BANK ĊENTRALI TA’ MALTA ġ L.S.204.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 204.01
BYE-LAWS DWAR 
IL-BANK ĊENTRALI TA’ MALTA
1 ta’ Lulju, 1968
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 471 ta’ l-1968.
Titolu.
1. It-titolu ta’ dawn il-Bye-Laws hu Bye-Laws dwar il-Bank
Ċentrali ta’ Malta.
Tifsir.
teħtieġx xort’oħra -
Kap. 204.
"President" tfisser il-Gvernatur jew id-Deputat Gvernatur, skond
il-każ, li għandu jippresjedi f’laqgħa tal-Bord skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 12(3) ta’ l-Att.
Frażijiet imfissra fl-Att għandu, kemm-il darba r-rabta tal-kliem
ma teħtieġx xort’oħra, ikollhom it-tifsiriet mogħtija lilhom fl-Att.
TAQSIMA II
Laqgħat tal-Bord.
minn għaxart ijiem ta’ kull laqgħa tal-Bord u dak l-avviż għandu
jintbagħat bil-posta lil kull direttur fl-indirizz li jidher fir-reġistri
tal-Bank bħala l-indirizz tiegħu għall-konsenja ta’ avviżi u
komunikazzjonijiet oħra mill-Bank. Jekk ikun meħtieġ li tissejjaħ
laqgħa straordinarja jew ta’ emerġenza għandhom jittieħdu l-passi
kollha raġonevoli biex jingħata żmien, kemm jista’ jkun possibbli
qabel, lil kull direttur li jkun f’dak iż-żmien Malta. In-nuqqas
aċċidentali jew inevitabbli li jingħata xi avviż tali lil xi wieħed
mid-diretturi, jew in-nuqqas li jiġi riċevut dak l-avviż minn xi
direttur, ma jinvalidax minnu nnifsu xi att jew proċedura tal-Bord.
(2) Ebda persuna barra mid-diretturi u l-persuna nominata biex
tirreġistra l-minuti ma għandha tattendi laqgħat tal-Bord, iżda l-
President jista’ jitlob il-presenza ta’ funzjonarji tal-Bank meta jkun
qed jittieħed qies ta’ ħwejjeġ tekniċi.
Minuti.
kotba provduti għal dak l-iskop -
(a) ta’ l-ismijiet tad-diretturi kollha preżenti f’kull laqgħa
tal-Bord;
(b) tar-riżoluzzjonijiet kollha ta’ kull laqgħa;
(ċ) tan-nomini kollha ta’ funzjonarji magħmula mill-Bord.
(2) Kopja tal-minuti ta’ kull laqgħa għandha tiġi ċirkolata lil
kull direttur fil-laqgħa ta’ wara u, wara l-approvazzjoni tal-Bord,
il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President.
TAQSIMA III
Dikjarazzjoni mid-
diretturi.
5. Kull direttur għandu, man-nomina jew man-nomina mill-
2 L.S.204.01 ħ BANK ĊENTRALI TA’ MALTA
ġdid, jiffirma dikjarazzjoni. kif murija fil-Formula I li tinsab ma’ l-
Iskeda, fejn jikkonferma l-lealtà  u s-servizz tiegħu lejn il-Bank u
jintrabat li josserva segretezza assoluta dwar l-operazzjonijiet
kollha tal-Bank.
TAQSIMA IV
Il-Bord. 6. (1) Il-Bord ikun responsabbli għall-politika u għall-
amministrazzjoni ġenerali ta’ l-affarijiet u tan-negozju tal-Bank.
(2) In-nomina ta’ udituri, prokuraturi, aġenti tal-flus u aġenti
oħra tal-Bank għandha ssir mill-Bord.
(3) In-nomina ta’ funzjonarji u ta’ impjegati oħra f’postijiet
fil-Bank skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 13 ta’ l-Att
għandha ssir mill-Bord.
Il-Gvernatur. 7. (1) Il-Gvernatur jew, fl-assenza tiegħu, id-Deputat
Gvernatur, ikun inkarigat mid-direzzjoni ta’ kull jum u mit-
tmexxija ta’ l-operazzjonijiet tal-Bank skond il-politika tal-Bord.
Huwa għandu r-responsabbiltà  speċjali għal:
(a) l-organizzazzjoni u d-direzzjoni tal-Bank fl-uffiċċju
prinċipali, fergħat u aġenziji tiegħu;
(b) biex jara li jiġu miżmuma kontijiet veri ta’ l-
operazzjonijiet kollha magħmula mill-Bank u ta’ l-
attiv u l-passiv tal-Bank u ta’ l-oġġetti kollha ta’ valur
fdati lill-Bank;
(ċ) biex jara li jiġu kompilati, mibgħuta u pubblikati r-
rapporti u r-rendikonditiet imsemmija fl-artikolu 23 ta’
l-Att;
(d) biex jinżammu kif imiss l-attivi kollha tal-Bank u l-
oġġetti ta’ valur fdati lill-Bank;
(e) il-qadi minn funzjonarji u impjegati oħra tal-Bank tad-
dmirijiet mogħtija lilhom;
(f) is-sorveljanza ta’ arranġamenti dwar il-ħruġ u l-fidi ta’
biljetti tal-flus u munita u tal-ħwejjeġ kollha konnessi
mal-format, disinn u komposizzjoni tal-biljetti tal-flus
u tal-munita.
(2) Id-Deputat Gvernatur għandu jaqdi dawk id-dmirijiet li l-
Gvernatur jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi.
Setgħat ta’ firma. 9. Il-Gvernatur u d-Deputat Gvernatur ikollhom is-setgħa li
jiffirmaw dokumenti dwar l-aspetti kollha tax-xogħol tal-Bank. Il-
Bord jista’ jawtorizza lil dawk il-funzjonarji l-oħra tal-Bank biex
jiffirmaw f’isem il-Bank u għal dawk l-iskopijiet li jista’ minn
żmien għal żmien jiddeċidi.
Projbizzjoni milli 
wieħed jieħu 
sehem f’negozju u 
f’impieg ta’ 
xogħlijiet oħra.
10. Ebda funzjonarju jew impjegat ieħor tal-Bank ma għandu
jieħu sehem direttament jew indirettament la bħala prinċipal u
lanqas bħala aġent f’xi negozju, professjoni, xogħol jew jokkupa xi
kariga oħra jew jaċċetta xi impieg ieħor, sew b’kumpens sew le,
mingħajr il-permess speċifiku tal-Bord, li għandu jingħata biss
f’ċirkostanzi eċċezzjonali, iżda din il-bye-law m’għandhiex
tipprojbixxi lill-Bank milli jimpjega, fid-diskrezzjoni tal-Bord,
persuni bħala part-time għal skopijiet partikolari u għal perijodi
BANK ĊENTRALI TA’ MALTA ġ L.S.204.01 3
speċifiċi ta’ żmien.
Dikjarazzjoni minn 
funzjonarji u 
impjegati.
11. Il-funzjonarji jew l-impjegati kollha tal-Bank ikunu
meħtieġa li jiffirmaw dikjarazzjoni, kif murija fil-Formula II li
tinsab ma’ l-Iskeda, fejn jikkonfermaw l-lealtà  u s-servizz tagħhom
lejn il-Bank u jintrabtu li josservaw segretezza assoluta dwar l-
operazzjonijiet kollha tal-Bank.
Sigurtà  minn 
funzjonarji u 
impjegati.
12. Il-Bord jista’ jitlob lil kull funzjonarju jew impjegat ieħor
li jagħti lill-Bank, b’dak il-mod kif il-Bord jiddeċidi, dik is-sigurtà
li tkun meqjusa bħala raġonevoli għall qadi xieraq tad-dmirijiet
tiegħu.
SKEDA
FORMULA I
Dikjarazzjoni ta’ Lealtà  u ta’ Segretezza minn Diretturi
Jiena, (), nominat direttur tal-Bank Ċentrali
ta’ Malta, niddikjara solennement u sinċerament li naqdi fedelment
id-dmirijiet ta’ direttur u illi nwettaq mill-aħjar li nista’ l-interessi
tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u illi kemm matul is-servizz tiegħi mal-
Bank kemm wara li nispiċċa minn dik il-kariga nosserva segretezza
assoluta dwar l-affarijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-Bank u dwar
il-ħwejjeġ kollha li jirriferixxu għalihom u li jiena ma nikxef la
direttament u lanqas indirettament ebda ħaġa jew tagħrif li sirt naf
bihom fil-qadi tad-dmirijiet tiegħi jekk ma nkunx awtorizzat li
nagħmel hekk mill-Bord tal-Bank jew jekk ma nkunx meħtieġ
skond il-liġi biex nagħmel hekk minn awtorità  kompetenti.
IFFIRMAT ............................
FORMULA II
Dikjarazzjoni ta’ Lealtà  u ta’ Segretezza minn Funzjonarji u 
minn Impjegati
Jiena, (), niddikjara solennement u
sinċerament li naqdi fedelment id-dmirijiet mogħtija lili u li
nwettaq mill-aħjar li nista’ l-interessi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta u
illi kemm matul is-servizz tiegħi mal-Bank kemm wara li nispiċċa
minn dik il-kariga nosserva segretezza assoluta dwar l-affarijiet u l-
operazzjonijiet kollha tal-Bank u dwar il-ħwejjeġ kollha li
jirriferixxu għalihom u illi jiena ma nikxef la direttament u lanqas
indirettament ebda ħaġa jew tagħrif li sirt naf bihom fil-qadi tad-
dmirijiet tiegħi jekk ma nkunx awtorizzat li nagħmel hekk mill-
Bord tal-Bank jew jekk ma nkunx meħtieġ skond il-liġi li nagħmel
hekk minn awtorità  kompetenti.
IFFIRMAT ............................
