IMPIEG PART-TIME TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ ġ L.S.210.04 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 210.04
REGOLAMENTI DWAR L-IMPIEG PART-TIME TA’ 
PERSUNI B’DIŻABILITÀ
10 ta’ Novembru, 1995
L-AVVIŻ LEGALI 159 ta’ l-1995.
Titolu.
Impieg Part-time ta’ Persuni b’Diżabilità .
Safejn japplika l-
artikolu 15.
Kap. 210.
2. (1) Fil-kalkolu tan-numru ta’ persuni fl-impieg ta’ xi
persuna li għaliha japplika l-artikolu 15 ta’ l-Att dwar l-Impieg ta’
Persuni b’Diżabilità , għandhom iseħħu d-disposizzjonijiet li ġejjin:
(a) persuna li l-impieg tagħha jkun ordinarjament jinvolvi
inqas minn għaxar sigħat servizz fil-ġimgħa ma
għandhiex tingħadd;
(b) persuna li l-impieg tagħha jkun ordinarjament jinvolvi
mhux inqas minn għaxar sigħat iżda mhux iżjed minn
tletin siegħa servizz fil-ġimgħa għandha tingħadd
bħala nofs unità ;
(ċ) persuna li l-impieg tagħha jkun ordinarjament jinvolvi
iżjed minn tletin siegħa servizz fil-ġimgħa għandha
tingħadd bħala unità  waħda.
(2) Meta persuna tkun impjegata mill-istess prinċipal in parti fi
klassi waħda ta’ impieg u in parti fi klassi jew klassijiet oħra ta’
impieg, f’dak il-każ, għall-fini tas-subregolament (1) -
(a) in-numru ta’ sigħat ta’ servizz ordinarjament involuti
fl-impieg tagħha minn dak il-prinċipal għandu
jittieħed li jkun in-numru hekk involut fil-klassijiet
kollha ta’ l-impieg li hi tkun qed taħdem fihom; u
(b) jekk perċentaġġ differenti jkun f’xi żmien applikabbli
għall-klassijiet diversi ta’ impieg li hi tkun qed taħdem
fihom, hi għandha titqies li tkun impjegata għall-ħin
kollu f’dik il-klassi ta’ impieg li għaliha japplika l-
ogħla perċentaġġ.
