REĠISTRAZZJONI U APPELL DWAR 
PERSUNI B’DIŻABILITÀ ġ L.S.210.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 210.01
REGOLAMENTI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI U 
APPELL DWAR PERSUNI B’DIŻABILITÀ
10 ta’ Novembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 156 ta’ l-1995.
Titolu.
Reġistrazzjoni u Appell dwar Persuni b’Diżabilità .
Tifsir.
Kap. 210.
2. (1) F’dawn ir-Regolamenti, "l-Att" tfisser l-Att dwar l-
Impieg ta’ Persuni b’Diżabilità .
(2) Il-kliem u l-frażijiet użati f’dawn ir-Regolamenti
għandhom, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma teħtieġx xort’oħra
ikollhom l-istess tifsir kif mogħti lilhom fl-Att.
Applikazzjoni 
ghar-reġistrazzjoni.
3. (1) Kull min ikun irid li ismu jitniżżel fir-reġistru għandu
jagħmel applikazzjoni lill-Korporazzjoni fuq il-formula murija fl-
Ewwel Skeda.
(2) Kull persuna reġistrata li l-perijodu tar-reġistrazzjoni
tagħha jkun ser jiskadi tista’, mhux qabel xahrejn u mhux aktar tard
minn ħmistax-il ġurnata qabel ma jiskadi dak il-perijodu, tagħmel
applikazzjoni lill-Korporazzjoni biex isimha jinżamm fir-reġistru
fuq il-formula murija fit-Tieni Skeda:
Iżda, jekk deċiżjoni finali mill-Korporazzjoni jew mill-
Awtorità , skond il-każ, dwar dik l-applikazzjoni ma titteħidx qabel
id-data li fiha jiskadi l-perijodu tar-reġistrazzjoni, isem l-applikant
għandu, sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni finali, jinżamm fir-
reġistru.
(3) Kull min japplika biex ismu jitniżżel fir-reġistru għandu
jibgħat ma’ l-applikazzjoni tiegħu -
(a) iċ-ċertifikat tat-twelid tiegħu, u
(b) ċertifikat mediku li jsaħħaħ l-applikazzjoni tieghu.
Kondizzjoni għad-
dħul jew tiżmim ta’ 
isem fir-reġistru.
4. Ebda applikazzjoni għad-dħul jew għat-tiżmim ta’ isem ta’
persuna fir-reġistru ma għandha tiġi milqugħa jekk l-applikant ma
jkollux tama raġonevoli li jikseb u li jżomm xi xorta ta’ impieg jew
li jaħdem għal rasu.
Skwalifiki għal 
dħul jew tiżmim ta’ 
isem fir-reġistru.
5. L-isem ta’ ebda persuna ma għandu jiġi mdaħħal jew
miżmum fir-reġistru, skond il-każ, jekk -
(a) tkun laħqet l-età  ta’ tlieta u sittin sena;
(b) tkun qed tiskonta piena ta’ priġunerija jew detenzjoni;
(ċ) tkun pazjent kontinwu f’xi sptar jew istituzzjoni taħt
ċirkostanzi li għaliha jkun impossibbli, fi żmien
raġonevoli, li tieħu impieg jew li taħdem għal rasha
jew li tattendi għal kors ta’ taħriġ ta’ vokazzjoni jew
għal kors ta’ rijabilitazzjoni industrijali, jekk kors bħal
dawk ikun meqjus meħtieġ fil-każ tagħha;
(d) tkun persuna ta’ karattru abitwalment ħażin;
2 L.S.210.01 ħ
REĠISTRAZZJONI U APPELL DWAR 
PERSUNI B’DIŻABILITÀ
(e) tkun f’xi żmien, wara li tiġi mitluba li tattendi kors ta’
taħriġ ta’ vokazzjoni jew għal kors ta’ rijabilitazzjoni
industrijali, irrifjutat, naqset jew ittraskurat, mingħajr
raġuni tajba, li tattendi jew li tispiċċa kors bħal dawk;
(f) tkun, mingħajr raġuni tajba, irrifjutat li taċċetta, jew
naqset li żżomm, impieg xieraq; jew
(g) ma tkunx, f’dak iż-żmien, ordinarjament residenti
f’Malta.
Formula ta’ 
ċertifikat duplikat.
6. (1) Meta isem ta’ persuna jkun imdaħħal fir-reġistru skond
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att, għandu jinħareġ lil dik il-persuna,
mingħajr ħlas, ċertifikat skond il-formula murija fit-Tielet Skeda.
(2) Kull ċertifikat bħal dak għandu jkun iffirmat mill-
Korporazzjoni.
Ħruġ ta’ ċertifikat 
duplikat.
7. (1) Meta xi persuna tipprova għas-sodisfazzjon tad-
Direttur li ċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni maħruġ lilha skond id-
disposizzjonijiet tar-regolament 6 ikun ġie misruq jew mitluf jew
ikun tħassar jew ikun ġie distrutt aċċidentalment, il-Korporazzjoni
għandha toħroġ lil dik il-persuna, bla ħlas, ċertifikat duplikat,
markat ċar bħala hekk, u ffirmat mill-Korporazzjoni.
(2) Il-Korporazzjoni tista’, qabel il-ħruġ ta’ kull ċertifikat
duplikat, teħtieġ lill-persuna li tkun qed titlob dak il-ħruġ li
tipprova l-identità  tagħha u li tiffirma dikjarazzjoni li jkun fiha
dawk id-dettalji dwar is-serq, telf, tħassir jew distruzzjoni, skond
il-każ, kif il-Korporazzjoni tista’ tiddeċiedi.
(3) Jekk xi persuna li lilha jkun ġie maħruġ ċertifikat duplikat
minflok dak li jkun insteraq jew intilef sussegwen-tement terġa’
tiġi fil-pussess taċ-ċertifikat oriġinali, hija għandha, fi żmien
erbgħa u għoxrin siegħa, tagħti lura lill-Korporazzjoni ċ-ċertifikat
duplikat.
Tmiem ta’ 
registrazzjoni.
8. Meta l-isem ta’ xi persuna jkun, għal xi raġuni kontemplata
fl-Att jew f’dawn ir-Regolamenti, tneħħa mir-reġistru, iċ-ċertifikat
ta’ reġistrazzjoni relattiv maħruġ lilha skond dawn ir-Regolamenti
għandu jsir null u bla effett u d-detentur tiegħu għandu, fi żmien
erbgħa u għoxrin siegħa minn avviż mogħti lilu f’dan is-sens mill-
Korporazzjoni, jagħti lura lill-Korporazzjoni dak iċ-ċertifikat.
Avviż ta’ deċiżjoni 
mill-
Korporazzjoni.
9. Meta, skond id-disposizzjoni ta’ l-artikolu 13(1) ta’ l-Att,
il-Korporazzjoni tavża b’xi deċiżjoni lill-persuna li għaliha tkun
tirriferixxi, hija għandha tibgħat ma’ dik id-deċiżjoni kopja tas-
subartikolu (2) ta’ l-imsemmi artikolu u tar-regolament 10.
Mod u żmien għal 
appell.
10. (1) Meta xi persuna tkun trid tappella kontra xi deċiżjoni
meħuda taħt jew skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Att, hija tista’, fi
żmien tletin ġurnata minn meta tirċievi l-avviż imsemmi fir-
regolament 9, tagħmel applikazzjoni lill-Awtorità .
(2) Meta ssir applikazzjoni lill-Awtorità  skond is-sub-
regolament (1), dik l-applikazzjoni għandu jkun fiha -
(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant; u
(b) fi kliem ċar ir-raġuni jew raġunijiet li jsostnu l-appell
tiegħu.
REĠISTRAZZJONI U APPELL DWAR 
PERSUNI B’DIŻABILITÀ ġ L.S.210.01 3
(3) Għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, kull avviż magħmul
bil-mezz ta’ ittra bil-posta u mibgħuta fl-indirizz muri fl-
applikazzjoni relattiva magħmula skond ir-regolament 3(1) għandu
jitqies, jekk ma jiġix pruvat il-kuntrarju, li jkun ġie riċevut mill-
persuna konċernata mhux iktar tard mit-tieni ġurnata wara d-data li
fiha tiġi impostata l-ittra.
Konservazzjoni ta’ 
reġistru u 
notamenti.
11. (1) Kull reġistru miżmum minn xi persuna skond id-
disposizzjoni ta’ l-artikolu 20(1) ta’ l-Att għandu jiġi konservat
minn dik il-persuna għal perijodu ta’ mhux inqas minn ħames snin
mid-data ta’ l-aħħar dħul fih.
(2) Kull notament miżmum minn xi persuna skond id-
disposizzjoni ta’ l-artikolu 20(2) ta’ l-Att għandu jiġi konservat
minn dik il-persuna għal perijodu ta’ mhux inqas minn ħames snin
mid-data li għaliha dak in-notament ikun jirriferixxi.
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 3(1))
Applikazzjoni għad-dħul ta’ isem fir-Reġistru ta’ Persuni 
b’Diżabilità
1. Isem sħiħ .......................................................................
(Ikteb b’ittri KBAR)
2. Indirizz ..........................................................................
3. Nazzjonalità  ................................ 4. Età  ....................
5. Kien hemm applikazzjoni oħra qabel' ............................
Jekk iva, għid meta .........................................................
6. FIL-PREŻENT int impjegat jew qed taħdem għal rasek'
......................................................................................
(a) Jekk iva, għid l-impieg ................................... u l-isem u
l-indirizz tal-prinċipal ....................................................
(b) Jekk le, għid (i) l-impieg li kellek qabel ..........................
(ii) perijodu minn ............................ sa .........................
7. Impieg li int tixtieq ........................................................
Jien qed nibgħat ma’ din l-applikazzjoni ċ-ċertifikat tat-
twelid tiegħi u ċertifikat mediku. Jien nkompli niddikjara li l-
informazzjoni ta’ ħawn fuq hi vera u korretta, u jien qed napplika
biex ismi jidħol fir-Reġistru ta’ Persuni b’Diżabilità .
........................................................................
Data Firma jew marka
................................................
Numru tad-Dokument ta’ l-Identità
4 L.S.210.01 ħ
REĠISTRAZZJONI U APPELL DWAR 
PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Xhud tal-marka biss ..................................
Indirizz tax-xhud ......................................
Numru tad-Dokument ta’ l-Identità  ...........
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3(2))
Applikazzjoni għat-tiżmim ta’ isem fir-Reġistru ta’ Persuni 
b’Diżabilità
1. Isem sħiħ .......................................................................
(Ikteb b’ittri KBAR)
2. Indirizz ..........................................................................
3. Numru taċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni ..........................
4. Data meta jiskadi ċ-Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni..............
5. Impieg preżenti ..............................................................
6. L-isem u l-indirizz tal-prinċipal ...................................... 
.......................................................................................
Jien qed napplika biex ismi jiġi miżmum fir-Reġistru tal-
Persuni b’Diżabilità .
........................................................................
Data Firma jew marka
................................................
Numru tad-Dokument ta’ l-Identità
Xhud tal-marka biss ..................................
Indirizz tax-xhud ......................................
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 6)
Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni
Reġistrazzjoni Nru. ..............................
1. Isem id-Detentur ............................................................
2. Indirizz tad-Detentur ......................................................
L-isem tal-persuna hawn fuq imsemmi huwa mdaħħal fir-
REĠISTRAZZJONI U APPELL DWAR 
PERSUNI B’DIŻABILITÀ ġ L.S.210.01 5
Reġistru tal-Persuni b’Diżabilità  skond u għall-finijiet ta’ l-Att
dwar l-Impieg ta’ Persuni b’Diżabilità .
Ir-reġistrazzjoni tiskadi fi ....................................
Firma tal-Korporazzjoni ta’ Xogħol u Taħriġ .......
Data .....................................................................
Firma jew marka tad-detentur ..............................
Numru tad-Dokument ta’ l-Identità  ......................
Xhud tal-marka biss .............................................
Indirizz tax-xhud .................................................
Numru tad-Dokument ta’ l-Identità  ......................
