DRITTIJIET LI JITĦALLSU DWAR PERMESSI 
GĦAL RESIDENZA U LIĊENZI GĦAL IMPIEG ġ L.S.217.01 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 217.01
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET LI JITĦALLSU 
DWAR PERMESSI GĦAL RESIDENZA U LIĊENZI 
GĦAL IMPIEG
1 ta’ Marzu, 1993
L-AVVIŻ LEGALI 15 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avviżi Legali 32 ta’ l-
1995 u 233 ta’ l-1997.
Titolu.
Drittijiet li jitħallsu dwar Permessi għal Residenza u Liċenzi għal
Impieg.
Ġbir ta’ drittijiet.
Emendat:
A.L. 32 ta’ l-1995;
A.L. 233 ta’ l-
1997.
2. Għandhom jitħallsu dwar kull partita dawn id-drittijiet li
ġejjin:
Ħwejjeġ li dwarhom jista’ jinġabar dritt Dritt li jitħallas
1.  (a) Ħruġ ta’ permess għal residenza skond
l-artikolu 7 ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni ................ Lm50
(b) Ħruġ mill-ġdid ta’ permess li jkun
jinkludi fih lill-mara jew lir-raġel u/jew lil xi
dipendenti ................................................................ Lm30
(ċ) Ħruġ ta’ permess minflok il-permess
oriġinali li jkun intilef jew inqered, jew biex jitneħħa
isem ta’ persuna minn fuqu ....................................... Lm10
2.  Applikazzjoni għal liċenza għal impieg
skond l-artikolu 11(3) ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni  Lm10
3.  Ħruġ ta’ liċenza għal impieg skond l-artikolu
11(3) ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni -
(a) għal sena waħda .................................. Lm15
(b) għal sentejn ........................................ Lm30
(ċ) għal tliet snin ...................................... Lm45
(d)  għal żmien indefinit ............................ Lm75
4.  Tiġdid ta’ liċenza għal impieg skond l-
artikolu 11(3) ta’ l-Att dwar l-Immigrazzjoni -
(a) għal sena waħda .................................. Lm15
(b) għal sentejn ....................................... Lm30
(ċ) għal tliet snin ...................................... Lm45
(d)  għal żmien indefinit ............................ Lm75
