UŻU TA’ LANED TAŻ-ŻIBEL STANDARD ġ L.S.206.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 206.01
ORDNI DWAR L-UŻU TA’ LANED TAŻ-ŻIBEL 
STANDARD
5 ta’ Mejju, 1974
L-AVVIŻ LEGALI 41 ta’ l-1974, kif emendat bl-Avviż Legali 96 ta’ l-
1975.
Titolu.
Żibel Standard.
Użu ta’ laned taż-
żibel.
Sostitwit:
A.L. 96 ta’ l-1975.
2. Ebda persuna ma tista’, f’xi belt jew raħal f’Malta jew
Għawdex, tqiegħed jew tiddepożita għall-ġbir, jew tħalli li hekk
jitqiegħed jew jiġi depożitat, xi żibel jekk mhux f’landa taż-żibel li
tkun skond id-disposizzjoni li ġejja ta’ dan l-Ordni.
Materjal, daqs, eċċ. 
ta’ landa taż-żibel.
3. Il-landa taż-żibel li għandha tintuża għall-finijiet ta’ l-
artikolu 2 għandha tkun -
(a) magħmula minn materjal oħxon u li minnu ma
jgħaddix ilma;
(b) provduta b’għatu ta’ l-istess materjal li jkun jgħatti
għal kollox iż-żibel li jkun hemm fiha, u mqiegħed
b’mod li ma joħroġx minn postu b’irjiħ qawwija;
(ċ) provduta b’mezz xieraq biex tkun maniġatta b’mod
faċli;
(d) ta’ kapaċità  ta’ mhux iżjed minn ħamsin litru; u
(e) miżmuma nadifa biżżejjed u fi stat tajjeb ta’ tiswija.
