajjar fil-waqt li bastiment ikun f’xi
port jew bajja f’Malta, liema permess ma jingħatax jekk -
(a) kien ikun prattikabbli li dik l-operazzjoni ssir qabel ma
resaq lejn l-art;
(b) ikun prattikabbli li dik l-operazzjoni titħalla sakemm
jitlaq l-art; jew
(ċ) metodu ieħor biex jitneħħa n-nugrufun ikun jista’ jiġi
adottat.
(2) F’dan ir-regolament "duħħan iswed" tfisser duħħan li, jekk
ikun paragunat bil-mod xieraq ma’ chart tat-tip magħrufa fid-data
tal-ħruġ b’liġi ta’ l-Att bħala r-Ringelmann Chart, ikun jidher
sewdieni daqs jew iktar sewdieni mill-gradazzjoni 4 taċ-chart. 
(3) Għall-finijiet ta’ l-imsemmija Skeda bastiment ma jkunx fi
triqtu meta jkun ankrat jew marbut ma’ l-art jew mal-qiegh, u
bastiment li jkun inkalja għandu jitqies li qiegħed fi triqtu.
2 L.S.200.02 ħ PERIJODI PERMESSI GĦAL DUĦĦAN MINN BASTIMENTI
Sostitwita:
A.L. 32 ta’ l-1969.
SKEDA 
(Regolamet 3)
L-Ewwel Kolonna
Klassi tal-Każ
It-Tieni Kolonna
Perijodu Permess
1.  Meta nirien ġodda jkunu qed
jitqabbdu bi tħejjija biex jiġi mgħolli stim
10 minuti b’kollox
f’perijodu ta’
siegħa
2.  Meta xi ħsara taffettwa t-tagħmir ta’
kombustjoni
10 minuti b’kollox
f’perijodu ta’
siegħa
3. Meta jkun meħtieġ, minħabba
diffikultajiet ta’ navigazzjoni, li jiġi sfurzat it-
tagħmir ta’ kombustjoni għad-detriment ta’ l-
operazzjoni tiegħu
10 minuti b’kollox
f’perijodu ta’
siegħa
4. Ħruġ minn natural draught oil-fired
furnace jew coal-fired boiler furnace fil-
każijiet li ġejjin:
(a) bastiment ta’ rmonk li ma jkunx fi
triqtu iżda jkun qed jitħejja biex
imur fi triqtu jew ikun qed jagħti
kurrent lil xi bastimenti oħra jew lil
stallazzjonijiet fuq l-art Ħ 10 minuti b’kolloxf’perijodu ta’
siegħa(b) bastiment li ma jkunx fi triqtu iżdajkun qed juża kurrent għall-iskop ta’
taħmil, tlugħ, pumpjar jew ikun qed
jagħmel xi xogħol ieħor speċjali li
għalih il-bastiment ikun magħmul
5. Ħruġ minn xi oriġini oħra 5 minuti b’kollox
f’perijodu ta’
siegħa
