DIKJARAZZJONI TA’ POSTIJIET TA’ DETENZJONI ġ L.S.217.03 1
LEĠISLAZZJONI SUSSIDJARJA 217.03
ORDNI DWAR DIKJARAZZJONI TA’ POSTIJIET
TA’ DETENZJONI
10 ta’ Marzu, 1995
L-AVVIŻI LEGALI 30 ta’ l-1995, 193 ta’ l-1996, 76 ta’ l-1999, u 65 u
152 ta’ l-2002, konsolidati.
Titolu.
Posijiett ta’ Detenzjoni.
Dikjarazzjoni ta’ 
postijiet ta’ 
detenzjoni.
Kap. 217.
2. Il-postijiet imsemmija fl-Iskeda huma b’dan dikjarati li
huma postijiet ta’ detenzjoni għall-finijiet ta’ l-Att dwar l-
Immigrazzjoni.
SKEDA
(Artikolu 2)
1. Il-Kwartieri fil-Kumpless ta’ Special Assignment Group,
Ta’ Kandja, limiti tas-Siġġiewi.
2. Il-lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Floriana.
3. II-lock up fl-edifiċċju tal-Qrati tal-Ġustizzja fil-Belt
Valletta.
4. Il-post approvat ta’ Kustodja mill-Pulizija fl-Għassa tal-
Pulizija tar-Rabat, Għawdex.
5. II-post approvat ta’ Kustodja mill-Pulizija fl-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta.
6. Il-post approvat ta’ Kustodja mill-Pulizija fil-Port il-Kbir
fil-Belt VaIletta.
7. Il-post approvat ġewwa Lyster Barracks, Ħal Far.
8. Il-post approvat ġewwa l-Kumpless tal-Pulizija, Fort
Mosta, Mosta.
9. Il-Kumpless Ħal-Far Immigration Reception Centre.
10. Il-post approvat ġewwa Safi Barracks, Ħal Safi.
