ŻAMMA TA’ DETENUT F’SAVIO COLLEGE ġ L.S.217.02 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 217.02
REGOLAMENTI DWAR ŻAMMA TA’ DETENUT 
F’SAVIO COLLEGE
16 ta’ Frar, 1994
L-AVVIŻI LEGALI 20 u 21 ta’ l-1994, konsolidati.
Titolu.
Żamma ta’ Detenut f’Savio College.
Applikabilità  tar-
regolamenti.
2. Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għar-rigward
taż-żamma ta’ persuna f’Savio College kif provdut fl-Iskeda.
Regolamenti tal-
ħabs għandhom 
japplikaw.
3. Ir-regolamenti applikabbili għal persuni miżmuma f’ħabs u
hemm miżmuma bħala persuni li jkunu ser jiġu proċessati għal dak
li għandu x’jaqsam mad-detenzjoni ta’ persuni, għall-ikel, u għad-
dixxiplina ta’ persuni bħal dawk, japplikaw għal persuna miżmuma
taħt dawn ir-Regolamenti, b’dana illi kull riferenza f’dawk ir-
regolamenti għal persuna miżmuma li tkun ser tiġi proċessata
għandha titqies bħala riferenza għall-persuna miżmuma taħt dawn
ir-Regolamenti, u kull riferenza f’dawk ir-regolamenti għall-
awtoritajiet tal-ħabs għandha titqies bħala riferenza għar-rettur u l-
awtoritajiet ta’ Savio College.
Reati u pieni.
saħħa tar-regolament 3, ikun ħati ta’ reat kontra dawn ir-
Regolamenti u jeħel, meta jinstab ħati, il-pieni stabbiliti għall-
kontravenzjonijiet.
SKEDA
(Regolament 2)
In vista tal-età  ta’ l-hawn taħt imsemmi detenut u taċ-ċirkostanzi
kollha tal-każ, Jauze Allah, li bħalissa jinsab miżmum il-Ħabs ta’
Kordin, għandu jinżamm f’Savio College, Triq il-Buskett, Ħad-
Dingli.
